Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Haddiema f'Entitajiet li Ghandhom Xoghol li Jsir Minn Haddiema b'Kuntratt Definit, Inkluz Cleaners Entita' Dettalji tax-Xoghol Numru Trade Malta Project Manager 2 (1- p/t)
Leg 13 PQ #263 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat li hemm 17 il-ħaddiem fl-entitajiet fid-dekasteru tiegħi li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol.

Ministeru għall-Ekonomija, Investimant u Negozji Żgħar — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma hemm l-ebda ħaddiem b’kuntratt definit ta’ xogħol.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku ħaddiema b’kuntratt definit ta’ xogħol fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi huma mar-Regolatur għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enerġija li għandu 6 impjegati fuq kuntratt definit. L-informazzjoni mitluba mill-Enemalta plc għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — ħaddiema - xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtha li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi, ma hemm ebda ħaddiem b’kuntratt definit.
Leg 13 PQ #268 Sitting 45 2017-10-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm sitt ħaddiema li għandhom kuntratt definit, persuna fil-Financial Intelligence Analysis Unit u ħames persuni fin-National Statistics Office.

Asset Recovery Bureau — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-tmexxija tal-Asset Recovery Bureau?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-membri tat-tmexxija tal-Asset Recovery Bureau huma: Chairperson: L-Imħallef Joseph David Camilleri Membri: Superintendent Ian Abilla, fil-kapaċita tiegħu bħala rappreżentant tal-Kummissarju tal-Pulizija Mr Marvin Gaerty, fil-kapaċita tiegħu bħala Kummissarju tat-Taxxi Mr Frankie Mercieca fil-kapaċita tiegħu bħala Direttur Ġenerali tal-Qrati Tal-Ġustizzja, Malta Mr Kenneth Farrugia, fil-kapaċita tiegħu bħala Direttur FIAU

Asset Recovery Bureau – flus u assi rkuprati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus jew assi ġew irkuprati mill-Asset Recovery Board fl-2015 u fl-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nireferi lill-Onor Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 256 fejn diġa spjegajt il-progress li sar, qed isir u se jkompli jsir biex ghall-ewwel darba fl-istorja legali ta’ pajjizna jkollna Asset Recovery Bureau (mhux Board) li jharrax il-glieda kontra l-kriminalità. Nirriferi wkoll għal mistoqsijiet parlamentari numri 637 u 639 dwar entitajiet oħra li għandhom il-poter li jikkonfiskaw flejjes jew oġġetti u kif dan jigi eżercitat.

Awtorità tal-Ippjanar – Ġurnal Planning MT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa għall-ġurnal Planning MT maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar u mqassam fil-ġurnali tal-Ħadd 26 ta' Marzu 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi n-nefqa għall-ġurnal Planning MT maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar u mqassam fil-ġurnali tal-Ħadd 26 ta' Marzu 2017 kienet ta’ €3278.04.
Leg 13 PQ #261 Sitting 44 2017-10-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Aquatic Centre – Memorandum of Understanding

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding tal-Aquatic Centre f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-Memorandum of Understanding tal-Aquatic Centre f'Għawdex, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 13 PQ #262 Sitting 44 2017-10-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella – Ċentru tal-Viżitaturi – manutenzjoni – spiża

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm żebgħa, xaħx u żrar inxtraw fl-2015, fl-2016 u fl-2017 għall-manutenzjoni regolari taċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella ġie inawgurat fit-30 ta’ Ġunju 2016. Minn dakinnhar sal-illum qatt ma saret xi manutenzjoni fuq dan iċ-Ċentru li kienet teħtieġ il-materjali msemmija.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ nefaq it-total ta’ €60 f’promozzjoni fuq il-Media Soċjali. Dawn kienu zewġ promozzjonijiet fuq Facebook mill-Ambaxxata Maltija ġewwa Pariġi,li ħallsu l-ammont ta’ €30 f’Ottubru 2013, u €30 f’Ġunju 2014.

Ministeru għall-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #253 Sitting 42 2017-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tagħha, inkluż kull entità taħtha, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlub hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-nefqa totali kienet tammonta għal €2951.32. In-nefqa xahar b’xahar kienet kif ġej; Mejju 2016 - €1,032.50 Diċembru 2016 - 1,663.80 Settembru 2017 - €205.02 Ottubru 2017 - €50
Leg 13 PQ #255 Sitting 42 2017-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Kampanja #First4 – nefqa

Question

Jista ' l-Ministru jgħid kemm-il kampanja propagandistika ta' #First4 swiet mit-taxxi tagħna? Jista' jgħid jekk jaqbilx li t-taxxi tagħna jintużaw biex jiffinanzjaw din il-kampanja propagandistika u partiġjana? Jekk jaqbel, jista' jgħid kemm se jiġu allokati fondi lill-partiti politiċi l-oħra kollha sabiex jiġi żgurat li f'pajjiżna jkollna level playing field politiku?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li level playing field teżisti għaliex kull gvern f’kull liġislatura fl-aħħar snin, inkluż gvernijiet Nazzjonalisti, kull sena ħadu ħsieb li jagħmlu kampanji simili għal dik li semma’ l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu biex ifiehmu l-ħidma li jkunu wettqu matul is-sena li tkun għadha kif għaddiet. Għalhekk l-akkużi kollha fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellant huma bla bażi u ma jreġġux.

