Malta Arts Council u V18 Foundation – ċaqlieq ta’ impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jelenka ċ-ċaqlieq ta' impjegati, inkluż tkeċċija, terminazzjoni ta' servizz jew impieg jew xogħol ieħor, mill-Malta Arts Council u V18 Foundation, fix-xhur ta' April, Mejju u Ġunju 2017, xahar b'xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fix-xhur msemmija kien hemm ċaqliq, ta’ erba’ impjegati fil-Kunsill Malti għall-Arti u fil-Fondazzjoni Valletta 18 fejn dawn l-impjegati ġew mogħtija dmirijiet ġodda. Iċ-ċaqliq sar skont it-tabella hawn taħt:
AprilMejjuĠunju
Valletta 18001
Kunsill Malti ghall-Arti003
Total4
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - ħaddiema
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - ħaddiema
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji ser tingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari oħra magħmula mill-istess Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siringa tqassmet minn kull Ċentru tas-Saħħa rispettivament fl-2015, fl-2016 u fl-2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika n-numru ta’ siringi li tqassmu mic-Ċentri tas-Saħħa fis-snin mitluba minnu.
Sena
Total
2015
340,644
2016
333,135
2017
315,541
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hu n-numru ta’ LSAs mal-Gvern u kemm kien fl-2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ LSAs mal-Gvern fl-2015 kien 2,029 filwaqt li fil-preżent hemm 2,380. Maqsumin skont in-nomenklatura, l-informazzjoni hija kif ġej:
Grad
2015
2018
LSA
11
5
LSA I
432
405
LSA II
662
810
SLSA
924
1160
TOTAL
2029
2380
Il-figuri tal-2015 huma meħuda skont id-database fi Frar 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni ta' infurzar saret mill-Awtorità tal-Artijiet kull xahar fl-2015, fl-2016 u fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet, fis-snin mitluba, għamlet azzjonijiet ta’ infurzar, xahar b’xahar hekk kif ġej:
2015
2016
2017
January
126
129
146
February
134
88
137
March
79
101
87
April
149
95
96
May
110
89
197
June
94
83
88
July
104
99
154
August
69
108
113
September
82
93
67
October
84
70
110
November
100
116
82
December
70
143
75
1201
1214
1352
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-Awtorità tal-Artijiet ikollha Freephone fejn il-pubbliku jkun jista’ jċempel 24 siegħa kuljum, u jirraporta abbużi fuq art pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru jaqbel li għandu jerġa’ ikun riattivat il-Freephone fejn il-pubbliku jkun jista’ jċempel 24 siegħa kuljum, u jirraporta abbużi fuq art pubblika.
Bini tal-Berġa tal-Baviera – preżenza ta’ uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet li kienu fil-bini tal-Berġa tal-Baviera fil-lejl bejn it-2 u t-3 ta' Ġunju 2017, ftit sigħat qabel l-elezzjoni ġenerali? X'kienu qed jagħmlu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li skond ma jiena infurmat mill-istess Awtorita’, l-uffiċjal tal-Awtorità tal-Artijiet li kien fil-bini tal-Berġa tal-Baviera fil-lejl bejn it-2 u t-3 ta' Ġunju 2017, ftit sigħat qabel l-elezzjoni ġenerali huwa persuna impjegata ta’ l-awtorita li xogħolu huwa “Security officer” liema xogħol jirrikjedi li jkun għassa ġewwa l-awtorita ma tul il-lejl.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Pembroke rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 106 persuna, fl-2016 kien hemm 93 persuna u fl-2017 kien hemm 87 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn San Ġwann irċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 394 persuna, fl-2016 kien hemm 344 persuna u fl-2017 kien hemm 299 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna min-Naxxar irċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 215-il persuna, fl-2016 kien hemm 185 persuna u fl-2017 kien hemm 165 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il prison warden kien hemm impjegat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017? Jista’ jagħti d-dettalji għall-2017, xahar b’xahar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-snin imsemmija n-numru ta’ uffiċċjali korrettivi impjegati kien skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt :
Diċembru 2015
216
Diċembru 2016
208
+ 54 Trainee COs
2017
Jannar
208
+ 54 Trainee COs
Frar
262
Marzu
259
April
257
Mejju
255
Ġunju
254
Lulju
253
Awwissu
251
Settembru
251
Ottubru
249
+ 57 Trainee COs
Novembru
249
+ 57 Trainee COs
Diċembru
249
+ 57 Trainee COs
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kotba nxtraw għal-Librerija Nazzjonali fl-2015, 2016 u 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tliet snin il-Librerija Nazzjonali xtrat kotba kif se nsemmi:
2015: inxtraw 208 kotba
2016: inxtraw 162 ktieb
2017: inxtraw 230 ktieb
Jista’ l-Ministru dettaljatament jgħid fiex wasal il-proġett ta’ digitisation tal-Awtorità tal-Artijiet? Kemm-il file ġie digitised s’issa mill-2013 ‘l hawn, sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil onorevoli interpellant li l-Awtorita’ għandha il fuq minn 250,000 file li jammontaw għal aktar min 25 milljun dokument. Intant il-proġett ta’ diġitaliżazzjoni kien ġie inkluż fil-proġett hekk imsejjah Lemis fejn is-sejha ghal l-offerti ħarget lura fl-2003 u ġiet aġġudikata fis-sena 2004 u beda il-proċess ta’ implimentazzjoni fis-sena 2010. Dan il-proċess jinkludi l-iscanning ta’ kull korrispondenza li tirċievi l-Awtorita’.
Mis-sena 2017 ġie imniedi proġett ġdid ta diġitalizazzjoni tal-files bi sħab ma Malta Post u Jobs Plus, kif ukoll qed titwaqqaf sezzjoni ta’ file scanning fi ħdan l-Awtorita’ biex titħaffef din il-proċedura u tkun waħda aktar effiċjenti u produttiva. Dan kollu fid-dawl tal-kwantita kbira ta’ files li għandha l-Awtorita’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Ħal Qormi rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 742 persuna, fl-2016 kien hemm 680 persuna u fl-2017 kien hemm 611-il persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna mill-Marsa rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 509 persuni, fl-2016 kien hemm 493 persuna u fl-2017 kien hemm 452 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.