Ministeru għat-Turiżmu — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li n-nefqa fuq promotions li saru fuq Twitter, Facebook u social media oħra, minn Marzu 2013 ’l hawn, huwa:
· ITS - €1873.50 biex tippromwovi l-korsijiet/kurrikulu tagħha;
· MCC - €154 biex tippromwovi l-faċilitajiet tagħha;
· MTA - €1,340,046 biex timmarkitja lil Malta bħala destinazzjoni. L-użu tas-
social media
huwa parti mill-istrateġija tal-marketing tal-Awtorita’;
· Il-Ministeru - €14,265.72 biex iwassal informazzjoni ta’ interess għall-pubbliku dwar xogħol/attivitajiet li jkun qed isiru fil-qasam tat-turiżmu;
· L-Air Malta qed tagħmel użu modern ta’ komunikazzjoni skont l-istrateġija tal-Kumpanija. L-infieq huwa ta’ natura kummerċjali u kunfidenzjali.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u llum intefqu € 7,084.57 fuq promotions fuq Twitter, Facebook u social media.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għas-Saħħa — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.
Nefqa fuq is-
Social Media
mill-Ministeru għas-Saħħa u l-entitajiet/dipartimenti tiegħu
2014
€
April
436.6
Mejju
539.1
Ġunju
367.59
2015
April
139.34
Mejju
12
Ġunju
803.72
Lulju
34.59
Awwissu
57.97
Settembru
64
Ottubru
27.09
Novembru
25
Diċembru
52
2016
Jannar
70.12
Frar
44.61
Marzu
60.37
April
63
Mejju
77
Lulju
71.99
Awwissu
51
Settembru
59.89
Ottubru
64.59
Novembru
86.3
Diċembru
58.24
2017
Jannar
37.76
Marzu
142.93
April
115.22
Ġunju
83.71
Lulju
82.47
Awwissu
76.06
Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga – kiri ta’ vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min inkrew il-vetturi tat-Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga minn wara Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid x’rata titħallas għal kull waħda minn dawn il-vetturi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-vetturi li ntużaw mit-Taqsima tal-Pulizija kontra d-Droga minn wara Marzu 2013 sal-lum dejjem inkrew wara proċess li huwa rikjest skont ir-regoli finanzjarji u kien hemm iktar minn kumpanija waħda minn fejn inkrew dawn il-vetturi fil-perjodu indikat. Ir-rata mħallsa għall-kiri ta' dawn il-vetturi dejjem kienet l-iktar waħda vantaġġjuża u mhux floku li aktar dettalji jingħataw minħabba raġunijiet kummerċjali u anke peress li ma nħossx illi tagħrif aktar dettaljat għandu jingħata minħabba n-natura tax-xogħol li għalih jintużaw dawn il-vetturi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant sa Awwissu 2017 hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 242 - Nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali.pdf
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Energy and Water Agency nefqet €830 (VAT eskluż) f’April 2017.
L-ARMS nefqet €286.00 (VAT eskluż) sal-aħħar ta’ Ġunju 2017 għal-kampanja tal-
E Billing
li bdiet fl-istess xahar.
In-nefqa tal-Enemed mill-2016 sal-aħħar ta’ Settembru 2017 kienet hekk:
Xahar
Nefqa
(VAT eskluż)
Awwissu 2016
€318.60
Frar 2017
€566.67
Marzu 2017
€538.26
April 2017
€92.98
Ġunju 2017
€298.06
Lulju 2017
€396.81
Awwissu 2017
€338.13
Settembru 2017
€286.35
Fir-Rigward tal-Enemalta l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tagħha, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa tal-Ministeru għall-promotions fuq Twitter, Facebook u social media oħra tul il-perjodu kkonċernat kienet tammonta għal €59,163.41
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li €57,616.92 minnhom huma marbuta man-nefqa li għamel il-Gvern ċentrali f’dak li jikkonċerna l-Presidenza Maltija għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja 2017.
