Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba f’Mistoqsija Parlamentari 350.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 ma kienx je¿isti fis-snin msemmija

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ispiża fuq fjuwil għall-vetturi Ministerjali tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari fis-snin indikati mill-Onor. interpellant kienet: 2014 vettura tal-Ministru: €2,802.26 - vettura tas-Segretarju Parlamentari: €2,462.77 2015 vettura tal-Ministru: €3,008.83 - vettura tas-Segretarju Parlamentari: €2,585,72 2016 vettura tal-Ministru: €3,209.36 - vettura tas-Segretarju Parlamentari: €2,364.31

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet Volontarji - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet Volontarji jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 342.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 29690 tal-Leġiżlatura XII fejn ma kien hemm l-ebda spiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tiegħi fl-2014, fl-2015 u fl-2016.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tikkonċerna l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali/Segretarju Parlamentari għas-snin mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalgou Soċjali - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 345.

Impjant ta’ Sant’Antnin – bini mill-ġdid wara ħruq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta hu mistenni li l-parti tal-impjant ta' Sant'Antnin li sfat meqruda fin-nirien reċentement, tkun mibnija mill-ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq l-impjant huma prevvisti li jitlestew għall-aħħar tas-sena 2018.

LSA’s impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm-il LSA ġew impjegati bejn il-5 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li filwaqt li fil-perjodu indikat mill-Onor. interpellant ma ġewx impjegati persuni fil-grad ta' Learning Support Assistant fl-istess perjodu ġew impjegati tmintax (18)-il Supply Learning Support Assistant. Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-proċess tal-ingaġġ ta' dawn is-Supply LSAs kien diġà beda qabel il-5 ta' Mejju 2017 u sar skont iċ-Ċirkulari tal-OPM nru. 8/2017.

Transfer ta’ impjegata – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġimgħa wara l-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju 2017 ġiet trasferita minn Heritage Malta fejn kienet ilha s-snin għal Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija? Min ordna dan it-transfer?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li din il-persuna ġiet mgħajta lura minn ma’ Heritage Malta mill-amministrazzjoni ċentrali tas-servizz pubbliku minħabba esiġenzi tas-servizz.
Leg 13 PQ #338 Sitting 57 2017-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Spiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Prim Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar il-karozza użata mill-Prim Ministru hija kif ġej : 2014 € 4,155 2015 € 3,571 2016 € 2,766 L-informazzjoni mitluba għall-karozza użata mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija kif ġej: 2016 € 2,108 (mill-10 ta’ Mejju) L-informazzjoni mitluba għall-karozza użata mis-Segretarju Parlamentari ghall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi hija kif ġej : 2014 € 3,085 2015 € 2,410 2016 € 2,512 Infakkar lill-Onor Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-vettura uffiċjali tal-Prim Ministru bejn Jannar 2008 u Marzu 2013 kienet ta’ €26,000. Fl-istess hin l-ispiża fuq fuel għall-vetturi uffiċjali li kienu jużaw iż-żewġ Segretarji Parlamentari fi hdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2008 u Jannar 2012 kienet ta’ €26,600. Nixtieq infakkar ukoll lill-istess Onor Interpellant li meta huwa innifsu kien Segretarju Parlamentari, l-ispiża fuq il-fuel għall-vettura ufficjali tiegħu fuq medda ta’ 3 snin u 4 xhur, kienet ta’ €14,100.
Leg 13 PQ #339 Sitting 57 2017-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Simplifikazzjoni - Spiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onor Interpellant li fis-snin 2014,2015 u 2016, is- Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni ma kienx jeżisti.
Leg 13 PQ #340 Sitting 57 2017-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi - Spiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlametari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onor Interpellant li fis-snin 2014,2015 u 2016, is- Segretarjat Parlamentari għar- Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ma kienx jezisti.

Forzi Armati ta’ Malta – security clearance ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif fizzjal partikolari ngħata security clearance wara li fl-2013 kellu promozzjoni għall-Lt Col backdated sal-2003 meta dan l-istess individwu ma setax jingħata security clearance f’għaxar snin minnhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika għal min qed jirreferi.

