Legislature:
Category:
Reset
Active:

Talba lill-awtoritajiet Ġermaniżi – aċċess għad-data dwar kontijiet sigrieti f’Dubai

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li l-Gvern Malti ‘lbieraħ, il-Ħadd 25 ta’ Lulju, ġie rrapurtat li qal li huwa kiteb jew bagħat lill-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex jitlob ikollu aċċess għad-data kollha dwar min għandu kontijiet sigrieti f’Dubai?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 22083.

Meter Readers ingaġġati mal-ARMS

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21709 u telenka n-numru totali ta’ meter readers li kienu impjegati fil-bidu ta’ kull sena mal-ARMS, direttament jew indirettament, bejn l-2013 u l-2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi l-ARMS ingaġġat total ta’ 39 meter reader.

MFSA – surrender of licences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm u fil-kas, kemm, surrender of licences lil MFSA din is-sena sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba titpoġġa għad-dispozizzjoni tal-pubbliku mill-MFSA.

Residence Permits lir-residenti tas-South Africa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ residence permits li nħarġu lir-residenti ta’ South Africa, kull sena fl-aħħar ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ ċittadini mill-Afrika t’Isfel f’Malta li kellhom permessi ta’ residenza validu fl-aħħar ħames snin kienu dawn: 2016 – 351 2017 – 426 2018 – 507 2019 – 639 2020 – 536

Working permits lir-residenti tas-South Africa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ work permits li nħarġu lir-residenti ta’ South Africa, kull sena fl-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ work permits(1) li nħarġu minn Jobsplus liċ-ċittadini ta’ South Afrika huwa kif indikat fit-tabella t’hawn taħt; Sena Numru ta’ work permits 2016 3 2017 8 2018 16 2019 11 2020 3 Total 41 ( 2 ) (1) Din it-tweġiba tinkludi biss work permits maħruga minn Jobsplus u ma tinkludix permessi li nħargu taħt is-Single Residence Permit. (2) Il-Permess ta’ work permit jista jiġġedded kull sena għalhekk in-numri ma jirreflettux persuni iżda applikazzjonijiet approvati għal work permits .

Forzi Armati ta' Malta — Bord tal-Inġustizzja – każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentari 21798 li ma weġibx u ċjoè kemm (jiġifieri, numru) huma l-każijiet li għadhom pendenti quddiem il-Bord tal-Inġustizzja tal-Forzi Armati ta’ Malta u minn meta ilhom pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-proċess imsemmi mill-Onor. Interpellant għadu għaddej. L-imsemmi proċess li għadu fis-seħħ għandu l-għan li jindirizza inġustizzji li seħħew qabel 2013. Dan wara li bosta persuni sfaw iddiskriminati u li fis-snin ta’ qabel l-2013 ħafna minnhom ukoll kienu resqu numru kbir ta’ rapporti quddiem l-Ombudsman. Madankollu l-Gvern ma waqafx hemm. Matul l-aħħar sena l-Gvern għamel investiment bla preċedent, iġfieri 8 miljun ewro iżjed fis-sena għall-ħames snin fir-riżorsa umana tal-Forzi Armati. Dan wassal biex għall-ewwel darba s-suldati bbenefikaw minn ftehim settorjali li ħalla mpatt prożittiv kemm fis-salarju kif ukoll fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Liġi tal-Impjiegi — emenda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21531 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li l-Liġi tal-Impjiegi tiġi emendata mill-iktar fis, biex ikun illegali li jkun hemm zero hour contracts of employment, sabiex ikunu mħarsa l-ħaddiema minn abbużi?

