Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4471 u jgħid kemm ġew impjegati Assistenti Diretturi u Diretturi fl-aħħar erba’ snin, sena b’sena, kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista’ jgħid jekk kienx hemm min twaqqaf mill-kariga ta’ Assistent Direttur f’dawn l-aħħar erba’ snin waqt il-probation jew qabel it-terminu tal-kuntratt u kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel jekk huwa l-każ?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-annimali slavaġ li nstabu abbandunati ġewwa razzett fin-Naxxar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-annimali slavaġ li nstabu ġo razzett fil-limiti tan-Naxxar ġewwa l-Għallis kienu 4 ljuni tal-ispeċi Panthera leo u leopard tal-ispeċi Panthera pardus. Preżentament, dawn l-annimali qed jinżammu taħt l-awtorita’ tad-Direttur għar-Regolazzjoni Veterinarja.
Is-sid ta’ dawn l-annimali ġie identifkat u d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja ser jipproċedi skont il-proviżjonijiet ta’ penali hekk kif indikati fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 439.19, Regolamenti dwar il-Pussess u ż-Żamma ta’ Annimali Perikolużi.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellanta illi d-Direttorat qiegħed fil-proċess biex dawn l-annimali jiġu trasferiti u rilokati ġewwa post adegwat.
L-azzjonijiet li jittieħdu mid-Direttorat f’każijiet simili jiddependu miċ-ċirkostanzi tal-każ sabiex tkun imħarsa l-protezzjoni tal-annimali u l-interess tal-pubbliku inġenerali. Kull stadju tal-proċess tar-rilokazzjoni titmexxa taħt is-superviżjoni tal-esperti u s-sid huwa mitlub li jħallas l-ispiża relata miegħu, inkluż meta r-rilokazzjoni tal-annimal tkun se ssir barra mill-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14299 u jagħti rendikont ta’ kemm hawn dog parks u cat cafés li kienu proġetti li saru minn kunsilli lokali differenti kemm f'Malta u kemm f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta saru u kemm ġew jiswew?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mgħoddija lili mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12924 u ċjoè: Skont l-estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni f'liema stadju ta' ħsieb wasal il-proġett għal ċimiterju tal-annimali li tant ilu jiġi mwiegħed u li qed jiġi stmat għal €50,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għadu kif ġie inawgurat il-Pet Memorial Garden ġewwa Ta’ Qali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12923 u ċjoè: Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti break down tan-nefqa ta’ €345,585 għal Animal Welfare Initiatives u lil min ġew mogħtija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12919 u ċjoè: Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti break down ta' kif ġew allokati l-€20,757 li ntefqu f’neutering ta' qtates fis-sena 2022 u min kienu dawk li bbenifikaw minn din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-benefiċjarji kienu varji feeders tal-qtates stray. Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Baġit 2024 — Santwarji megħjuna permezz ta' skemi finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12918 u ċjoè: Hekk kif indikat fid-Diskors tal-Baġit 2024, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-santwarji li ġew megħjuna permezz ta' skemi finanzjarji f'dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi u kif ġew megħjuna? Jista’ jgħid ukoll kif l-istess santwarji jistgħu japplikaw għall-għajnuna fejn jidħol xogħol ta' tiswijiet u manutenzjoni fl-istess santwarji, kif ġie mwiegħed fl-istess Diskors?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed nippreżenta l-għajnuna mogħtija lis-Santwarji liċenzjati mir-raba’ kwart tal-2021 sa l-aħħar kwart tas-sena 2024 li jammonta għal €391,128.28. Barra minn hekk, fis-sena 2024 inħarġet Skema għall-Manutenzjoni tas-Santwarji fejn kull santwarju li ressaq l-applikazzjoni u nstab li kien eleġibbli ser jingħata sa massimu ta €10,000 f’xogħolijiet ta’ manutenzjoni. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jibqa’ kommess li jkun ta’ sapport għal dawn is-Santwarji bl-iskemi ta’ għajnuna li jinħargu ta’ kull sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8644 u 12162 u jgħid jekk kienx hemm annimali eżotiċi li ntbagħtu barra minn Malta? Jista’ jagħti indikazzjoni ta' dawn il-figuri sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' annimali kienu dawn u liema huma ż-zoos li għamlu dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kien hemm annimali eżotiċi li ntbagħtu barra mill-pajjiż. Lista tal-annimali eżotiċi meqjusa perikolużi, skont Skeda B ta’ Liġi Sussidjarja 439.19, u li nħarġu barra mill-pajjiż mill-istabbilimenti żooloġiċi liċenzjati sena b’sena, huma mniżżlin fit-tabella hawn taħt.
Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ dejta, dan id-Direttorat mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti dettalji dwar liema kienu l-istabbilimenti żooloġiċi minn fejn ħarġu l-annimali. Id-data disponibbli huwa biss mill-2018 sal-lum.
