Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – ġbir ta’ annimali midrubin mill-uffiċjali – trattament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-annimali midrubin li qed jinġabru mill-uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali humiex kollha qed jiġu invistati, trattati u mfejqin mill-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta’ Qali, ċjoè l-APH, hekk kif inhu mitlub fil-kuntratt li ntrebaħ mill-istess operatur ta' dan l-isptar? Jekk qed jintużaw kliniċi oħrajn, liema huma, u għaliex qed jiġri dan?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Regolarizzazzjoni ta’ Zoos

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hux qed tingħata attenzjoni biex jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra abbozz li jirrigwardja liġijiet riveduti fuq kif għandhom jiġu regolarizzati zoos f'pajjiżna? Jista’ jgħid meta dawn ser jiġu finalizzati u preżentati għall-istadju finali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-liġijiet qegħdin bħalissa fl-istadju finali tagħhom u għandhom jiġu finalizzati fil-ġimgħat li ġejjin.

Regolarizzazzjoni ta’ Pet sitters

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hux qed tingħata attenzjoni biex jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra abbozz li jirrigwardja liġijiet riveduti fuq kif għandhom jiġu regolarizzati Pet Sitters f'pajjiżna? Jista’ jgħid meta dawn ser jiġu finalizzati u preżentati għall-istadju finali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-liġijiet qiegħdin bħalissa fl-istadju finali tagħhom u għandhom jiġu finalizzati fil-ġimgħat li ġejjin.

Regolarizzazzjoni ta’ Boarding Kennels

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hux qed tingħata attenzjoni biex jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra abbozz li jirrigwardja liġijiet riveduti fuq kif għandhom jiġu regolarizzati Boarding Kennels f'pajjiżna? Jista’ jgħid meta dawn ser jiġu finalizzati u preżentati għall-istadju finali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-liġijiet qegħdin bħalissa fl-istadju finali tagħhom u għandhom jiġu finalizzati fil-ġimgħat li ġejjin.

Regolarizzazzjoni ta’ Pet Groomers

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hux qed tingħata attenzjoni biex jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra abbozz li jirrigwardja liġijiet riveduti fuq kif għandhom jiġu regolarizzati Pet Groomers f'pajjiżna? Jista’ jgħid meta dawn ser jiġu finalizzati u preżentati għall-istadju finali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-liġijiet qegħdin bħalissa fl-istadju finali tagħhom u għandhom jiġu finalizzati fil-ġimgħat li ġejjin.

Proġett ta’ Tisbiħ u Riġenerazzjoni ta’ Wied Blandun

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-proġett ta' tisbiħ u riġenerazzjoni ta’ Wied Blandun li kien ġie varat fl-2015, u ċjoè tmien snin ilu, illum għadu daqshekk fi stadju bikri u għadu ma sar xejn, biex naraw ir-riżultat aħħari li kien ġie proġettat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex – Environment Protection Unit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Environment Protection Unit hix qed topera f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid kemm hemm uffiċjali jservu f'dan it-territorju?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel – ġbir tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskart li jintrema mill-iskejjel hux qed jiġi miġbur separat jew le? Jekk fin-negattiv, għaliex dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha jsegwu l-Iskeda Nazzjonali għall-Ġbir tal-Iskart li daħlet fis-seħħ fit-2 ta’ Jannar 2023.

Ħitan tas-sejjiegħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għadhiex illegalità li l-ħitan tas-sejjieħ jiġu ssiġillati bil-konkos? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid kif qed tara li jiġi regolarizzat dan u jekk għadx hemm uffiċjali li jiċċekjaw li dan qed isir u għaldaqstant tiġi infurzata din il-liġi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Triq it-Telgħa ta’ Raħal Ġdid – vertical garden

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min hu responsabbli għaż-żamma tal-vertical garden fi Triq it-Telgħa ta' Raħal Ġdid? X'qed isir biex wieħed jara li dan qed jinżamm fl-istandard mixtieq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari 6111.

Raħal Ġdid – Triq it-Telgħa ta’ Raħal Ġdid – vertical garden

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, jgħid min hu responsabbli għaż-żamma tal-vertical garden fi Triq it-Telgħa ta' Raħal Ġdid? X'qed isir biex wieħed jara li dan qed jinżamm fl-istandard mixtieq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid li, b’referenza għall-vertical garden fi Triq it-Telgħa ta' Raħal Ġdid, irriżulta li l-materjal u s-sistema li permezz tagħha saru l-green wall ma kinux sostenibbli biżżejjed. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid qed jaħdem ma diversi entitajiet sabiex il-green wall preżenti jinbidel b’wieħed ġdid.

