Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ingaġġ ta’ rekruti u uffiċjali kadetti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm iddaħħlu rekluti u uffiċjali kadetti bejn l-1 ta’ Mejju u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Forzi Armati ta’ Malta ingaġġat 103 rekluti u 11 uffiċċjali kadetti.

Forzi Armati ta’ Malta – kors li wassal għall-kwalifika ta’ ACE 1

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif ġew assesjati kandidati li poġġew għall-kors li wassal għal kwalifika ta’ ACE 1 li sar ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni, u jekk kienx hemm eżami bil-miktub? Jista’ jiġi kkonfermat jekk dan il-kors ġiex organizzat mill-GWU u kemm ħallset il-Forzi Armati ta’ Malta? Kemm kien hemm kandidati li għamlu dan il-kors u kemm minnhom ġew promossi bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-FAM ma tħallasx għal korsijiet li jsiru relatati ma’ kwalifiċi akkademiċi. Il-FAM tirrikonoxxi kwalifiċi f’ċertu livelli skont kif akkreditati mill-MQRIC u ma tidħolx fil-mertu kif dawn tal-aħħar jaslu għall-konkluzjoni f’liema livell jakkreditaw ċertu kwalifiċi.

Forzi Armati ta’ Malta – Bord tal-Investigazzjoni tal-Inġustizzji

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettal kemm-il deċiżjoni tal-Bord tal-Investigazzjoni tal-Inġustizzji fil-Forzi Armati ta’ Malta, li jiffurmaw parti minnu l-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, issarfet fi promozzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 221 persuna ġew promossi b'rabta ma’ ilmenti sottomessi lill-Bord imsemmi. L-uffiċċjal tal-FAM imsemmi mill-interpellant, mhux membru tal-Bord. Hu ġie maħtur mill-FAM bħala uffiċjal ta’ kollegament, fil-kapaċità tiegħu bħala Records Officer, biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Bord.

Forzi Armati ta’ Malta – Bord tal-investigazzjoni tal-inġustizzji — rakkomandazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm rakkomandazzjonijiet mill-Bord tal-Inġustizzji fil-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) li ma ġewx aċċettati mill-FAM? Jekk iva, fir-rigward ta' min ma ġewx aċċettati dawn ir-rakkomandazzjonijiet u għal liema raġuni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Inġustizzji ma jgħaddux lill-Forzi Armati ta’ Malta biex jiġu aċċettati.

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad baqa' vakanzi għall-promozzjonijiet meta tikkunsidra li l-aħħar promozzjonijiet kienu ppublikati bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Forzi Armati ta’ Malta baqa' vakanzi għall-promotion ta’ 66 Warrant Officer, 117 Staff Sergeant u Sergeant, u 172 Bombardier u Lance Bombardier.

Forzi Armati ta’ Malta – membri li ġew promossi b’riżultat ta’ rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Inġustizzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li ġew promossi b’riżultat ta’ rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Inġustizzji wara li l-istess individwi kellhom każ għand l-Ombudsman jew il-President ta’ Malta? Fil-każ ta’ fizzjala, kien hemm każijiet fejn il-bord tal-investigazzjoni tal-inġustizzji ta raġun lill-individwi wara li l-Ombudsman jew il-President kienu sabu li ma kienx hemm każ ta’ inġustizzja fil-konfront tal-individwi konċernati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tal-Inġustizzji ma daħalx f’każijiet diġa deċizi mill-Ombudsman jew il-President ta’ Malta, sakemm ma ġiex preżentat każ differenti.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali kif ukoll l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekesteri msemmija, ma taw l-ebda xogħol lil individwu jew il-kumpaniija imsemmija, fil-perijodu indikat.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba parlamentari numru 317.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba parlamentari 317.

Bord tal-Inġustizzji – promozzjonijiet abbużivi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra huwiex minnu li ser jinħoloq bord ieħor li ser ikun qed jindirizza l-ilmenti li nħolqu b'konsegwenza tal-aħħar promozzjonijiet abbużivi li ironikament ingħataw mill-bord tal-inġustizzji stess? Dan ifisser li ser ikun hemm bord tal-inġustizzji li ser ikun qed jinvestiga promozzjonijiet li ngħataw mill-bord ta’ qablu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-twaqqif ta’ unit apposta għall-grievances hu konformi ma’ wegħda fl-aħħar manifest elettorali tal-Partit Laburista.

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk is-suldati jew fizzjali li ħadu promozzjoni regolari jew b'konsegwenza ta' deċiżjoni tal-Bord tal-Inġustizzji u tinkludi wkoll dawk il-persuni li rtiraw mis-servizz bejn l-1 ta’ Mejju u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

B’referenza ghall-mistoqsija parlamentari 321, l-Onor. Interpellant ghandu jkun infurmat li l-Ufficjali tal-FAM li ħadu promozzjoni regolari jew b'konsegwenza ta' deċiżjoni tal-Bord tal-Inġustizzji kienu dawn segwenti: Kulunelli 7 Logotunentt Kulunell 1 Maggur 2 Kaptan 2 Logotunent 4 2 Logotunent 9 Warrant Officer1 12 Warrant Officer2 61 Staff Sergeant 173 Sergeant 77 Bombardier 147 Lance Bombardier 79

Forzi Armati ta’ Malta – car allowance

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-fizzjali għolja tal-Forzi Armati ta’ Malta li ġew mogħtija l-car allowance humiex xorta qed jagħmlu użu minn xufiera u karozzi tas-servizzi biex imorru lejn u lura mix-xogħol?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ufficjal tal-FAM li għalihom qed jirreferi jagħmlu użu minn karozzi tas-servizz waqt il-ħin regolari tax-xogħol, u meta d-disponibilita’ tal-istess karozzi tippermetti. Pero l-istess Uffiċjali juzaw il-karozza personali tagħhom diversi drabi waqt il-ħin regolari tax-xogħol u wara l-ħinijiet regolari tax-xogħol anke jekk imsejħa fuq impenji relatati max-xogħol tagħhom.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 310.

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda dipartiment u/jew entità fid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa ma talbu xogħol legali jew konsulenzi mill-persuna u/jew mid-ditta legali li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Qabel Awwissu 2013 l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet użu mis-servizzi tad-ditta legali Abela, Stafrace & Associates.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 313 tal-istess Seduta - 53.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ma tax xogħlijiet lill-individwu msemmi fil-mistoqsija parlamentari.
Leg 13 PQ #316 Sitting 53 2017-11-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi minn individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-ebda entità li taqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex ma tat xi xogħol legali jew ta’ konsulenza lill-persuna jew id-ditta legali msemmijin wara Marzu 2013.
Leg 13 PQ #305 Sitting 52 2017-11-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 31802 tal-Leġiżlatura preċedenti, għas-sena 2017 l-persuna msemmija ingħatat xogħol ta’ konsulenza li jammonta għal €10,265.41.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ma ngħatat l-ebda xoghol legali jew konsulenza minn xi Dipartiment jew entità tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali minn Marzu 2013 sallum.