It-tabella hawn taħt qiegħda turi kemm u liema annimali eżotiċi ħarġu barra mill-pajjiż:
Tip ta’ annimal eżotiku li ntbagħat barra minn Malta
Total 2014
Total 2015
Total 2016
Total 2017
Total 2018
Total 2019
Total 2020
Total 2021
Total 2022
Total 2023
Total 2024
Panthera Tigris (Tigri)
1
0
9
7
9
0
0
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20200 u jgħid kif qed jagħti sostenn lill-kliniki jekk ikun hemm overcrowding ta’ annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li huwa propju l-kompitu tal-istess kliniċi privati tal-annimali sabiex dawn jimmaniġġjaw il-faċilitajiet li huma responsabbli minnhom.
Klinika privata — Isolation spaces għall-klieb u l-qatates
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20199 u jikkonferma jekk il-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex isolation spaces kemm għall-klieb u kemm għall-qtates?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma hemm ebda obbligu legali li klinika veterinarja jkollha kamra ta’ iżolament.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20196 u jgħid kemm huwa ż-żmien medju li annimal qed idum fil-klinika li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-klinika hux qed titħallas biex iżżomm l-annimali wara li jgħaddi ż-żmien tar-recovery?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żmien medju li annimali jdumu fi klinika veterinarja jiddependi skont meta dawn ikunu ċċertifikati li jkunu tajba biex jiġu rilaxxati mill-veterinarju responsabbli tal-klinika jew veterinarji oħra li jaħdmu fl-istess klinika. Il-klinika veterinarja msemmija titħallas għal trattament jew interventi veterinarji, tindif, ikel, mediċini u konsumibbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19439 u jispjega xi ftehim ser ikun hemm issa mad-Direttorat tal-Annimali meta dawn ser ikunu qed jiġbru l-annimali midruba mit-triq? Jista’ jgħid ukoll minn liema budget ser ikunu qed jitħallsu dawn l-ispejjeż?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19443.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14575 u jgħid liema huma s-siġar li ser ikunu qed jiġu miżbura fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin u f'liema lokalitajiet qegħdin? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-kuntratti ta' żabra u żamma tal-istess siġar ingħatawx diġà u min huma dawn il-kuntratturi li ġew magħżula u jekk kinux magħżula fuq mertu ta' esperjenza u għarfien f'dan ix-xogħol tant delikat fuq is-siġar? Jista’ wkoll jara li l-proċess trasparenti ta' evalwazzjoni fost il-kuntratturi qed isir bir-reqqa kollha biex l-ekosistemi naturali kollha flimkien mal-ħarsien u l-protezzjoni tas-siġar dejjem tkun prijorità unika meta jsir dan it-tip ta' żbir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi bħalissa għaddej bi żbir fuq numru ta’ siġar bħal Żebbuġ, Żnuber, Rand u siġar dekorattivi oħra li jinsabu fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali. Din iż-żabra hija waħda korrettiva li tneħħi biss il-friegħi mejta u tħaffef ftit il-parti ta’ fuq tas-siġra (crown) biex jgħaddi aktar dawl minn bejn is-siġar. Iż-żbir qed isir minn ġardinara tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kif ukoll mill-kuntratturi Callus Garden Centre, Piscopo Gardens Ltd u Sicilville.
Żbir ieħor qed isir fuq siġar bħal Ficus, Żebbuġ, Żnuber u siġar dekorattivi oħra li hemm madwar il-Baċir Numru 1 f’Bormla. Dan iż-żbir qed isir minn Callus Garden Centre.
Qed isir ukoll żbir fuq siġar taż-Żebbuġ fil-ġnien Ta’ Ramija, fis-Siġġiewi minn Derek Garden Centre.
Bħala Dipartiment, aħna nesiġu dejjem li ż-żbir isir fiż-żmien tajjeb għas-siġar, minn ġardinara li għandhom esperjenza u kwalifiċi neċċesarji f’dan ix-xogħol, kif ukoll taħt is-superviżjoni ta’
Chief Agricultural Officers
u Arborista jekk iż-żabra tkun ikbar minn dik ta’ natura korrettiva (f’każ ta’ mard jew ħsara tal-maltemp).
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Servizz ta' dentistrija u ortopedija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23305 u jgħid jekk hemmx annimali misjuba mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li għadhom qed jistennew trattamenti ta’ dentistrija u ta’ ortopedija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru t-annimali misjuba mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li għadhom qed jistennew trattamenti ta’ dentistrija u t’ortopedija huwa ta’ 24.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Servizz ta' dentistrija u ortopedija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23304 u jgħid kemm instabu annimali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li kellhom bżonn servizzi mediċi ta’ dentistrija u ta’ ortopedija u kemm infatti ġew trattati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru t’annimali misjuba mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li kellhom bżonn servizzi mediċi ta’ dentistrija u t’ortopedija kien ta’ 49, fejn 25 minnhom ingħataw il-kura meħtieġa.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Servizz ta' dentistrija u ortopedija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23303 u jgħid liema klinika/ċi qed jagħtu s-servizz ta' dentistrija u ta’ ortopedija meta annimali jiġu misjuba fit-triq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u jkollhom bżonn dawn il-bżonnijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kliniċi li qed jagħtu s-servizz ta' dentistrija huma z-Zoomangi kif ukoll il-Highrise Veterinary Clinic. Fir-rigward tas-servizzi t’ortopedija dawn jiġu ingaġġati skont il-ħtieġa.