Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – klieb micro chipped mitluqin

Question

Fid-dawl li jinstabu klieb mitluqa li huma micro chipped, jiġu ritornati lil sidhom u ftit wara dawn jerġgħu jispiċċaw mitluqin, jista’ l-Ministru jgħid x'qed tkun ir-reazzjoni tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali f'sitwazzjonijiet bħal dawn ma' dawn is-sidien irresponsabbli? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm minn dawn is-sidien li ttellgħu l-Qorti u jekk ġewx ikkastigati hekk kif titlob il-liġi f' dan ir-rigward?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’każijiet fejn is-sidien ikunu irresponsabbli id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jikkonfiska dawn il-klieb u tinħareġ piena amministrattiva. Jekk din ma tiġix imħallsa s-sidien jitressqu l-qorti. Dan l-aħħar, kien hemm żewġ każijiet li s-sidien tressqu l-qorti.

Sejba ta’ kelba abbandunata

Question

Peress li matul dawn l-aħħar ġranet instabet kelba abbandunata li rriżulta li setgħet ġiet użata bħala 'bait' għal klieb oħrajn li sfortunatament jiġu użati fi ġlied tal-klieb, jista’ l-Ministru jgħid jekk infetħitx investigazzjoni f'dan ir-rigward?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minkejja li sar dak kollu neċessarju mid-Dipartiment biex jiġi traċċat is-sid, dan irriżulta fin-negattiv fin nuqqas li il-klieba ma kienx microchipped.

Marsaskala – Tal-Bidni – xogħol b’sistema ta’ tisqija għall-għelieqi

Question

Fid-dawl li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bdiet ix-xogħol b'sistema ta' tisqija għall-għelieqi fl-inħawi tal-Bidni f’Marsaskala, u s-sena l-oħra dan ġie abbandunat, tista' l-Ministru tgħid meta dan se jitkompla? Tista’ tgħid ukoll min se jieħu r-responsabbiltà ta' dan l-istat ħażin li fiha tħallew it-toroq u r-residenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol imsemmi ma ġiex abbandunat. Il-kuntrattur oriġinali ma kienx qed jimxi mal-obbligi kuntrattwali tiegħu u għaldaqstant il-kuntratt ġie terminat. Huwa ntalab jagħlaq it-trinek b’konkos ħafna iktar b’saħħtu minn dak mitlub sabiex tiġi żgurata id-durabilità u s-sigurtà waqt il-perjodu ta’ stennija. Fil-frattemp il-Korporazzjoni ffinalizzat kuntratt ġdid biex ix-xogħol jitkompla. Dan mistenni għal bidu t’April fejn ħa jingħata wiċċ ġdid ta’ asfaltar fejn it-trinek huma lesti; u tkomplija ta’ xogħol ta’ trinek fejn meħtieġ. Permezz ta’ dan se jiġi estiż in-network tan-New Water għas-servizz tal-bdiewa.

Marsaskala – Triq Sant’Antnin – tneħħija ta’ arbli tad-dawl

Question

Peress li aktar minn tliet xhur ilu saret talba formali biex jitneħħew arbli tad-dawl fi Triq Sant’Antnin, Marsaskala, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn ma ngħatat l-ebda risposta f’dan ir-rigward? Tista' tagħti serħan tal-moħħ lir-residenti li dawn se jitneħħew? Tista’ tgħid meta se jsir dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Enemalta ma sabet l-ebda talba speċifika tat-tip kif deskritta minnha, għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanta tgħaddili kopja tat-talba speċifika li saret jew numru tan-notifika li l-Enemalta tagħti għal kull talba formali li jkollha.

Raħal Ġdid – Triq it-Telgħa ta’ Raħal Ġdid — Żamma tal-Vertical Garden

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għaż-żamma tal-vertical garden ġewwa Triq it-Telgħa ta' Raħal Ġdid? X'qed isir biex wieħed jara li dan qed jinżamm fi standard mixtieq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6465 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Ħitan tas-sejjieħ issiġilati bil-konkos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex illegalità li l-ħitan tas-sejjieħ jiġu ssiġillati bil-konkos? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kif qed jara li jiġi regolarizzat dan u jekk għadx hemm uffiċjali li jiċċekkjaw li dan qed isir u għaldaqstant tiġi infurzata din il-liġi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6466 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Triq it-Telgħa — siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn inqalgħu s-siġar kollha matul Triq it-Telgħa ġewwa Paola? X'ser isir minflokhom u għaliex kien hemm dan il-bżonn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li Triq it-Telgħa ġewwa Raħal Ġdid ma teżistix fuq is-Survey ta’ Planning Authority, nitloba tispeċifika jekk hux qed tirreferi għal triq il-Belt Valletta f'Paola.