Charging stations ġewwa Marsaskala

Question

Peress li l-baħħara u s-sajjieda ġewwa Marsaskala ilhom is-snin jiġu mwiegħda dawk imsejħa “charging stations” li jintużaw sabiex jipprovdu elettriku u ilma lill-opri tal-baħar, jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jindika jekk din it-talba ġietx mismugħa u jekk fl-affermattiv, meta ser jitwaħħlu dawn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm pillar wieħed li jipprovdu elettriku u ilma lill-opri tal-baħar ġewwa Marsaskala. Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura qed jaħdem fuq l-installazzjoni ta’ ħames pillars oħra madwar Marsakala u ieħor ġewwa l-Bajja ta’ San Tumas. Ix-xogħol fuq dawn il-pillars jinsab fi stat avvanzat u dawn mistennija li jiġu installati fil-ġimgħat li ġejjin.

Konvenzjoni Ramsar – projbizzjoni dwar l-użu ta’ sparar biċ-ċomb

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6496 dwar jekk Malta u Għawdex hux se jaderixxu mal-Konvenzjoni Ramsar (bħall-bqija tal-Ewropa) li tipprojbixxi l-użu ta' sparar biċ-ċomb peress li dan jikkawża problemi tossiċi kbar kemm fl-għasafar kif ukoll fil-kreaturi kollha li possibbilment jixorbu minn dan l-ilma, jista’ l-Ministru jwieġeb anke fil-konfront ta’ art privata li hija mistagħdra (wetlands) jew li għandha għadajjar sew jekk huma naturali kif ukoll jekk huma artifiċjali peress li fit-tweġiba tiegħu huwa ta l-informazzjoni għar-rigward tal-art pubblika biss?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li diġà spjegajtilha fil-PQ 6496.

Marsaskala – Triq Sant’Antnin – tneħħija ta’ arbli tad-dawl

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6759, dwar talba formali biex jitneħħew arbli tad-dawl ġewwa Triq Sant’Antnin f'Marsaskala, fejn il-Ministru wieġbet li skont l-informazzjoni li għaddewlha, din it-talba qatt ma kienet reġistrata għand l-Enemalta, tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni għar-rigward tat-talba li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li t-talba li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija dwar devjazzjoni tal-linji tal-elettriku. Peress li din hija triq traffikuża, l-Enemalta applikat mal-LESA minħabba li jkun hemm bżonn uffiċjali tal-LESA biex jagħmlu devjazzjoni tat-traffiku ħalli jsir ix-xogħol li jinvolvi wkoll tħaffir tat-trinka. Ix-xogħol issa huwa maqbul mal-LESA biex jibda fil-11 ta’ April.

Negozji żgħar – ħruġ tal-iskart

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk in-negozji ż-żgħar ġewwa l-ibliet u l-irħula li sa ftit taż-żmien ilu kienu joħorġu l-iskart magħżul tagħhom, għadhomx jistgħu jagħmlu dan mal-bqija tar-residenti li jgħixu fl-istess post? Jekk fin-negattiv, minn meta nbidel dan? Dawn qed ikunu mġiegħla jħallsu xi tariffi partikolari għal dan is-servizz?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Childcare centres – ħruġ tal-iskart

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk iċ-child care centres ġewwa l-ibliet u l-irħula li sa ftit taż-żmien ilu kienu joħorġu l-iskart magħżul tagħhom, għadhomx jistgħu jagħmlu dan mal-bqija tar-residenti li jgħixu fl-istess post? Jekk fin-negattiv, minn meta nbidel dan? Dawn qed ikunu mġiegħla jħallsu xi tariffi partikolari għal dan is-servizz?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lil Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel – ħruġ tal-iskart

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja jew tal-Privat ġewwa l-ibliet u l-irħula li sa ftit taż-żmien ilu kienu joħorġu l-iskart magħżul tagħhom, għadhomx jistgħu jagħmlu dan mal-bqija tar-residenti li jgħixu fl-istess post? Jekk fin-negattiv, minn meta nbidel dan? Dawn qed ikunu mġiegħla jħallsu xi tariffi partikolari għal dan is-servizz?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Klieb — liġi dwar il-micro chipping

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi infurzata l-liġi li tirrikjedi li l-klieb kollha jkunu micro chipped?

Response (REFALO, ANTON)

Il-liġi “Regolamenti dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-klieb (SL 437.101)”, taqa’ taħt id-Direttorat tar-Regolamentazzjoni Veterinarja, però huma l-uffiċjali tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li jamministraw l-infurzar tagħha, skont MOU bejn iż-żewġ Direttorati. F’kull spezzjoni li tinkludi kwalunkwe tip ta’ kelb, tiġi ċċekkjata l-preżenza ta’ microchip.