Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena kelli żjara uffiċċjali fil-Vatikan, flimkien mas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru u l-Kap tas-Segretarjat. L-ispiża totali kienet ta’ €3,569.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat lli t-tweġiba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Travels 2021 Dates: Scope of Visit: Destination: Delegates: Funded/ Not Funded: Total Expenditure: € 10th - 12th March 2021 Official Visit to Rome / Meetings with Italian Ministerial Officials Rome Hon. Minister, AFM Official and Ministry Official Not Funded 4,592.5 18th - 21st March 2021 MED-5 Athens Informal Ministerial Meeting Athens Hon. Minister, Ministry Official and International Protection Agency Official Not Funded 5,091.0 8th June 2021 Visit to Libya Libya Hon. Minister + 7 Government Officials Not Funded 25,310.0 30th Aug - 1st Sept 2021 Extraordinary JHA Council - Situation on Afghanistan Brussels Hon. Minister and two Ministry Officials EU Funded 3,053.42* 24th Sept - 26th Sept 2021 MED5 Malaga Spain Hon. Minister, two Ministry Officials and one International Protection Agency Official Not Funded 6,313.0 * Accomodation costs for this visit not included

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu/tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-18 t’Ottubru 2021.

Pulizija – Droga maqbuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-Pulizija, maqsuma skont it-tip ta’ droga, sena b’sena mill-2017 sal-lum?,

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ qabdiet ta’ droga reġistrati mit-Taqsima Kontra Droga tal-Korp tal-Pulizija, u li tinkludi wkoll kazi ta’ qabdiet li ġew rreferuti lilha mid-Dipartiment tad-Dwana, sena b’sena għas-snin 2017 sa l-aħħar ta’ Lulju 2021, kien kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt. It-tabella tinkludi dettalji dwar it-tip ta’ droga misjuba u l-ammonti maqbuda. 2017 Drug type Quantity Cocaine - 322514.4372G Heroin - 13481.292G Cannabis resin - 591426.132G cannabis grass - 193833.155G cannabis plants - 11 Cannabis seeds - 318 Xtc - 405 Mdma - 19.666g LSd - 5 Amphetamine - 0.389g Mephedrone - 0.62g Cannabis joints - 107 Synthetic drugs - 14.693G Ketamine - 4.188g Clonazepam - 7980 Tramadol - 116800000 Synthetic powder - 1000g 2018 Drug type Quantity Cocaine - 187568.0061g Heroin - 4831.949g Cannabis Resin - 17366305.62g Cannabis Grass - 594617.686g Crack cocaine - 22.254g Ecstasy - 368.5 Cannabis plants - 2 Cannabis joint - 115 Synthetic Drugs not scheduled - 20g MDMA powder - 97.303g LSD - 88 Ketamine - 24.212 Magic mushrooms - 20g Cannabis oil - 50ml Amphetamine - 3.5g 2019 Drug type - Quantity Cocaine - 747281.827g Heroin - 994.334g Cannabis Resin - 118086.145g Cannabis Grass - 389165.6g Crack cocaine - 29.339g Ecstasy - 148.5g Cannabis plants - 2 Cannabis joint - 151 Synthetic Drugs not scheduled - 1501 MDMA powder - 29.661g LSD - 4 Ketamine - 71.059g Magic mushrooms - 42.7g Cannabis seeds - 56 Scheduled synthetic - 3159.842g Synthetic Cocaine - 500g 2020 Drug type Quantity Cocaine - 524540.869g Heroin - 1848.908g Cannabis Resin - 361.601g Cannabis Grass - 151124.5508g Crack cocaine - 127.029g Ecstasy - 14.5 Cannabis plants - 4 Cannabis joint - 7 Synthetic Drugs not scheduled - 8.776g MDMA powder - 4.01g Seeds - 4 Methadone - 0.2L Scheduled synthetic - 2028.766g Testosterone - 18Ml Cutting agent - 59.741g 2021 Jan- July Cocaine - 747808.274g Heroin - 56.084g Cannabis Resin - 20314.173g Cannabis Grass - 36836.749g Ecstasy - 14 Cannabis joints - 5 crack Cocaine - 11.878g synthetic drugs non scheduled - 128.175g Amphetamine - 31.17g Methadone - 0.38ml Cannabis plant - 39 Cannabis seeds - 209 scheduled synthetic - 1077.82g MDMA - 15.47g Khat - 118000 Magic mushroom - 2.163g Metamphetamine - 3.908g Cannabis extract - 6 bottles 4-mec - 25g CBD oil - 7.2L
Leg 13 PQ #22109 Sitting 499 2021-10-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Cabinet Room – portrait

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kien l-artist li għamel l-official portrait ta’ Joseph Muscat li sar għall-Cabinet Room u kemm tħallas?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà hu magħruf pubblikament, il-pittura msemmija tal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat hi xogħol l-artist Patrick Dalli u ngħatat b’donazzjoni lill-Istat biex tkun parti mill-kollezzjoni nazzjonali.

