Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – annimali miġbura

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jindika kemm-il annimal ġie miġbur mill-ħaddiema tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali f'dawn l-aħħar sentejn? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew imraqqda/maqtula?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Marsaxlokk – Triq ix-Xerriek – barumbara

Question

Tista’ l-Ministru tispjega kif barumbara skedata Grad 2 b’valur ta’ wirt storiku ġewwa Triq ix-Xerriek, Marsaxlokk, ingħata fuqha l-permess biex tiġi żviluppata f’binja privata li ser tkun qed tinqasam f’diversi units?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mediċini Ertresto u GLP-receptor analogues

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu fis-sistema tal-formolarju tal-mediċini b’xejn il-mediċina Entresto (għal dawk li jbatu minn kundizzjoni ta’ heart failure) kif ukoll il-mediċini GLP-receptor analogues (għall-persuni bil-kundizzjoni tad-Dijabete Type 1) peress li jekk persuna pensjonanta għandha ż-żewġ kundizzjonijiet u trid tixtri dawn il-mediċini kull xahar, in-nefqa għalihom tqarreb lejn l-€400?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern dejjem ifittex illi jespandi l-formolarju tiegħu biex jinkludi mediċini ġodda skond il-pariri ta’ kumitat tekniku.

Berġa ta’ Marsaskala — Servizzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika x’servizzi qed jingħataw fil-Berġa ta’ Marsaskala u b’liema frekwenza? Kemm-il darba fil-ġimgħa qed jattendu l-professjonisti u x’tip ta’ servizzi qed jagħtu lill-klijenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi li jingħataw mil-Berġa ta’ Marsaskala huma s-servizz tat-Tabib (darba fil-ġimgħa). Is-servizz tal-infermiera (darba fil-ġimgħa), Is-servizz tal-Podiatrija (darba fil-ġimgħa), Is-servizz tal-Fi¿joterapija (darbtejn fil-ġimgħa), s-servizz ta’ Tehid tad-demm (darbtejn fil-ġimgħa) u s-Servizz tal-Patoloġija tal-Ligwa Mitkellma (tlett darbiet fil-ġimgħa).

Kura dentali b’xejn fil-komunità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra fiex tikkonsisti l-kura dentali b’xejn fil-komunità? Jista’ jgħid wieħed x’għandu jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Gvern Nazzjonalista fil-passat kien waqqaf is-servizz dentali fil-komunita’. Ilum il-kura dentali tingħata bla ħlas mill-isptar Mater Dei, mir-residenza San Vincenz, u mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Emerġenzi dentali, proċeduri kirurġiċi orali u check-ups huma bla ħlas għal kulħadd u jingħataw skont il-ħtieġa. Orthodontics (braces), dentaturi u fillings huma b'xejn għal dawk li għandhom inqas minn 16-il sena u għall-adulti li għandhom il-karta r-ro¿a kif ukoll dawk li jbatu bid-dijabete.

Dipartiment tas-Saħħa – social workers

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm social workers jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa u fejn huma allokati? X’qiegħed isir biex ikollna aktar social workers, speċjalment fil-qasam tas-saħħa mentali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni qed tinġabar. Ninfurmaha ukoll illi hemm rolling call miftuħa mad-Dipartiment tas saħħa għal Social Workers ġodda.