Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'ser ikun qed jagħmel dwar il-moħqrija u n-negliġenza ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, li jagħmel parti mill-Ministeru tiegħu, kif intqal mill-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, u jara li din l-investigazzjoni ssir bl-effiċjenza meħtieġa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-allegazzjonijiet ta’ moħqrija u negliġenza ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali bħalissa qed jiġu investigati. Il-Ministeru jistenna l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni u se jaġixxi kif xieraq skont il-konklużjonijiet tagħha.

In-Naxxar - Iljuni salvati – Nies imressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx imressqa persuni l-Qorti fuq il-każ tal-iljuni li ġew salvati minn razzett fin-Naxxar f'Diċembru tal-2024, fid-dawl li l-annimali in kwistjoni nstabu maħqura u fi stat negliġenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onorevoli Interpellanta li l-proċeduri kriminali qed jiġu segwiti mill-Qorti Kriminali.

In-Naxxar - Iljuni salvati - Pjan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għall-iljuni li kienu ġew salvati minn razzett fin-Naxxar f' Diċembru tal-2024?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi f'dan il-każ ma jista' jsir l-ebda pjan sakemm ma jintlaħaqx l-eżitu tal-proċedimenti kriminali li għadhom għaddejjin, u peress li l-annimali in kwistjoni huma evidenza fl-imsemmi każ.

Sptar għall-Annimali - Ftuħ

Question

Fid-dawl li għaddew 26 xahar minn meta l-isptar tal-annimali ġewwa Ta’ Qali ġie magħluq, jista’ l-Ministru jgħid meta dan ser jiftaħ biex jerġa’ jagħti servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-MCAST, bl-assistenza tal-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, għaddejjin minn Negotiated Procedure sabiex l-isptar jiftaħ u jibda joffri s-servizzi neċessarji.

MCAST – Kors ta’ Veterinarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena hux ser jerġa’ jiftaħ il-kors ta’ veterinarju offrut mill-MCAST? Jekk fl-affermattiv, kemm applikaw studenti u kemm minnhom ser jibdew dan il-kors?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-kors imsemmi se jerġa’ jiftaħ u s’issa applikaw 25 student.

Korsijiet veterinarji barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm studenti li, kemm is-sena l-oħra u kif ukoll din is-sena, iddeċidew li japplikaw biex jagħmlu l-Kors ta’ Veterinarju mhux f’Malta, iżda ma’ Universitajiet barra minn xtutna, kif kien isir qabel ma beda dan il-kors fl-MCAST? Jekk iva, kemm huma dawn l-istudenti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux ser jibqa jisponsorja studenti li jiddeċiedu li jagħmlu dan il-kors barra minn Malta, kif kien isir fil-passat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul is-sena 2024 ibbenefikaw 14-il student mill-iskema tal Veterinarji għal korsijiet barra min Malta.

MCAST – Kors ta’ Veterinarju – Studenti li komplew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti li s-sena l-oħra bdew il-Kors ta’ Veterinarju fl-MCAST komplewx kollha għat-tieni sena ta’ dan il-kors?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li sebgħa minn tminn studenti li kien qed jgħamlu l-kors imsemmi telaw għat-tieni sena.

MCAST – Kors ta’ Veterinarju – Akkreditazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika f’liema stadju wasal il-proċess tal-akkreditazzjoni tal-Kors ta’ Veterinarju fl-MCAST biex ikun ikkunsidrat fuq l-istess parametri ta’ korsijiet veterinarji oħra mogħtija minn Universitajiet oħra fil-bqija tal-Unjoni Ewropea?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

MCAST – Kors ta’ Veterinarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena hux ser jerġa’ jiftaħ il-kors ta’ veterinarju offrut mill-MCAST? Jekk fl-affermattiv, kemm applikaw studenti u kemm minnhom ser jibdew dan il-kors?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Sptar għall-Annimali - Ftuħ