Asset Recovery Bureau – membri tat-tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li twettaq mill-Asset Recovery Bureau mill-2015 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Kien fil-legizlatura li ghaddiet li ghall-ewwel darba tfassal il-pedament legali biex f'pajjizna jkollna Asset Recovery Bureau skont kif inhu mistenni minna bhala pajjiz membru ta' l-Unjoni Ewropea. Minkejja li kienet ilha tinhass il-htiega li jitwaqqaf dan il-Bureau kien biss taht dan il-Gvern li twaqqfu l-pedamenti legali. Issa l-pass li jmiss u li dan il-Bureau jibda jopera minghajr dewmien. Wara li nhatar board maghmul minn membri distinti u rispettati hafna, il-Bord beda jiltaqa' regolarment biex ifassal il-policy li fuqha jimxi l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi. Matul din is-sena bħala Chairman ġie maħtur l-Imħallef Joseph David Camilleri u l-Bord iltaqa uffiċċjalment disa’ darbiet. F’dawn il-laqgħat twal, kompla jsir xogħol preparattiv sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jitwaqqaf u jkun jista’ jibda jopera skont it-termini tal-Avvi¿ Legali 357 tal-2015. Dana anke fid-dawl tad-Deċi¿joni tal-Kunsill tal-U.E. 2007/845/JHA tas-6 ta’ Diċembru 2007. Fost ix-xogħol li sar fl-aħħar imsemmija disa’ laqgħat, jistgħu jissemmew is-segwenti: Saru diskussjonijiet dwar il-portata ta’ dan l-Avvi¿ Legali. Ġew meqjusa akkuratament l-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi legali u dawk il-prattiċi fl-eventwalità li l-istess Avvi¿ Legali jinġieb fis-seħħ immedjatament. Ġie deċi¿ li għandhom jiddaħħlu fis-seħħ biss dawk id-dispo¿izzjonijiet li kienu neċessarji biex jitwaqqaf id-Direttorat u l-strutturi tiegħu, kif maħsub fl-istess Regolamenti. Dawn id-dispo¿izzjoniet ġew identifikati u l-Bord irrakommanda lill-Ministru li jdaħħalhom fis-seħħ immedjatament. Dan effettivament sar fl-1 ta’ Ottubru 2017, tramite l-Avvi¿ Legali 254 tal-2017. Il-Bord ħejja pjan dettaljat ta’ dak li għandu jsir sabiex id-Direttorat ikun imwaqqaf u jkun jista’ jibda jiffunzjona fil-prattika malajr kemm jista' jkun. Immedjatament hekk kif dan effettivament isseħħ, ir-rimanenti dispo¿izzjonijiet l-oħra tal-Avvi¿ Legali 357 tat-2015 jiddaħħlu fis-seħħ sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jibda jaqdi l-funzjonijiet kollha tiegħu. Irrid nghid li din is-sena l-Bureau inghata line item specifiku fil-Budget li naturalment hu krucjali sabiex din il-mansjoni titwettaq. F’Mejju li għadda c- Chairman tal-Bord ipparteċipa f'seminar fil-Ġermanja, organizzat mill- Academy of European Law ta’ Trier, fuq it-tema, Freezing, Confiscation and Recovery of Assets: Tools and Challenges. Fl-istess xahar, ic- Chairman attenda wkoll konferenza f’Malta fuq it-tema, The Prevention of Money Laundering and Financing of Terrorism . Il-Bord għamel kuntatti utili mal-Uffiċċji simili tal-Irlanda u tal-Olanda, biex il-Membri tal-Bord (u possibilment l-eventwali Direttur ukoll) jagħmlu vi¿ita ta’ orjentazzjoni , fl-Uffiċċji rispettivi tagħhom. L-iskop prinċipali tal-vi¿iti huwa li tinkiseb esperjenza prattika f’dan ix-xogħol, li jkun hemm aġġornament fuq l-aħjar prattiċi li qiegħdin jintu¿aw minn dawn l-Istituzzjonijiet barranin. Huwa maħsub li l-istess vi¿ita sejra tkun utili biex jinkiseb tagħrif li jista’ jwassal ghal titjib fid-dispo¿izzjonijiet tar-Regolamenti Maltin.
Leg 13 PQ #245 Sitting 39 2017-10-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.