Legislature:
Category:
Reset
Active:

Cat feeders — Vouchers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew imqassma l-vouchers għall-ikel tal-qtates ġewwa kull kunsill lokali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar peress li l-iskema għadha miftuħa u d-disseminazzjoni u l-allokazzjoni tal-vawċers lil kull persuna reġistrata li titma’ l-qtates ġiet fdata lill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Cat feeders — Vouchers

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif il-vouchers għall-ikel tal-qtates ġew imqassma lill-feeders u ċjoè jekk dawn ingħatawx bħala ammont ta' vouchers skont l-ammont ta' qtates li jitimgħu?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 21969.

Ta’ Qali — Sptar tal-annimali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21741, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta’ Qali għadux jagħmel parti mir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali? Jekk le, jista’ jgħid min hu l-Ministeru inkarigat minn dan l-isptar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-isptar tal-annimali ġewwa Ta’ Qali minn dejjem kien immexxi minn operatur privat taħt konċessjoni privata maħruġa minn naħa tal-Kummissarju tal-Artijiet; liema sptar kien ukoll qed joffri servizz lid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Għaldaqstant, tali sptar qatt ma’ kien taħt ir-responsabbiltà u mmexxi mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.

Kors ta' Veterinarju – Studenti li jmorru jistudjaw f’pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk l-istudenti kollha li ma setgħux jidħlu għall-Kors ta' Veterinarju minħabba n-numru ristrett, għadhomx fiċ-ċans li japplikaw u jmorru jistudjaw f’pajjiżi oħra kif kien jiġri sas-sena l-oħra? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux ser jibqgħu jiġu megħjuna finanzjarjament fit-totalità tal-ispiża tal-kors jekk imorru jistudjaw f’pajjiżi oħra?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Cat feeders — Vouchers

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ingħata terminu ta’ xahar biss biex jiġu użati l-vouchers mill-cat feeders?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li peress li n-numru ta’ vawċers imqassma kien wieħed sostanzjali, ingħata terminu sal-aħħar ta’ Ottubru. Dan biex il-vawċers ikunu vverifikati fuq is-sistema ta’ verifikazzjoni tal-vawċers u jkunu jistgħu jingħalqu l-pagamenti dovuti lill-operaturi ekonomiċi li fornew l-għalf sal-aħħar tas-sena, u jkunu jistgħu jitħallsu mill-allokazzjoni ta’ fondi ta’ din is-sena.

Cat feeders — Vouchers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm inġabru s'issa vouchers li ngħataw lill-cat feeders u kemm minnhom intużaw?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-7,000 vawċer ġew miġbura kollha mis-68 Kunsill Lokali, u sa issa ġew imsarrfa ‘l fuq minn 2,386 vawċer fuq is-sistema elettronika. Din il-figura tista’ ma tkunx preċiża għax jista’ jkun hemm dewmien sakemm l-operaturi ekonomiċi jtellgħu l-vawċers rispettivi fuq is-sistema elettronika ta’ monitoraġġ u validazzjoni tal-vawċers, u allura dawn ma jkunux aġġornati b’mod immedjat.

Kors ta' Veterinarju — Numerus Clausus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kors ta' Veterinarju, li beda għall-ewwel darba f'pajjiżna din is-sena, kellux marbut miegħu Numerus Clausus fejn jidħlu l-applikazzjonijiet tal-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda student ma ġie rrifjutat minħabba nuqqas ta’ spazju.

Kors ta' Veterinarju — Ċentru tal-MCAST

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema ċentru tal-MCAST qed isir il-Kors ta' Veterinarju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kors qed jsir fl-Istitut għax-Xjenza Applikata li jinkludi ċ-Ċentru tal-Agrikoltura, l-Akwatika, u x-Xjenza tal-Annimali.

Annimali u l-ħarsien tagħhom — Korsjiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-korsijiet kollha differenti relatati mal-annimali u l-ħarsien tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li persuna faċilment tista’ taċċessa s-siti online fejn hemm l-listi pprovduti.

Kors ta' Veterinarju – Studenti li jmorru jistudjaw f’pajjiżi oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawk l-istudenti kollha li ma setgħux jidħlu għall-Kors ta' Veterinarju minħabba n-numru ristrett, għadhomx fiċ-ċans li japplikaw u jmorru jistudjaw f’pajjiżi oħra kif kien jiġri sas-sena l-oħra? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux ser jibqgħu jiġu megħjuna finanzjarjament fit-totalità tal-ispiża tal-kors jekk imorru jistudjaw f’pajjiżi oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21746.

Kors ta' Veterinarju — Numerus Clausus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kors ta' Veterinarju, li beda għall-ewwel darba f'pajjiżna din is-sena, kellux marbut miegħu Numerus Clausus fejn jidħlu l-applikazzjonijiet tal-istudenti?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21746.

Kors ta' Veterinarju — Akkreditazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif ser ikun akkreditat il-kors ta' Veterinarju u jekk hux ser ikollu l-istess tip ta' warrant ta' veterinarji li diġà gradwaw snin qabel?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ta’ Qali – Sptar tal-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jiftaħ l-isptar tal-annimali ġewwa Ta' Qali kemm għall-pubbliku biex jingħata servizz għall-annimali tiegħu, għall-annimali li jinġabru mill-ambulanza tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kif ukoll biex l-istudenti li qed jattendu l-kors ta' Veterinarju jibdew parti mill-istudju tagħhom hekk kif kien ġie mħabbar?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Strateġija Nazzjonali għall-Annimali u l-Ħarsien tagħhom

Question

Bħala waħda mill-wegħdiet għall-Baġit maħsub għal din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata l-Istrateġija Nazzjonali għall-Annimali u l-Ħarsien?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq id-drafting tal-istrateġija għaddej b’ritmu tajjeb. Fix-xhur li ġejiin ser jibdew il-konsultazzjonijiet pubbliċi qabel l-istrateġija tiġi mnedija. Il-pubblikazzjoni finali hi dipendenti fuq l-andament tal-konsultazzjoni pubblika u n-numru ta’ kummenti li ser jiġu sottomessi u skont in-numru u n-natura ta’ emendi li jkollhom jidħlu fis-seħħ fid-dokument finali.

Santwarji — Skema għall-Għajnuna finanzjarja

Question

Fid-dawl tal-wegħda li kienet ser tinħareġ skema fejn is-santwarji jistgħu japplikaw biex jingħataw għajnuna finanzjarja u riżorsi umana biex dawn jittranġaw u jingħatalhom servizz ta' manutenzjoni, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu s-santwarji li applikaw għal dan u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet bdew fil-verità jitqiesu s’issa u allura jekk bediex xi xogħol fihom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie mwiegħed, il-Ministeru li tieghu jiena responsabbli nieda skema li tagħti għajnuna permezz ta’ xogħlijiet lil santwarji liċenzjati skont il-Liġi Sussidjarja 439.14 - Regolamenti dwar Standards Minimi għal Santwarji tal-Annimali. L-applikazzjonijiet għal tali skema għadhom miftuħa u ser jiġu milqugħa sal-25 t’Ottubru 2024.

Art mhux użata — Santwarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid wara l-wegħda lil NGOs li setgħu jsibu biċċa art mhux użata u li kien ser jgħinhom biex jiżviluppawha f'postijiet fejn setgħu jagħmlu santwarju, jekk allura kellux talbiet minn dawn u jekk iva, lil liema minnhom għen u finalment fejn kienu l-artijiet li ser jiġu allokati għal dan il-pjan?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.