Jista’ l-Ministru jgħid fi x’ħin jiġu invistati u trattati minn veterinarju l-annimali misjuba fit-triq wara d-9.00 pm ladarba l-veterinarju jidħol biss fil-klinika għall-visti mill-4.00 pm ’l quddiem sa madwar it-8.00 pm jew id-9.00 pm? Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu li ħafna drabi dawn l-annimali lanqas jingħataw xi forma ta’ anaesthetic jew painkiller sakemm ikunu qed jistennew li jiġu invistati, liema ħin jista’ jkun twil anke madwar 20 siegħa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta dwar il-ħin li fih jiġu eżaminati u ttrattati l-annimali misjuba fit-triq wara d-9:00pm. Il-kuntratt bejn id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali u l-klinika kuntrattata jistipula b’mod ċar li s-servizz ta’ emerġenza għandu jkun disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, inklużi l-weekends u l-festi pubbliċi. Dan ifisser li, skont l-obbligi kuntrattwali, kull annimal misjub fit-triq irid jiġi riċevut u eżaminat minn veterinarju malli jasal il-klinika, irrispettivament mill-ħin tal-ġurnata. Barra min hekk, il-klinika hija obligata li topera skond il-ligi sussidjarja SL 437.106, Regolamenti dwar il-Liċenzjar ta’ Stabbilimenti Veterinarji Privati u linji gwida maħruġa mill- Kunsill tal-Kirurġi Veterinarji li jirregola l-professjoni f’ dan il-qasam.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Annimali sokkorsi mill-ambulanza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'ser isir mill-annimali tat-triq li qed jiġu megħjuna mill-ambulanza, peress li l-klinika li kienet tintuża mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali kienet qed tħallihom għal sigħat twal mingħajr attenzjoni veterinarja? Jista’ jgħid ukoll x’ser ikun qed jagħmel biex jara li xi ħadd jieħu r-responsabbiltà għal dan?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35935, fejn ġew indirizzati l-istess kwistjonijiet ta’ kura veterinarja u l-obbligi kuntrattwali.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – Ħaddiema li daħlu b’emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali kellux idaħħal xi ħaddiema b'emerġenza fejn tħallsu overtime, nhar il-Ġimgħa 20 ta' Marzu u nhar it-Tnejn 30 ta' Marzu, fid-dawl li dan l-istess direttorat inqabad bi ftit ħaddiema u biex l-annimali setgħu jiġu mitmugħa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li kif kien pjanat, nhar il-Ġimgħa 20 ta' Marzu, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali daħħal persuna waħda overtime u żewġt uffiċċjali oħra nhar it-Tnejn 30 ta' Marzu sabiex jieħdu ħsieb l-annimali. Dan sabiex ikun assigurat il-benessri tal-annimali u biex ma jkunx hemm nuqqas ta’ persunal.
Fid-dawl li s-Segretarju Parlamentari għall-Ħarsien tal-Annimali semmiet li ftit snin ilu nstab ors ġewwa Malta u ġie salvat u mibgħut ġewwa santwarju barra minn Malta, jista’ l-Ministru jagħti l-isem ta' dan is-santwarju?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta il l-imsemmija orsa ġiet relokata fiz-Żoo ta' Osnabrück fil-Ġermanja.
Klieb li kienu se jintbagħtu f’santwarju ġewwa Napli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-flus li ntefqu biex xi klieb jintbagħtu f’santwarju ġewwa Napli ġewx irritornati lura jew le?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fid-dawl li l-kuntratt għadu validu, l-opertur ħareġ
credit note
u li is-servizzi ser jingħawtaw f’ servizzi oħra relatati.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Building capacity
Question
Jista’ l-Ministru jindika ta min hi r-responsabbiltà li jorganizza l-building capacity tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li d-Direttur jidentifika l-ħtiġijiet tal-istaff fil-Pjan tar-Riżorsi Umani, li jitħejja għal perjodu ta’ tliet snin u jiġi rivedut kull sena skont l-Att dwar ir-Responsabbiltà Fiskali (Kap. 534). Ir-reklutaġġ isir permezz ta’ sejħiet għall-applikazzjonijiet u Bord tal-Għażla, wara li l-vakanza tkun ġiet approvata fil-Pjan tal-HR. Il-bini tal-kapaċità (capacity building) jiffoka fuq l-istaff eżistenti permezz ta’ promozzjonijiet, progressjonijiet,
detailing
u secondments.