Response (ABELA, CARMELO)

Kif hemm stipulat fil-Manifest Elettorali, il-Gvern jaqbel li zero hours contracts of employment għandhom jiġu aboliti. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi biex jinstab il-metodu adattat biex isir dan fiċ-ċirkostanzi lokali.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21052 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta' hawn taħt: Dipartiment / Entità / Agenzija: Marzu 2013 - Diċembru 2013 € Jannar - Diċembru 2014 € Jannar - Diċembru 2015 € Jannar - Diċembru 2016 € Jannar - Diċembru 2017 € Jannar - Diċembru 2018 € Jannar - Diċembru 2019 € Jannar - Diċembru 2020 € Jannar - Mejju 2021 € Aktar dettalji MTIP 0 0 0 0 3404.8 4956 32886.83 31437.56 15569.28 Infrastructure Malta 0 0 0 0 0 0 0 9450 4050 Transport Malta 0 0 0 0 0 5310 15931 0 0 Malta Strategic Partnership Projects (MSPP) 0 0 0 0 51767 0 0 790 3160 Projects Plus 0 0 0 0 0 0 0 22762 7334 GHRC 0 0 0 0 0 0 0 0 0 MATS Ltd. 0 0 0 0 0 0 0 0 0 Yachting Malta Ltd. 0 0 0 3451 3681 0 19648 6279 4400 data provided by MoT - from March 2013 till Dec 2017 BAAI 0 0 0 0 0 0 0 0 0
Leg 13 PQ #22000 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21053 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21054 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru tiegħi ma tax u ma għandux kuntratti ta’ konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni.

Mediċina Enalapril

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara għalfejn il-mediċina Enalapril li tintuża kuljum minn tfal b’ċerta kundizzjoni tal-qalb u hija essenzjali li tkun in stock, ilha xhur out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina msemmija minnu, mill-2020 sal lum qatt ma kienet out of stock.
Leg 13 PQ #22018 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21061, jista’ l-Prim Ministru jgħid għal kull sena l-ismijiet u d-dettalji ta’ dawk li tħallsu għal tali servizz u għal kull każ jgħid kif intgħażlu?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub bejn Marzu 2013 sal-gurnata tal-lum fuq il-Mejda tal-Kamra. L-proċedura tal-ħatra saret fuq l- prassi li kienet tintuża minn amministrazzjonijiet differenti.

Raħal Ġdid – Knisja ta’ Sant’Ubaldesca – fondi minn Komunità Malta għal restawr

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Knisja ta’ Sant’ Ubaldesca f’Raħal Ġdid tibbenefika minn fondi minn Komunità Malta, sabiex tiġi restawrata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Agenzija Komunitá Malta hija kommessa li tassisti kull fejn hemm bżonn, sabiex jiġi preservat il-wirt kulturali ta’ pajjiżna.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21043 u telenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tagħha u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni ta’ dan il-Ministeru inbiddlet matul is-snin sabiex il-portafoll kiber u żdiedu l-entitajiet. In-nefqa globali tul dawn it-tmien snin kienet ta’ €319,796,36.

Maternity Fund — fondi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19463 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u 21040 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'kemm fondi jikkonsisti l-Maternity Fund bħalissa?

Response (ABELA, CARMELO)

Il-bilanċ tal-fondi tal-Maternity Trust Fund fis-6 ta’ Ottubru 2021 kien ta’ €4,473,144.90

Materniy Fund — flus imħallsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19462 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u 21039 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm tħallsu flus mill-Maternity Fund mill-2015 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li fl-2015 ma sarux pagamenti u l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Sena Payments from the Maternity Trust Fund 2016 €693,395.06 2017 €5,767,731.60 2018 €5,509,532.20 2019 €6,456,194.00 2020 €7,333,653.60 2021 (up to September) €6,835,343.07 TOTAL €32,595,849.53
Leg 13 PQ #21956 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Private Jet – titjira lejn Montenegro – persuna mal-Prim Ministru

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni jew ħtieġa fl-interess nazzjonali biex fuq it-titjira fuq private jet lejn il-Montenegro lejn l-aħħar tal-2019, il-Prim Ministru Malti ħa miegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? X’kienet il-kariga pubblika li din il-persuna kienet tokkupa li ġġustifikat issiefer mal-Prim Ministru Malti f’delegazzjoni uffiċjali fuq xogħol tal-Gvern Malti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija tellgħet bħala l-mara tal-ambaxxatur tal-msemmi pajjiż.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21049 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21048 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

SenaAmmont mħallas fuq PR dik is-sena 2019 - 2021€48,340.7 2021€46,027.7

Rapport tan-National Productivity Board

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.