Jista’ l- Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda, u f’liema grad ġew impjegati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2017 s’issa u kemm u f’liema grad ser tkun qed timpjega fis-sitt xhur li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sal-aħħar ta’ Ġunju 2017 ingaġġat dawn il-ħaddiema:
· 4 Senior Enforcement Inspectors
· 3 Electricians
· 184 Multi Skilled Fitters 3
· 3 Laboratory Technicians
· 1 Auto Mechanic
· 12 Debt Collectors
· 14 Ushers
· 13 Operatives
· 1 Draughtsperson
· 2 Junior Application Developers
B’referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li kull impjieg isir skont l-eżiġenzi tas-servizz u dejjem skont id-direttivi stabbiliti tal-Gvern dwar reklutaġġ ma’ dipartimenti u entitajiet pubbliċi.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet huma l-ħaddiema l-ġodda, inkluż fitters u ushers, li ġew impjegati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2017, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiem li daħlu mall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huma minn firxa kbira ta’ lokalitajiet minn madwar Malta u Għawdex li jinkludu: Birżebbuġa, Birkirkara, Birgu, Fgura, Floriana, Gudja, Għaxaq, Għajnsielem, Gżira, Ħamrun, Isla, Kalkara, Kerċem, Ħal Lija, Ħal Luqa, il-Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imsida, Mtarfa, Munxar, in-Nadur, Naxxar, Raħal Ġdid, il-Qala, Ħal Qormi, r-Rabat Malta, r-Rabat Għawdex, Ħal Safi, San Ġwann, Siġġiewi, Santa Luċija, San Pawl il-Baħar, Ħal Tarxien, Xagħra, Xewkija, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ Malta, ż-Żebbuġ Għawdex, iż-Żejtun u ż-Żurrieq. Dawn ġew impjegati wara li saret sejħa mill-Jobsplus għal dawn l-impjiegi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Inkjesta Maġisterjali daħlet quddiem il-Maġistrati fl-2015, fl-2016 u fl-2017, maġistrat maġistrat u kemm minnhom ġew konklużi skont il-maġistrat?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Tbagħbis ta’ Smart Meters – persuni mressqa l-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għamlet l-Enemalta u għal kemm persuni biex jitressqu l-Qorti wara April 2013 fuq akkuża ta' tbagħbis ta' smart meters?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, Enemalta ħadmet bi sħiħ sabiex tnaqqas is-serq tal-elettriku li fis-snin ta’ qabel kien qed itellef lill-entita’ miljuni ta’ ewro fi dħul. Fil-fatt, permezz ta’ inizzjattivi u miżuri differenti u bis-saħħa tal-impenn kontinwu tal-impjegati involuti f’din il-ħidma, il-Kumpanija rnexxielha tidentifika u twaqqaf madwar 2,000 każ ta’ serq ta’ elettriku u rregolaritajiet oħra relatati.
Kull każ jiġi pproċessat skont il-proċeduri stabbiliti, li jinkludu wkoll, fost oħrajn, talbiet lill-Pulizija għal aktar invesitgazzjonijiet u passi legali, sabiex jiġi żgurat li Enemalta tirċievi l-ħlas tal-elettriku misruq. Fil-perjodu msemmi l-Kumpanija għamlet 153 talba ta’ dan it-tip b’rabta ma’ serq ta’ elettriku.
B’riżultat ta’ din il-ħidma kontinwa, r-rata ta’ elettriku misruq niżlet drastikament sena wara l-oħra, sabiex illum tinsab fl-inqas livelli li qatt kienet.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi li nieda l-Uffiċċju Konġunt minn wara Marzu 2013?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Uffiċju Konġunt ma ħareġ l-ebda skema bejn l-2003 u l-2008, bejn l-2008 u Marzu 2013, u ma ħareġ l-ebda skema anqas minn wara Marzu 2013.
Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid – laqgħat ta’ konsultazzjoni mas-sidien tal-ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta' konsultazzjoni saret qabel u minħabba l-proġett tal-pjazza, mas-sidien tal-ħwienet tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid fl-aħħar xhur? Fejn u meta saru?