Filwaqt li r-reklutaġġ jindirizza l-mili ta’ vakanzi minn barra, il-bini tal-kapaċità jnaqqas il-ħtieġa ta’ reklutaġġ estern billi jottimizza l-użu tal-istaff eżistenti. Dan kollu jsir taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Permanenti u d-Direttur, b’monitoraġġ u approvazzjoni mill-People and Standards Division (P&SD).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx individwi fi rwoli partikolari li bħalissa talbu u qed jistennew trasferiment mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għal xi direttorati oħra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li preżentament id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ma għandu l-ebda talba formali għal trasferimenti għal xi direttorati oħra.
Jista’ l-Ministru jindika xi rwoli eżistenti hemm fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li huma diġà okkupati minn individwi?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta li l-irwoli eżistenti li hemm fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali huma indikati fit-tabella segwenti, li dawn huma diġà okkupati minn individwi.
Pożizzjoni
Direttur
Assistent Direttur
Maniġer II
Maniġer tal-HR II
Maniġer I
Assistent Maniġer
Prinċipal
Uffiċjal Tekniku Veterinarju Prinċipali
Uffiċjal Tekniku Veterinarju Anzjan
Uffiċjal Veterinarju
Uffiċjal Tekniku Veterinarju
Uffiċjal Tekniku Veterinarju (Degree)
Uffiċjal Tekniku Veterinarju (Diploma)
Assistenti Uffiċjal Tekniku Veterinarju II
Assistent Uffiċjal Tekniku Veterinarju I
Assistent Uffiċjal Tekniku Veterinarju Trainee / I
Uffiċjal tal-Benesseri tal-Annimali
Uffiċjal Klerikali
Skrivan
Assistent tal-Librerija
Skala ta' Tekniku Għoli 10
Uffiċjal Skala 11
Uffiċjal fi Grad 9
Uffiċjal fi Grad 10
Uffiċjal fi Grad 11
Uffiċjal fi Grad 12
Uffiċjal fi Grad 13
Uffiċjal fi Grad 14 fil-Klassi ta’ Messaġġiera
Uffiċjal fi Grad 9 fil-Klassi tas-Servizz Ġenerali
Uffiċjal fi Grad 10 fil-Klassi Industrijali u Superviżorju
Uffiċjal fi Grad 11 fil-Klassi tas-Sajd
Uffiċjal fi Grad 12 fil-Klassi Teknika
Uffiċjal fi Grad 12 fil-Klassi tas-Servizz Ġenerali
Supervisor
Operattiv IV
Biċċier
Carer tas-Saħħa (Senior)
ERL - Uffiċjal Assistent ta' Sorveljanza
ERL - Distribution Trades person
Fid-dawl li disa’ pulizija telqu mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, li l-irwol tagħhom kien li jwettqu investigazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid x’ser jiġri minn dan l-irwol li kienu jokkupaw? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jidħlu persuni oħra minn flokhom u, jekk iva, minn fejn ser jiġu dawn il-persuni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li mhux disa’ (9) uffiċjali li kienu fil-Korp tal-pulizija telqu mid-Direttorat, iżda sitt (6) uffiċjali ġew assimilati lura fil-grad preċedenti tagħhom fil-Korp tal-Pulizija, u dawn mhux kollha kienu involuti fuq twettiq ta’ investigazzjonijiet .
