Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #290 Sitting 49 2017-11-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Stamperija tal-Gvern – chief printers

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il Chief Printer hemm fl-Istamperija tal-Gvern u d-data ta’ meta kull wieħed assuma dan l-inkarigu? F'kull każ, jista’ jgħid fejn kien jaħdem kull persuna eżatt qabel ma beda jaħdem bħala Chief Printer?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iStamperija għandha żewġ Chief Printers. Wieħed inhatar fil-21 t’Awwissu 2015. L-ieħor inhatar fl-20 ta’ Mejju 2017. Il-proċess li wassal ghal din il-hatra kien beda lejn tmien l-2016. Iż-żewġ Chief Printers ġew ingaġġati skont il-ftehiem kollettiv eżistenti u skont il-proċeduri tas-servizz pubbliku. It-tnejn kienu jahdmu fl-Istamperija tal-Gvern stess.

Traskrizzjoni ta’ xhieda fil-Qorti tal-Maġistrati — dewmien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn traskrizzjoni ta' xhieda quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) qed idumu ħafna biex isiru, ġieli anke xahrejn jew tlieta, bil-konsegwenti dewmien ta’ kawżi kriminali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li issir distinzjoni bejn it-traskrizzjonijiet, hemm dawk li jitqiesu bħala urġenti minħabba li jkunu kumpilazzjonijiet bir-rinviju u għalhekk it-traskrizzjoni tkun trid issir kemm jista’ jkun malajr sabiex l-atti jintbagħtu għand l-Avukat Ġenerali fi żmien tlett ijiem mid-data tas-seduta. It-traskrizzjonijiet ta’ kawżi oħra jsiru b’inqas urġenza pero` it-traskrittur ikollu d-data tad-differiment sabiex dawn ikunu lesti qabel din id-data. Kien hemm xi stanzi rari fis-seduti tad-distrett fejn kien hemm xi dewmien minħabba r-raġunijiet imsemmija aktar il fuq. Biex dan id-dewmien ma jerġax iseħħ, ittieħdu l-passi u ħarġet memo biex aktar staff jagħmlu traskrizzjonijiet. Għalhekk illum hemm iktar traskritturi sabiex ma jkunx hemm pressjoni ta’ xogħol fuq it-traskritturi.

LESA – impieg lill-ex Spettur tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk (u jekk iva, jagħti d-dettalji) l-ex-Spettur tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux xi tip ta’ impieg jew hux jagħti xi servizz lil-Local Enforcement System Agency (LESA) peress li qed ikun diversi drabi u għal diversi sigħat fl-uffiċini tal-LESA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- Ex Spettur tal-Pulizija imsemmi ma għandu l- ebda tip ta’impjieg mal - LESA u ma jagħti l –ebda servizz lill –Aġenzija LESA. Ninsab infurmat ukoll lill-Onor. Interpellant illi l-Ex Spettur tal- Pulizija imsemmi ma jiffrekwentax il-bini jew l-Uffiċċini tal- LESA .

Kummissarju tal-Pulizija, Deputati Kummissarji, Chief Executive tal-Korp u konsulent – pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettaljatament il-pakkett finanzjarju sħiħ, inkluż il-paga u l-perkaċċi tal-Kummissarju tal-Pulizija, tad-Deputati Kummissarji, taċ-Chief Executive tal-Korp u tal-konsulent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-pakkett finanzjarju tal-Kummissarju tal-Pulizija, id-Deputati u Konsulent li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, huwa l-istess pakkett li jgawdu uffiċjali tal-Gvern li għandhom headship position. Dwar is-CEO dan hu kif ġie spjegat fiċ-Ċirkolari li għaliha kien applika is-CEO eżistenti.

Qorti tal-Appell Kriminali – komunikazzjoni ta’ sentenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ħa wara li l-Qorti tal-Appell Kriminali ordnat li jkun komunikat lilu s-sentenza tagħha li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq anomalija tal-liġi l-ġdida (tal-2015)tad-droga?

Response (BONNICI, OWEN)

Is-sentenza li għaliha qed jirreferi hi tal-Qorti Kostituzzjonali. Din is-sentenza tgħid illi l-benefiċċji tal-Artikolu 8 tal-Att 1 tal-2015 (li ghadda minn din il-Kamra b'mod unanimu) għandhom japplikaw ukoll għal kawżi fi stadju tal-Appell. Il-liġi fil-fatt ma tgħidx li dawn ma japplikawx u l-kwistjoni deċiża fil-kawża qamet fuq interpretazzjoni. Jien qed nifhem li wara l-imsemmija sentenza jkun aħjar li ssir emenda li tkun tindirizza b’mod speċifiku x’għandu jsir meta imputat ikollu kawżi pendenti kemm quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u jkun hemm deċiżjoni li għandu japplika l-Artikolu 8.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lift ġie stallat fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin wara Marzu 2013? X'proċedura ntużat u kemm intefaq f'kull każ u min għamel ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi ma ġie nstallat ebda lift fil-Facilita’ Korretiva ta’ Kordin

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – impjegati – unpaid leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm, u jekk iva, kemm hemm persuni li reċentement ġew impjegati matul l-aħħar sitt xhur mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u li diġà ħadu sena unpaid leave?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jirriżulta li hemm persuna waħda involuta.

