Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #743 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 131 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni f'xi dekasteru li jaqa' taħtha bejn l-1 ta' April u l-5 ta' Ġunju 2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perjodu stipulat ġew ingaġġati wieħed u sebgħin impjegat ġdid fil-Ministeru għal Għawdex.
Leg 13 PQ #750 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Third Country Nationals — permess ta' residenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 136 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid x’pożizzjoni jkollu persuna Third Country National li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għall-ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kien in-numru ta’ Third Country Nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Risposta se tingħata f’seduta ohra..
Leg 13 PQ #751 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — appointment ta' konsulenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 137 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Risposta se tingħata f’seduta ohra.
Leg 13 PQ #752 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Lista ta' Avukati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 138 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu ċjoè: Jista' l-Ministru jitlob lir-rappreżentant tal-Gvern fuq il-bord tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment, il-lista ta’ avukati li nħatru minnha mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum għall-finijiet ta’ vetting ta’ kuntratti ta’ self u bejgħ/xiri u kuntratti oħra li jirrikjedu l-vetting ta’ riċerki, u jqiegħdha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija msemmija hija kumpanija privata.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġar tal-Ilma — konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 139 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għalxiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli, mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li dawn id- direct orders ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Fir-rigward tal-Enemalta, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Enemalta — Ħlas għall-konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 135 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni Enemalta ħallset jew se tkun mitluba tħallas għall-konsulenzi legali u pariri legali mogħtija mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum? Min hija jew huma d-ditti legali li qed jipprovdu tali servizzi legali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 42 u ċjoè: Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 714.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 43 u ċjoè: Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari numru 714.

Forzi Armati ta’ Malta — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 121 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid, mill-promozzjonijiet kollha li ngħataw fil-Forzi Armati ta’ Malta fl-2017, kemm ġew ordnati li jitħallsu kumpens ta’ arretrati ta’ pagi/danni eċċ. f’kull waħda minn dawn il-promozzjonijiet li ngħataw (speċjalment dawk backdated), u jista’ jagħti wkoll id-dati ta’ meta dawn il-promozzjonijiet u l-kumpens ordnat ġew mogħtija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta dwar l-ammont tal-kumpens imsemmi ngħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1600. Il-promozzjonijiet regolari kif ukoll dawk b’konnessjoni mal-Kummissjoini dwar l-Inġustizzji sad-data tal-mistoqsija 730, ġew mogħtija u ngħata l-kumpens relatat fid-dati kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma– ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 124 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jelenka d-data ta’ ingaġġ ta’ kull ħaddiem ġdid li ġie ingaġġat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn l-1 ta’ Marzu 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017, u jgħid x’inhi n-natura ta’ xogħol li għalih ġie ingaġġat?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ingaġġ ta’ dawn il-ħaddiema kien konformi ma’ Ċirkulari Numru 8/2017 maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

ARMS Ltd – tnaqqis fil-kont dovut ta’ arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 127 u jgħid kemm kienu l-każijiet li fihom l-ARMS Ltd naqset il-kont dovut ta’ arretrati bejn l-1 ta’ April 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (MIZZI, JOE)

M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġa kont tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 127.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 37 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (ABELA, CARMELO)

0

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 38 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 39 u ċjoè: Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 711 f’Seduta 84
Leg 13 PQ #713 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 40 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha hija responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 41 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' impjegati, sija full-time u sija part-time mal-entitajiet illi jaqgħu taħt il-Minsteru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta` Soċjali, huwa kif ġej; Fl-1 ta’ Diċembru 2016 kien hemm l-ammont ta’ 1,127 ħaddiem, fl-1 ta’ Mejju 2017 kien hemm l-ammont ta’ 1,210 ħaddiem u fit-3 ta’ Ġunju 2017 kien hemm 1,228 ħaddiem.
Leg 13 PQ #727 Sitting 84 2018-02-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Każijiet ta’ taxxa dovuta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista’ l-Ministru jgħid f'kull każ imsemmi kif l-ammont ġie varjat u b'kemm?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba li tirrigwarda l-entitajiet li jien responsabbli ghalihom.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern lokali u Komunitajiet - ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32 u ċjoè: Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.