Dawn l-uffiċjali ma kienux jiffurmaw parti minn eżerċizzju ta’ bini ta’ kapaċità (capacity building exercise) approvat tad-Direttorat. Fir-rigward tal-irwol li kienu jokkupaw, id-Direttorat ser jkompli jivvaluta l-bżonnijiet ta’ riżorsi umani u se jipproċedi b’eżerċizzji ta’ bini ta’ kapaċità skont il-proċeduri normali fis-Servizz Pubbliku. Għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni dwar persuni ġodda jew l-inkarigu ta’ dawn l-irwoli se tittieħed wara din il-valutazzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn bejn il-ġranet ta’ nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu u nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu, peress li bejn dawn il-ġranet ħabtu bejn festi, ma kienx hemm biżżejjed ħaddiema biex jieħdu ħsieb l-annimali u għalhekk kellhom jiddaħħlu b’emerġenza individwi li ma kinux xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bejn il-ġranet ta’ nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu u nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu kull annimal taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ngħata l-kura meħtieġa. Hja prattika normali u konformi mal-proċeduri amministrattivi fis-seħħ li, meta ma jkunx hemm uffiċjali disponibbli minħabba sick leave (SL) jew vacation leave (VL), jintuża s-servizz ta’ overtime sabiex jiġi żgurat li s-servizzi essenzjali jibqgħu jingħataw mingħajr interruzzjoni, b’mod partikolari dawk marbuta mal-ħarsien u l-benesseri tal-annimali.
F’dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi ċċarat li l-annimali kollha ġew ikkurati kif dovut, inkluż permezz tal-għoti regolari tal-ikel, eżerċizzju. it-tindif tal-ispazji fejn jinżammu, kif ukoll l-amministrazzjoni tal-mediċina u kull trattament meħtieġ skont il-bżonnijiet tagħhom. B’dan il-mod ġie assigurat li l-livell ta’ kura u benesseri baqa’ jinżamm skont l-istandards stabbiliti.
Huwa relevanti wkoll li jiġi enfasizzat li kemm is-sick leave kif ukoll il-vacation leave huma drittijiet fundamentali ta’ kull ħaddiem, kif previst mil-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol applikabbli. Għaldaqstant, l-amministrazzjoni għandha d-dmir li, filwaqt li tirrispetta dawn id-drittijiet, tadotta l-miżuri operattivi meħtieġa sabiex tassigura l-kontinwità tas-servizz pubbliku u l-ħarsien adegwat tal-annimali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm qtates bħalissa fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kemm hemm carers jieħdu ħsiebhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ qtates fi ħdan id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali huwa ta’ sitta u sittin (66). Dawn il-qtates huma taħt il-kura ta’ disa’ carers.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klieb bħalissa fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kemm hemm carers jieħdu ħsiebhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa fi ħdan id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali hemm tmienja u sebgħin (78) kelb. It-total ta’ carers li jieħdu ħsieb dawn il-klieb huwa ta’ erbatax (14).
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Ħaddiema li telqu jew li ġew trasferiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu jew ġew trasferiti ħaddiema mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali f’dawn l-aħħar xahrejn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ ħaddiema li telqu jew ġew trasferiti mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jammontaw għal tmienja.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari, jitqiesx bħala awtonomu? Jista’ jgħid ukoll jekk dan id-direttorat huwiex jew le, parti mill-Ministeru u l-istess Segretarju Parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi Skont l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 595), id-Dipartimenti tal-Gvern inkluż id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali mhumiex awtonomi. Id-Direttorat huwa integrat fil-Ministeru, u jaqa’ taħt il-portafoll tas-Segretarjat Parlamentari. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali huwa struttura integrata fil-Ministeru taħt katina ta’ kmand.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-irwol tagħhom u meta ddaħħlu jaħdmu f'dan id-Direttorat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta għat-tabella segwenti fir-rigward ta’ persuni li jaħdmu fid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.
Role
Personnel
Director
1
Assistant Director
1
Aftercare Manager
1
Human Resource Manager
1
Enforcement Manager
1
Administration
9
Store Keeper
1
Procurement officer
3
Messenger
1
Ambulance officer
9
Inspection officer / Coordinator
2
Inspection officer
22
Discharges / Reserve ambulance
4
Veterinary Duties
5
Administer Medicine & Assist Vets
2
Feeding & Cleaning
11
Dog Section Coordination & Dog Walking
2
Dog Walking
5
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dak li ntqal mill-Kummisarju tal-Annimali rigward moħqrija u negliġenza ġewwa d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 35341.