Kompetizzjoni ta’ summien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6171, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikolutra, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'azzjonijiet ħa dwar kompetizzjoni li seħħet nhar is-Sibt, 4 ta' Frar 2023, fejn għadd ta' summien li ġew imfaqqsa u trabbew fil-magħluq, ġew mitluqin u numru ta' kaċċaturi flimkien mal-klieb tagħhom setgħu joqtluhom? Jista' jispjega kif din l-attività setgħet issir ladarba l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta, speċifikament jipprojbixxi dan u jsostni dan li ġej: "8.(2) L-ebda annimal m'għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn jew jiġi soġġett għal attivitajiet li ma jkunux fin-natura tiegħu. L-ebda annimal ma jista’ jiġi abbandunat.". Jista' jgħid din il-kompetizzjoni kif setgħet tiġi aċċettata li ssir jekk dawk is-summien ġew mitluqa u abbandunati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li l-attività li saret nhar l-4 ta’ Jannar 2023 ma kinitx tinvolvi l-abbandun ta’ annimali, iżda r-rilaxx u kaċċa fuq summien imrobbi fil-magħluq għall-iskop ta’ taħriġ ta’ klieb tal-kaċċa. It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) awtorizzat dan l-avveniment skont it-termini tar-Regolament 18(1)(a) tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (S.L. 549.42).

Konvenzjoni Ramsar – projbizzjoni dwar l-użu ta’ sparar biċ-ċomb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta u Għawdex hux se jaderixxu mal-Konvenzjoni Ramsar (bħall-bqija tal-Ewropa) li tipprojbixxi l-użu ta' sparar biċ-ċomb peress li dan jikkawża problemi tossiċi kbar kemm fl-għasafar kif ukoll fil-kreaturi kollha li possibbilment jixorbu minn dan l-ilma, f’artijiet pubbliċi u privati li huma mistagħdra (wetlands) jew li għandhom għadajjar sew jekk huma naturali kif ukoll jekk huma artifiċjali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġà qed jissalvagwardja l-għan tal-Konvenzjoni. Dan għaliex iż-żewġ siti ta’ artijiet mistagħdra u l-madwar tagħhom designati taħt il-Konvenzjoni Ramsar huma santwarji tal-għasafar fejn il-kaċċa hija projbita, kif ukoll il-fatt li l-kaċċa minn fuq l-art hija projbita f'50m minn bajjiet protetti u anki minn fuq il-baħar f'distanza ta' inqas minn 3km mill-kosta.

Konvenzjoni Ramsar – projbizzjoni dwar l-użu ta’ sparar biċ-ċomb

Question

Jista l-Ministru jgħid jekk Malta u Għawdex hux se jaderixxu mal-Konvenzjoni Ramsar (bħall-bqija tal-Ewropa) li tipprojbixxi l-użu ta' sparar biċ-ċomb peress li dan jikkawża problemi tossiċi kbar, kemm fl-għasafar kif ukoll fil-kreaturi kollha li possibbilment jixorbu minn dan l-ilma, f’artijiet pubbliċi u privati li huma mistagħdra (wetlands) jew li għandhom għadajjar sew jekk huma naturali kif ukoll jekk huma artifiċjali?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Kompetizzjoni ta’ summien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'azzjonijiet ħa dwar kompetizzjoni li seħħet nhar is-Sibt, 4 ta' Frar 2023, fejn għadd ta' summien li ġew imfaqqsa u trabbew fil-magħluq, ġew mitluqin u numru ta' kaċċaturi flimkien mal-klieb tagħhom setgħu joqtluhom? Jista' jispjega kif din l-attività setgħet issir ladarba l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta, speċifikament jipprojbixxi dan u jsostni dan li ġej: "8.(2) L-ebda annimal m'għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn jew jiġi soġġett għal attivitajiet li ma jkunux fin-natura tiegħu. L-ebda annimal ma jista’ jiġi abbandunat.". Jista' jgħid din il-kompetizzjoni kif setgħet tiġi aċċettata li ssir jekk dawk is-summien ġew mitluqa u abbandunati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li din l-attività mhijiex regolata bid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, iżda hi regolata taħt ir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi u għalhekk għandha tiġi riferuta lill-Ministru responsabbli.