Qorti Kriminali – investigation orders, attachment orders, monitoring orders u freezing orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il: a) investigation order taħt l-art.4 tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta, ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena; b) attachment order taħt l-art.4 tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena; c) monitoring order taħt l-art.4B tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena; d) freezing order taħt l-art.10 tal-Att kontra Money Laundering, Kap.373 tal-Liġijiet ta’ Malta ġew maħruġa mill-Qorti Kriminali mill-2017 sal-lum, sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpelalnt li l-esponenti jirrileva illi r-reġistratur għandu biss aċċess għar-reġistru fejn jigu reġistrati dawn l-atti fejn pero’ m’huwiex specifikat in-natura ta’ dawn ir-rikorsi u għaldaqstant jista’ jingħata biss ammont globali kif ġej: 2017 2018 2019 2020 2021 4 32 37 39 18
Leg 13 PQ #22273 Sitting 499 2021-10-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub għall-perjodu bejn Jannar u Settembru 2021.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tiegħu; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm safra wahda fuq xoghol tal Gvern waqt 2021 li kienet f’Dubai, Il-Ministru gie kkumpanjiat min rappreżentant tal-Awtorità Maltija għall-Inovazzjioni Diġitali. L-ispiża totali kienet ta’ €2,950 u tħallset minn fondi nazzjonali.
Leg 13 PQ #22275 Sitting 499 2021-10-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — Safar fuq xogħol tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid a. liema kienu s-safar fuq xogħol tal-Gvern li huwa kellu fl-2021 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza; b. liema kienu mħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea u liema kienu minn fondi nazzjonali; c. min kellu fid-delegazzjoni tagħha; d. x’kienet l-ispiża totali ta’ kull safra msemmija?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sena sal-lum ma kellix safar fuq xogħol tal-Gvern.

Talba lill-awtoritajiet Ġermaniżi – aċċess għad-data dwar kontijiet sigrieti f’Dubai

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li l-Gvern Malti, lbieraħ il-Ħadd 25 ta’ Lulju, ġie rrapurtat li qal li huwa kiteb jew bagħat lill-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex jitlob ikollu aċċess għad-data kollha dwar min għandu kontijiet sigrieti f’Dubai?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 22083.
Leg 13 PQ #22090 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swiss Leaks – politically exposed persons

Question

Jista’ l-Prim Ministru jonora l-wegħda li kien għamel l-ex Prim Ministru Joseph Muscat f’Marzu 2015 (wara li qal li ħa l-parir mill-Avukat Ġenerali) u jippubblika l-lista ta’ ismijiet tal-politically exposed persons kollha li jissemmew fl-iSwiss Leaks, issa li huwa fatt maqbul minn kulħadd li n-nuqqas ta’ ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa mill-Gvern Malti wasslet għall-grey listing ta’ Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 22091.

Swiss Leaks – politically exposed persons

Question

Jista’ l-Ministru jonora l-wegħda li kien għamel l-ex Prim Ministru Joseph Muscat f’Marzu 2015 (wara li qal li ħa l-parir mill-Avukat Ġenerali) u jippubblika l-lista ta’ ismijiet tal-politically exposed persons kollha li jissemmew fl-iSwiss Leaks, issa li huwa fatt maqbul minn kulħadd li n-nuqqas ta’ ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa mill-Gvern Malti wasslet għall-grey listing ta’ Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jiena infurmat mill-Kummissarju tat-Taxxa li ma japprovax li din id-data titpoġġa fil-pubbliku.

Lands Authority – impjegati mkeċċija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat tal-Awtorità tal-Artijiet tkeċċa fl-2021? Jista’ jgħid għalfejn u jagħti d-data tat-tkeċċija? Jista’ jgħid liema minnhom qed jiġu investigati mill-Pulizija (FCID)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ma kien hemm ebda tkeccija mill-Awtorità tal-Artijiet fl-2021

Użu ta’ private jet għal-Libja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-użu tal-private jet kull meta huwa mar il-Libja fl-2021, inkluż f’Mejju u f’Lulju ta’ din is-sena? Jistax jgħid minn liema ditta inkera u kif saret l-għażla?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra

Raħal Ġdid – Triq Sant’Ubaldesca – fdalijiet tal-bollards tal-ġebel

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-fdalijiet tal-bollards tal-ġebel li hemm fi Triq Sant’Ubaldesca, Raħal Ġdid jitneħħew mill-iktar fis, minħabba l-inċidenti stradali li qed ikun hemm regolarment minħabba fihom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità ta’ Transport f’Malta li ser tagħti struzzjonijiet biex dawn il-bollards jitneħħew kompletament.

Liġi tal-Impjiegi — emenda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21531 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li l-Liġi tal-Impjiegi tiġi emendata mill-iktar fis, biex ikun illegali li jkun hemm zero hour contracts of employment, sabiex ikunu mħarsa l-ħaddiema minn abbużi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #22081 Sitting 497 2021-10-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22083.

Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħamel referenza għall- PQ 22083.

Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtoritajiet tat-taxxa juzaw u jirrikjedu kull mezz u informazzjoni disponibbli skont il-liġi biex jikkumbattu l-evazjoni tat-taxxa.

Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 22083.