Proposti fuq sentenzi Kostituzzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) fiex wasal il-proċess ta’ konsiderazzjoni u konsultazzjoni interna (li hu semma’ fit-tweġiba għall-interpellanza 11118 tal-leġislatura l-oħra) dwar proposta ta’abbozz ta’ liġi sabiex jindirizza l-problema ta’ dawk l-inkwilini li qed jispiċċaw żgumbrati minn djarhom minħabba li l-Qrati qed jiddikjaraw parti mill-Att 23 tal-1979 bħala li jikser id-drittijiet tat-tgawdija tal-proprjetà tas-sidien; u b) fiex waslet il-proposta ta’ liġi u s-social impact assessment li huwa semma’ fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13523 tal-leġislatura l-oħra, dwar l-istess suġġett? Jaf il-Ministru li fil-frattemp spiċċaw żgumbrati minn djarhom familji sħaħ, l-iktar koppji anzjani intortament (u bla ebda tort tas-sidien lanqas li qed jikkawtelaw id-drittijiet tagħhom) li kienu daħlu f’kuntratti in bona fede u skont il-liġi tal-1979, u hemm eluf oħra bil-mannara mdendla fuq rashom?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-pożizzjoni tal-Gvern preżenti hi identika għal dik tal-Gvern li kien jifforma parti minnu l-Onor. Interpellant. Inżid ngħid li qed nimmoniterjaw is-sitwazzjoni b'attenzjoni sħiħa.

Dipartiment tal-Artijiet – fidi ta’ ċens – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l- Ministru jara u jirrelata fejn wasal il-każ bin-numru tal-file li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, tad-Dipartiment tal-Artijiet peress li l-persuni konċernati ilhom ħafna jistennew biex jifdu ċ-ċens?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant l il-każ bi numru tal-file P/4188/1997 ġie konkluż fi 9 ta Ottubru 2017.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm impjegat wieħed (1) b'kuntratt definit ta' xogħol
Leg 13 PQ #276 Sitting 47 2017-11-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema - xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtha li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li f’waħda mill-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħi, u cioe’ il-Gozo Channel (Operations) Ltd, in-numru ta’ ħaddiema li għandhom xogħol li jsir b'kuntratt definit ta' xogħol huwa ta’ tnejn (2). Dawn qegħdin fuq kuntratt definit fuq għażla tagħhom.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ ħaddiema fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, li għandhom kuntratt definit jammonta għal 17. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, 3 minn dawn il-ħaddiema huma ingaġġati fuq kuntratt definit mal-Awtorita` tad-Djar, minħabba l-implimentazzjoni ta’ proġett kofinanzjant minn Fondi Reġjonali Ewropej (ERDF), filwaqt illi 14 –il infermier/a huma impjegati fuq kuntratt definit (infermiera iritirati) mar-Residenza San Vinċenz de Paule, minħabba nuqqas ta’ infermiera.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħlijiet minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jipprovdi xogħol lill-Ministeru jew lil xi entità taħtu? Kemm tħallas minn meta beda jagħti tali servizz s'issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Iva. Din il-persuna ilha mpjegata mill-2014 fuq kuntratt għal servizz bi ħlas ta’ €19,582, VAT eskluż, fis-sena. Hija tagħmel xogħol ta' Cultural Project Coordinator mal-Kunsill Malti għal-Arti.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mastrudaxxa, bajjad, kaħħal, mechanic u joiner ġew impjegati fl-aħħar sitt xhur minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull rapport li sar biex jiġġustifika jew jispjega l-bżonn għal sejħa għal dawn is-snajja’?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġewx impjegati ħaddiema tas-snajja fl-aħħar sitt xhur fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilta tiegħi.

Proġett tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid – kumpens lis-sidien tal-ħwienet

Question

Peress li fl-istqarrija PR170765 li ħarġet fis-27 ta’ Marzu 2017 il-Ministru għad-Djalogu Soċjali u Libertajiet Ċivili kienet ħabbret li l-proġett tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid ser ikun investiment ta’ €3 miljun, xi ħaġa tajba u lodevoli, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-flus ser ikunu kumpens lis-sidien u lill-impjegati tal-ħwienet affettwati ħażin b’nuqqas ta’ bejgħ matul ix-xogħlijiet li ser idumu xhur sħaħ, tant li wħud minnhom qed jikkontemplaw serjament li jkeċċu xi impjegati tagħhom tant kemm naqsilhom il-bejgħ?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #269 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fl-entitajiet li jaqgħu taħti li għandhom kuntratt definit ta’ xogħol huwa ta’ 8.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 161 ħaddiem b’kuntratt definit ta’ xogħol fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Dawn kollha jokkupaw “positions carrying an objective reason” skont iċ-ċirkolari 4/2017.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi, ma hemm l-ebda ħaddiem b’kuntratt definit.

Ministeru għas-Saħħa — ħaddiema - xogħol

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif għadu qed jinġabar.