Question

Fid-dawl li għaddew 26 xahar minn meta l-isptar tal-annimali ġewwa Ta’ Qali ġie magħluq, jista’ l-Ministru jgħid meta dan ser jiftaħ biex jerġa’ jagħti servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Annimali salvati u addottati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew salvati annimali minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’ xahar, u x’tip u razza huma? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew addottati annimali fl-istess żmien u x’tip kienu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi kif deskritta fit-tabelli riprodotti hawn taħt. Klieb Salvati Matul is-Sena 2025 Razza Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Total Chihuahua 2 2 16 35 3 3 3 3 3 70 Fox Terrier 4 1 5 4 3 5 1 1 2 26 Pitbull 2 2 1 2 4 3 3 3 1 21 Crossed (Mixed Breed) 2 4 3 5 2 2 3 2 3 26 Puppy (General) 7 3 0 0 2 2 0 0 0 14 Hunting Dog 1 2 1 1 3 1 2 0 1 12 Pomeranian 0 1 2 1 1 1 1 0 0 7 Springer Spaniel 2 1 1 0 0 0 0 0 0 4 German Shepherd 0 2 0 1 0 0 0 1 1 5 Pharoah Hound 0 1 1 0 1 1 1 1 1 7 Amstaff 0 0 0 1 7 1 0 1 1 11 Shitzu 0 0 0 0 2 0 1 0 0 3 Yorkshire Terrier 0 0 0 0 1 0 0 0 2 3 Pointer 1 0 0 2 0 0 0 0 0 3 Razez oħrajn 2 3 3 2 2 3 2 2 2 21 Total 23 22 33 54 30 22 17 14 17 249 Qtates Salvati Matul is-Sena 2025 Razza Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Total Razza Komuni 44 37 61 106 125 143 135 71 48 770 Total ta' Qtates Adottati Xahar Total Jannar 16 Frar 8 Marzu 8 April 10 Mejju 9 Ġunju 27 Lulju 31 Awwissu 7 Settembru sad-data tal-llum 21 Total ta' Klieb Adottati Xahar Total Bully Mhux Bully Imħallta Jannar 28 5 14 9 Frar 15 0 15 0 Marzu 38 2 33 3 April 28 1 26 1 Mejju 45 10 35 0 Ġunju 17 2 14 1 Lulju 21 2 16 3 Awwissu 10 4 5 1 Settembru sad-data tal-llum 13 3 10 0

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Kliniċi li jagħtu servizz veterinarju lill-annimali misjuba

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema hi / huma l-kliniċi li preżentement qed jagħtu servizz veterinarju lill-annimali kollha misjuba mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-istabbilimenti veterinarji li preżentement qed jagħtu servizz lill-annimali kollha misjuba mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali huma dawn li ġejjin: Animal Aid, Galea Veterinary Clinic, Happy Paws Animal Clinic, Highrise Veterinary Clinic, Vetcare Animal Clinic, Vet 4 Pet Health Veterinary Clinic u Zoomangi Veterinary Clinic.

Sptar għall-Annimali - Ftuħ

Question

Fid-dawl li għaddew 26 xahar minn meta l-isptar tal-annimali ġewwa Ta’ Qali ġie magħluq, jista’ l-Ministru jgħid meta dan ser jiftaħ biex jerġa’ jagħti servizz?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST, bl-assistenza tal-Ministeru li jien responsabbli għalih, bħalissa qiegħed jgħaddi minn proċess ta’ negozjar permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, sabiex l-isptar ikun jista’ jinfetaħ u jibda joffri servizzi lill-pubbliku, u fl-istess ħin iservi wkoll bħala sptar tat-tagħlim.