Forzi Armati ta’ Malta – promozzjonijiet backdated

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk huwiex minnu li kien hemm membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, li ġew mogħtija promozzjonijiet backdated meta lanqas biss kienu fil-pussess tal-kwalifiċi neċessarji? F’każ partikolari f’Għawdex saħansitra membru tal-G Command viċin ħafna tal-ex Ministru l-Onor. Anton Refalo ingħata żewġ promozzjonijiet backdated u li għall-ebda waħda ma kien ikkwalifikat għaliha imma madankollu xorta ngħata promozzjoni għal surġent?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm każijiet fejn l-appuntat Bord tal-Inġustizzji sab li membri tal-FAM sofrew inġustizzji fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista billi ma tħallewx iġibu l-kwalifiċi neċessarji sabiex wieħed jiġi eliġibbli għall-promozzjoni. F’dawn il-każijiet il-Bord, wara li aċċerta li l-involuti membri jkunu ġabu l-kwalifiċi rikjesti, irrakkomanda li jingħataw promozzjonijiet b’lura anke meta kienu għadhom mhux kwalifikati wara li aċċerta li l-kwalifiċi ma tħallewx iġibuhom b’inġustizzja u sempliċiment biex jiġu aġevolati membri oħra. L-imsemmi Bord sab ukoll illi fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista ngħataw ukoll promozzjonijiet lil membri li ma kinux kwalifikati anke jekk ma kien hemm l-ebda Bord tal-Inġustizzji u anke jekk ma kien hemm l-ebda inġustizzja mal-persuna/involuti.

Forzi Armati ta’ Malta – promozzjoni ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif Chief Clerk fil-Forzi Armati ta’ Malta ħa promozzjoni għal WO1 minn WO2 u promozzjoni oħra ta’ Logutenent minn WO1 fl-istess ġurnata, meta f’dak il-perijodu l-individwu kien jaqdi dmirijiet ta’ Chief Clerk fl-Ewwel Reġiment? Din l-istess persuna, hija wkoll involuta fl-investigazzjonijiet tal-Bord tal-Inġustizzji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jidentifika għal min qed jirreferi.

Forzi Armati ta’ Malta – spiża tal-pagi wara li ngħataw il-promozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm żdiedet l-ispiża relatata mal-pagi tal-Forzi Armati ta’ Malta b’konsegwenza tal-promozzjonijiet li ngħataw ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni li għaddiet? Jista’ jagħti l-ispiża totali relatata ma’ pagamenti ta’ backdated promotions kemm ta’ membri li għadhom iservu kif ukoll ta’ oħrajn irtirati mis-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 1600 u 1601.

Forzi Armati ta’ Malta – promozzjoni ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra huwiex minnu li l-Uffiċjal Kmandant tal-Air Wing li sa ftit xhur ilu kien l-assistent personali tal-Brigadier u li ngħata promozzjoni għal Lt Col fejn qabeż numru kbir ta’ fizzjala oħra aktar kwalifikati u ta’ esperjenza minnu, ma għandu l-ebda kwalifika jew esperjenza fis-settur li huwa ntbagħat imexxi? Xi kwalifiki għandu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċjal li għalih qed jirreferi ħa lpromozzjoni indikata wara proċess ta’ selezzjoni. L-Onor. Interpellant għandu jagħraf ukoll id-differenza bejn kariga ta’ kmand u kariga teknika. Il-kariga okkupata mill-Uffċċjal imsemmi hija kariga ta’ kmand.

Wasteserv — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem għandha l-Wasteserve u kemm persuni ġew impjegati magħha bejn l-1 ta' April 2017 u l-5 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġew impjegati l-ebda persuni ġodda bejn 1 ta’ April 2017 u l-5 ta Ġunju 2017 mal-kumpanija Wasteserv filwaqt li n-numru ta’ ħaddiema fil-5 ta’ Ġunju 2017 mal-Wasteserv kien ta’ 90 ruħ.