Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Korp tal-Pulizija – regolamenti dwar reinstatements
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regoli jew regolamenti viġenti għal reinstatements fil-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid b’liema mod u fejn inbiddlu minn dawk viġenti qabel Marzu 2013?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sal-lum, il-kriterji interni għal ri-ingaġġ fil-Korp tal-Pulizija inbidlu bbazati fuq:
I. iż-żmien li wieħed jista’ japplika wara li jkun telaq mill-Korp,
II. l-eta’ tal-applikant, il-kondotta tal-applikant jekk dan ikun instab ħati ta’ reat krimnali;
III. iż-żmien li jgħaddi sabiex wieħed japplika minn meta ikun irtira bil-pensjoni;
IV. is-sick leave meħud matul is-servizz regolari tiegħu, u
V. n-numru ta’ drabi li wieħed jista’ japplika sabiex jiġi ri-ingaġġat.
Jista' l-Prim Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħal issa għaddej il-proċess biex jigu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — position of Trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 143.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — position of Trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 143.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — position of Trust
Question
Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 143.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — position of Trust
Question
Tista' l-Ministru telenka u tgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tagħha u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha?
Response (DALLI, HELENA)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha tax-xogħol tal-persons of trust u tal-positions of trust ġew fi tmiemhom hekk kif ġiet fi tmiemha l-leġiżlatura li għaddiet u bħalissa għaddej il-proċess biex jiġu stabbiliti kuntratti tax-xogħol ġodda.
Madanakollu, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kuntratti relatati tal-impjegati li qed jaħdmu fuq il-Presidenza ġew estiżi sal-aħħar ta’ Lulju jew skont id-data tat-terminu tal-kuntratt kif applikabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni Enemalta ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?
Jista' l-Ministru jgħid x’pożizzjoni jkollu persuna Third Country National li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għall-ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kien in-numru ta’ Third Country Nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill Onor Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — appointment ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jitlob lir-rappreżentant tal-Gvern fuq il-bord tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment, il-lista ta’ avukati li nħatru minnha mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum għall-finijiet ta’ vetting ta’ kuntratti ta’ self u bejgħ/xiri u kuntratti oħra li jirrikjedu l-vetting ta’ riċerki, u jqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġar tal-Ilma — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għalxiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli, mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Jista' l-Ministru jelenka l-vetturi kollha, inkluż karozzi, trakkijiet u muturi, li l-Korp tal-Pulizija xtara secondhand minn April 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull vettura jagħti d-data tax-xiri, il-prezz, minn fejn inxtrat, kemm-il sena għandha l-vettura u l-metodu ta' akkwist?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Vetturi mixtrija wżati mill-Korp tal-Pulizija mill-2013 sallum
Kwantita
Tip ta' vettura
Data ta' xiri
Prezz ta' kull vettura
Min fejn inxtratt
Kemm kellha zmien il-vettura meta nxtrat
Metodu tal-akkwist
10
Muturi BMW120cc
Novembru 2013
Eur. 8500
Regina Auto Dealer
bejn 4 - 6 snin
Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN
10
Muturi BMW120cc
Mejju 2014
Eur. 9100
Regina Auto Dealer
bejn 5 - 7 snin
Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN
1
Tow truck
Lulju 2016
Eur. 4700
Regina Auto Dealer
26 sena*
Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN
1
Ford Focus saloon
Gunju 2014
Eur. 1700
Lepo Garage
12 ** sena
Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN
2
Vannijiet Citroen Berlingo
Lulju 2015
Eur. 6250
Regina Auto Dealer
8 snin
Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN
5
Muturi Yamaha 1300
Frar 2017
Eur.8117.20
Brtish Transport Police
bejn 2 - 7 snin
Direct Order wara sejħa għal offerti u approval mill-MFIN
* Minkejja li ma kienx mudell daqshekk modern xorta ġie misjub tajjeb għad-doveri li nxtara għalih speċifikament biex jitneħħew vetturi derelict mit-toroq u vetturi oħra. Għadu fis-servizz
** Vettura ta' tip Ford Focus li wkoll instabet utli għad-doveri li ġiet mixtrija u li għada tintuża sallum, kif jista' jingħad għal kumplament tal-vetturi l-oħra.
30/06/2017
Rapport dwar żidiet fis-salarji ta’ Ministru jew Segretarji Parlamentari
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi parti mir-rapport li kien ikkumissjona hu f'April 2013 (Ombudsman, Awditur Ġenerali u Kummissjonarju Elettorali Prinċipali) dwar żidiet fis-salarji ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari li ħa jkun qed jimplimenta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-mandat li għandu l-Gvern hija li jigi eżaminat il-kunċett ta' Membri Parlamentari full time, hekk kif imfisser ukoll fid-diskors tal-President.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – konsulenzi mogħtija b’direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-Dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li hemm fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm refunds mogħtija liċ-ċittadini mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li kien ilhom pendenti għal ħafna snin, sena b’sena bejn l-2013 u l-2016, u fl-2017 xahar b’xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika il-perjodu li jrid ifisser bil-frażi “għal ħafna snin”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-flejjes u lil kemm individwu tħallsu minn xi Dipartiment li jaqa’ taħtu bejn l-10 ta’ April 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? Ta’ xiex, jew għalxiex, kienu l-flejjes imħallsa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jindika eżatt xi jrid ifisser meta qed jgħid kemm kienu l-flejjes.
Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma– ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jelenka d-data ta’ ingaġġ ta’ kull ħaddiem ġdid li ġie ingaġġat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn l-1 ta’ Marzu 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017, u jgħid x’inhi n-natura ta’ xogħol li għalih ġie ingaġġat?