Zoos — Applikazzjonijiet għal tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk professjonisti, bħal veterinarji speċjalizzati fiż-żamma tal-annimali, ikunux involuti meta post liċenzjat bħala zoo japplika għal estensjoni/tkabbir biex jiddaħħlu aktar annimali? Jista’ jgħid ukoll jekk professjonisti bħal dawn jagħmlux rapport fuq il-post b’informazzjoni speċifika li turi jekk hux ser ikun hemm xi impatt negattiv fuq l-istess annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li skont ir-Regolamenti dwar iż-Żamma ta' Annimali f'Żoos (L.S. 439.29), il-konsultazzjoni ma' kirurgu veterinarju hija obbligatorja u parti integrali mill-proċess ta' applikazzjoni għal estensjoni jew tkabbir ta' żoo liċenzjat. Kull applikazzjoni għandha tiġi approvata minn kirurgu veterinarju qabel ma tiġi sottomessa u pproċessata mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-veterinarju involut għandu rwol essenzjali biex jiżgura li l-proposta tkun konformi mar-rekwiżiti kollha relatati mas-saħħa, is-sigurtà, u l-benesseri tal-annimali, kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk li jkunu qed jiġu introdotti. Barra minn hekk, il-veterinarju għandu jipprovdi rapport dettaljat u speċifiku li jevalwa l-adegwatezza tal-magħlaq ġodda u l-impatt potenzjali fuq l-annimali eżistenti, billi jevalwa speċifikament jekk il-proposta hijhiex ser twassal għall-popolazzjoni żejda (overpopulation), nuqqas ta’ spazju, tensjoni soċjali bejn l-annimali, riskju għas-saħħa tal-annimali, jew kwalunkwe theddida oħra għall-benesseri tal-annimali eżistenti. Dan ir-rapport jservi bħala bażi għall-valutazzjoni finali u d-deċiżjoni mill-Direttorat. Dan il-proċess jesiġi sottomissjoni professjonali u teknika biex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-annimali. Din l-istess applikazzjoni tiġi sussegwentement evalwata min tim ta’ uffiċjali tekniċi minn naħa tad-Direttorat li wkoll jinkludi uffiċjali veterinarji u li jistgħu jikkonsultaw ma’ espert oħra f’dan il-qasam. Dan il-proċess jsewgi l-prinċipji stipulati taħt sotto-regolament 4(4) u 6(3) taħt l-imsemmija Liġi Sussidjarja.

Rapporti dwar Park Marittimu — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx xi tip ta’ investigazzjonijiet u saħansitra azzjonijiet rigward rapporti varji li ħarġu dan l-aħħar in kwantu l-park tad-dniefel wara li ntwerew filmati dwar negliġenza fil-konfront ta’ dawn il-kreaturi u ż-żamma tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern, permezz tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, hija li jiżgura il-benessri tal-annimali. F'dan il-każ, id-Direttorat huwa nnotifikat u bdiet investigazzjoni minnufih wara li rċieva l-informazzjoni. L-investigazzjoni qed issegwi protokolli stabbiliti skont kodiċi ta’ prattika u standards tal-għola livell u qed tiġi mwettqa b’mod iddettaljat. L-istess servizzi qed jikkunsidraw u jevalwaw ir-rimedji u l-miżuri kollha possibbli biex jiżguraw li l-mammiferi tal-baħar kollha jkunu miżmuma f'ambjent li jippromwovi s-saħħa u l-benesseri tagħhom.

Marsaskala — Impjant ta’ Sant’ Antnin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’qed jiġi trattat fl-Impjant ta’ Sant’ Antnin, f’Marsaskala?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-impjant ta’ Sant’ Antnin qed jitratta: • Drenaġġ urban. • Srew (slurry) ġenerat fl-irziezet – separazzjoni tas-srew fi frazzjoni solida (tittieħed minn Riżorsi Agrikoli Malta u titqassam lill-bdiewa) u fi frazzjoni likwida (isir l-ipproċessar tiegħu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa l-impjant Ta’ Barkat). • L-impjant iservi wkoll bħala distribution hub ta’ New Water lejn il-ġibjuni diversi tan-New Water fl-akwata.

Marsaskala u Żejtun – Irwejjaħ fl-inħawi tal-Impjant ta’ Sant’ Antniin

Question

Tista’ l-Ministru tispjega għalfejn qed ikun hemm irwejjaħ insapportabbli fl-inħawi tal-Impjant ta’ Sant’ Antnin, li regolarment jinxtammu minn Marsaskala u anke miż-Żejtun?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tipprovdi iktar dettalji dwar dak li qed issemmi biex tkun tista’ tingħata l-informazzjoni meħtieġa.