Jista’ l-Ministru jindika d-data eżatt ta' meta beda l-kors ta' Veterinarju ġewwa pajjiżna u f'liema istitut qed isiru l-lezzjonijiet għal dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors ser jibda’ f’Novembru u ser isir fl-Istitut tax-Xjenza Applikata li jinkludi ċ-Ċentru tal-Agrikoltura, l-Akwatika, u x-Xjenza tal-Annimali.
Jista’ l-Ministru jispjega kif ser ikun akkreditat il-kors ta' Veterinarju u jekk hux ser ikollu l-istess tip ta' warrant ta' veterinarji li diġà gradwaw snin qabel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Master of Science in Veterinary Medicine huwa mfassal fuq il-kors diġà hu stabbilit u offrut mill-Universitat Autònoma de Barcelonau li huwa akkreditat mill-awtoritajiet Spanjoli.
Meta jingħata l-warrant lill-gradwati ta' dan il-kors, dan ikun l-istess tip ta’ warrant li ngħataw studenti li s'issa użaw entitajiet edukattivi oħra fl-Unjoni Ewropea sabiex jilħqu veterinarji.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jiftaħ l-isptar tal-annimali ġewwa Ta' Qali kemm għall-pubbliku biex jingħata servizz għall-annimali tiegħu, għall-annimali li jinġabru mill-ambulanza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kif ukoll biex l-istudenti li qed jattendu l-kors ta' Veterinarju jibdew parti mill-istudju tagħhom hekk kif kien ġie mħabbar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej proċess amministrattiv biex ikun jista’ jinfetaħ l-isptar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie prodott New Water fis-sena, għal dawn l-aħħar snin minn meta nbeda dan il-proċess? Tista’ tgħid ukoll kemm minnu ġie użat mill-bdiewa għall-użu agrikolu u x'sar minn dak li ma ġiex użat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fl-aħħar sentejn, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma forniet kull sena 1.6 miljun metru kubu ta' New Water lill-bdiewa. Minbarra li huwa sors ta’ ilma ta’ kwalità tajba ħafna għat-tisqija tal-uċuħ tar-raba’, in-New Water qed jgħin ukoll biex itaffi l-pressjoni fuq l-ilma tal-pjan. Filwaqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma timxi b’għaqal kbir fil-produzzjoni tan-New Water u għaldaqstant tassigura li l-produzzjoni tirrifletti d-domanda, huwa importanti li dan jiġi ttrattat bħala riżors importanti li m'għandux jinħela. Il-bdiewa li jagħmlu użu minnu għandhm jaraw li dan l-ilma jintuża b’mod responsabbli u għaqli u għall-iskop li jkunu applikaw għalih. Qed inpoġġi l-kumplament tal-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar tal-Annimali APH hux ser ikun parti minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, dan kif ser jaħdem mal-Ministeru li hu nkarigat mill-annimali u l-ħarsien tagħhom?
Ministeru tas-Saħħa – Tneħħija tal-qtates mill-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx sar ftehim mal-Ministeru tas-Saħħa biex jitneħħew il-qtates mill-Isptar Mater Dei u jitpoġġew f’kamra fil-Kalkara? Jista’ jgħid x'kien eżatt dan il-ftehim? Jista’ jgħid ukoll x'se jagħmel issa b'dawn il-qtates peress li l-istess voluntiera li qed jieħdu ħsieb dawn il-qtates qed jiġu mġiegħla jbattlu l-post?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma sar l-ebda ftehim mal-Ministeru responsabbli mis-Saħħa biex jitneħħew il-qtates mill-Isptar Mater Dei. Il-qtates tneħħew min għaqda mhux volontarja li talbet l-għajnuna lill-Ministeru li jien tiegħu responsabbli sabiex jipprovdi post temporanju għal perjodu qasir fejn jinżammu sakemm jiġu rilokati.
Filwaqt li min qed juża l-post illum ma kellux l-awtoriżżazzjoni sabiex jużah, il-Ministeru qiegħed jgħin sabiex jinstab post alternattiv.
Klinika privata — Isolation spaces għall-klieb u l-qatates
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex isolation spaces kemm għall-klieb u kemm għall-qtates?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tin[abar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu qtates fil-kliniki li qegħdin jiġu użati biex tingħata kura lill-annimali mweġġgħa li jinstabu mill-ambulanza u li ġew rikoverati minn Marzu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn ġew imraqqda u x'kienet ir-raġuni għal dan?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabella segwenti, ninfurmaha li jkun hemm diversi raġunijiet sabiex dawn l-annimali jiġu mraqqda inkluż mard u feriti jew trawmi interni gravi li jkun ġarrab l-annimal waqt xi inċident. Ta' min isemmi li dawn id-deċiżjonijiet kollha jittieħdu minn veterinarji liċenzjati fl-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimal.
Qtates rikoverati
Qtates imraqqda
Marzu 2024
65
26
April 2024
107
28
Mejju 2024
154
38
Ġunju 2024 (sas-16.06.24)
85
26
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu klieb fil-kliniki li qegħdin jiġu użati biex tingħata kura lill-annimali mweġġgħa li jinstabu mill-ambulanza u li ġew rikoverati minn Marzu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn ġew imraqqda u x'kienet ir-raġuni għal dan?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabella segwenti, nimfurmaha li jkun hemm diversi raġunijiet sabiex dawn l-klieb jiġu mraqqda inkluż mard, feriti gravi u trawmi interni li jkun ġarrab il-kelb waqt xi inċident, u mġieba aggressiva li tkun ta’ periklu għall-persuni u klieb oħra li jkunu f’kuntatt magħhom. Ta' min isemmi li dawn id-deċiżjonijiet kollha jittieħdu minn veterinarji liċenzjati fl-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimal.
Klieb Rikoverati
Klieb Imraqqda
Marzu 2024
40
1
April 2024
72
2
Mejju 2024
53
1
Ġunju 2024 (sas-16.06.24)
15
0
Kliniki tal-annimali privati – Annimali li jinstabu mweġġgħa
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika liema kliniki qed jiġu użati biex tingħata kura lill-annimali mweġġgħa li jinstabu mill-ambulanza? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm tħallsu b'mod separat minn Marzu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari waqt li jindika isimhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn wara li l-annimali jingħataw kura, qed jitħallew b'mod partikolari għand waħda minn dawn il-kliniki, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imdaħħla annimali fil-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Marzu 2024 u jaqsam l-informazzjoni xahar b' xahar?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabella segwenti.
Numru ta’ annimali rikoverati fil-klinika
Marzu 2024
110
April 2024
185
Mejju 2024
211
Ġunju 2024 (sas- 16.06.24)
101
TOTAL
607