iBins

Question

Tista’ l-Ministru tgħid: a. f'liema rħula għadhom jintużaw l-iBins; u b. x' kontroll jeżisti biex wieħed jivverifika li vera jitbattlu malli dawn jimtlew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-iBins li ġew installati hija inizzjattiva privata ta’ waħda mill-Organizzazzjonijiet ta’ Irkupru tal-iskart tal-ippakkjar Awtorizzati f’pajji¿na. Din l-organizzazzjoni tu¿a l-iBins fil-G¿ejjer Maltin, u dawn jinstabu f’Ħal Balzan, Bir¿ebbuġa, il-Gudja, Ħal Għarghur, il-Ħamrun, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, l-Imdina, il-Mellieħa, il-Marsa, l-Imqabba, l-Imsida, in-Naxxar, Paola, Pembroke, il-Pietà, Ħal Qormi, il-Qrendi, Ħal Safi, San Ġiljan, San Ġwann, Santa Luċija, Santa Venera, is-Sliema, is-Swieqi, Ta’ Xbiex,ix-Xgħajra, Ħa¿-¯ebbuġ, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, in-Nadur, il-Qala, is-Sannat, ix-Xagħra. u x-Xewkija. Ġeneralment l-organizzazzjoni awtorizzata ta’ rkupru tal-iskart tal-ippakkjar tbattal l-IBins wara li s-sistema awtomatika tal-IBins tindika lill-istess organizzazzjoni li dawn huma mimlija. Mingħajr preġudizzju għall-kwalunkwe obbligi kontrattwali li jista’ jkun hemm u l-obbligu legali li għandu kull Kunsill Lokali biex jassigura l-indafa fil-lokalità tiegħu, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tobbliga lill-organizzazzjoni responsabbli għall-IBins, kemm permezz ta’ kundizzjonijiet fil-permessi u permezz ta’ regolamentazzjoni, sabiex iżżomm is-siti tar-‘recycling points’ fi stat tajjeb u nadif.

Natura 2000 – implimentazzjoni ta’ management plans u compliance reports

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk jeżistux rapporti dettaljati u organizzati dwar l-implimentazzjoni ta' 'management plans' u 'compliance reports' għas-siti kollha ta' Natura 2000 f’Malta, Kemmuna u Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista’ tippreżentahom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali – ħruġ ta’ multi amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu multi amministrattivi fl-2022 hekk kif jirrikjedi l-artikolu 47 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – telefonati u rapporti biex jiġu megħjuna annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' telefonati u rapporti li saru biex jiġu megħjuna annimali diversi mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, xahar b'xahar fis-sena 2022? Jista’ jgħid dawn x'annimali kienu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Diċembru 2022, saru total ta’ 5,032 telefonata u 854 rapport sabiex jiġu megħjuna annimali diversi mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. L-annimali megħjuna kienu jvarjaw minn klieb, qtates, tjur, ekwini u fniek fost oħrajn. It-tabella segwenti turi l-ammont ta’ telefonati u rapporti li saru mqassma xahar b’xahar. Xahar Telefonati Rapporti Jannar 395 88 Frar 334 51 Marzu 315 53 April 359 48 Mejju 674 102 Ġunju 637 59 Lulju 254 75 Awissu 505 50 Settembru 424 90 Ottubru 448 95 Novembru 358 71 Diċembru 329 72 Totali 5032 854

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – telefonati u rapporti biex jiġu megħjuna annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' telefonati u rapporti li saru biex jiġu megħjuna annimali diversi mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fix-xahar ta' Jannar fis-sena 2023?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xahar ta' Jannar fis-sena 2023, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali rċieva tliet mija u sitta u sittin (366) telefonata u wieħed u sittin (61) rapport biex jiġu megħjuna annimali diversi.

Ta’ Qali — Ċentru San Franġisk – Infiq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fiċ-Ċentru San Franġisk, f’Ta’ Qali, xahar b’xahar, fis-sena 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ittra mibgħuta mill-Organizzazzjoni għall-ħarsien tal-annimali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid irċeviex ittra mibgħuta lilu ffirmata minn 18-il organizzazzjoni li għandhom għal qalbhom il-ħarsien tal-annimali u jekk iva, għaliex dawn għadhom lanqas biss ingħataw rikonoxximent li din waslet għandu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-ittra ma waslitx fl-uffiċċju tiegħi. Ninfurmak li fid-dawl ta’ dan sar kuntatt mill-uffiċċju tiegħi mal-persuna li kkordinat l-ittra.