Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied Blandun – ħidma ta’ tindif

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7665 u tindika f'liema stadju waslet il-ħidma biex Wied Blandun (biswit il-Fgura u t-tlett ibliet) jitnaddaf u jiġi riġenerat għall-ġmiel oriġinali tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 12165.

Ta’ Qali — Ċentru San Franġisk – Infiq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6170 u jgħid kemm intefqu flus mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fiċ-Ċentru San Franġisk, f’Ta’ Qali, xahar b’xahar, fis-sena 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-nefqa fiċ-Ċentru San Franġisk (Animal Health Pro) matul is-sena 2022 hi kif deskritt hawn taħt: Nefqa fiċ-Ċentru San Franġisk (Animal Health Pro) matul is-sena 2022 Xahar Nefqa Jannar € 33,382.91 Frar € 19,685.66 Marzu € 24,773.45 April € 26,782.20 Mejju € 30,643.20 Ġunju € 48,875.35 Lulju € 33,325.64 Awwissu € 31,806.15 Settembru € 28,146.73 Ottubru € 36,731.21 Novembru € 19,995.98*

Bypass ta' Birguma — tħawwil ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders għal tħawwil ta' siġar f'dawn l-aħħar tliet snin ġewwa l-Birguma Bypass li hi milquta minn tliet toroq? Jekk fl-affermattiv, kemm kien l-ammont ta' flus li tħallsu? Kemm-il siġra ġiet imħawla? Jista’ jgħid jekk dawn is-siġar ġewx imħawla fuq kull naħa tat-triq jew fuq naħa waħda biss? Fuq liema bażi ġie deċiż kif dawn saru?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq Margaret Murray, Triq Andrea Debono u Triq Jean Houel, Naxxar, tħawlu madwar 385 siġra u 2250 arbuxell, bi spiża ta’ €750,000. Il-kuntrattur li kien reponsabbli mill-manutenzjoni taż-żoni ta’ tisbiħ ambjentali ġie appuntat biex jesegwixxi dan ix-xogħol. It-tħawwil tas-siġar u l-arbuxelli sar fiż-żoni fejn ma kienx hemm servizzi taħt il-livell tat-triq sabiex b’hekk kien hemm il-possibbiltà li jinbena lqugħ ghal ħamrija.

Bajjiet li jistgħu jintużaw mill-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bajjiet li b'mod uffiċjali jistgħu jiġu użati mill-annimali għal skop ta' għawm kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Kemm minnhom jistgħu jiġu aċċessati b'mod komdu u dinjituż mill-individwi li jwasslu lil dan l-annimal fil-post li jista’ jkollhom bżonnijiet speċjali ta' mobilità huma stess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hawn 16-il bajja (12 Malta u 4 Għawdex), kif indikat hawn taħt, li b'mod uffiċjali jistgħu jiġu u¿ati mill-annimali għal skop ta' għawm. · Bajja viċin is-Sailing Club, Bir¿ebbuġa · Il-Bajja tar-Rinella, Kalkara · L-Ilsien (¯onqor Point), Marsaskala · Il-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala · Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk · Daħlet ix-Xmajjar, Mellieħa · Ramlet it-Torri, Mellieħa · Bajja tal-Imġiebaħ Selmun, Mellieħa · Ir-Ramla ta’ Wied Musa, Ċirkewwa, Mellieħa · Ramlet il-Qortin, Mellieħa · Baħar iċ-Ċagħaq (wara l-Splash and Fun), Naxxar · Tigne Point, Sliema · Il-Bajja ta’ Gorgun, Mġarr, Għawdex · Ras il-Ħob¿, Mgarr ix-Xini, Sannat, Għawdex · Il-Bajja tad-Dwejra. San Lawrenz, Għawdex · Il-Bajja tal-Qbajjar, ¯ebbuġ, Għawdex Għaddej e¿erċizzju biex fejn huwa possibbli dawn il-bajjiet ikunu ukoll aċċessibbli għal persuni bi b¿onnjiet speċjali.

Veterinarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn veterinarji reġistrati ġewwa pajjiżna? Jista’ jgħid jekk hawnx minn dawn il-veterinarji li huma speċjalizzati b'mod formali fuq annimali tal-irziezet? Jista’ jgħid jekk hawnx minn dawn il-veterinarji li huma speċjalizzata b'mod formali fuq annimali slavaġ li ħafna drabi nirreferu għalihom bħala wild jew zoo animals?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hawn 224 veterinarju li għandhom warrant li jistgħu jipprovdu servizzi f’Malta. Ninsab infurmat li l-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji huwa konxju li xi kirurgi veterinarji li joffru s-servizzi tagħhom lill-annimali tal-irziezet u lill-annimali selvaġġi wettqu korsijiet ta’ Continuing Professional Development ta’ tul ta’ żmien differenti fuq oqsma speċjalizzati relatati max-xogħol tagħhom.

Persuni inkarigati biex jużaw arma biex jittrankwilizzaw annimal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx persuna/i li huma inkarigati li jużaw arma biex titrankwilizza annimal jekk ikun hemm periklu imminenti? Jista’ jgħid fuq liema bażi tintgħażel din il-persuna? Jista’ jgħid jekk tingħatax taħriġ biex tkun tista’ topera dan it-tip ta' strument? Jista’ jgħid jekk hemmx xi tip ta' liċenzja bżonjuża biex wieħed ikun jista’ juża dan l-istrument?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 439.19, li huwa r-regolament dwar "il-Pussess u ż-Żamma ta’ Annimali Perikolużi”, min iżomm kwalunkwe annimal perikoluż skont dawn ir-regolamenti, jista’ jżomm tranquilizer gun jew kwalunkwe strument jew għodda oħra xierqa, fis-sit fejn jinżamm l-annimal partikolari, li għandu jintuża biss meta huwa neċessarju. Tali għodda jew strumenti għandhom jintużaw biss fil-każ ta’ neċessita’ estrema meta l-annimal perikoluż ikun inkontrollabbli jew ikun qiegħed jissoġġetta l-bniedem għall-periklu. Il-liċenzjar ta’ dawn l-armi ma jaqax taħt il-kompitu ta’ dan id-Direttorat. Addizzjonalment dart gun ukoll jista’ jintuża minn uffiċjali tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li għandhom liċenzja tal-użu tal-armi.

Bajjiet li jistgħu jintużaw mill-annimali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn bajjiet li b'mod uffiċjali jistgħu jiġu użati mill-annimali għal skop ta' għawm kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Kemm minnhom jistgħu jiġu aċċessati b'mod komdu u dinjituż mill-individwi li jwasslu lil dan l-annimal fil-post li jista’ jkollhom bżonnijiet speċjali ta' mobilità huma stess?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

National Energy and Climate Plan

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk pajjiżna addottax in-’National Energy and Climate Plan’? Jekk fl-affermattiv, meta ġara dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Pjan Nazzjonali tal-Energija u l-Klima ta' pajjiżna ġie adottat f'Diċembru 2019, hekk kif kien stipulat fir-regolazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Annimali — Ittestjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn entitajiet f’Malta u Għawdex li jistgħu jagħmlu ttestjar fuq annimali? X'tip ta' ttestjar qed isir u fuq liema annimali? Liema hi l-Awtorità li toħroġ dawn il-permessi u fuq liema bażi ħarġu dawn l-approvazzjonijiet jew le?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Malta u f’Għawdex bħalissa hawn sit wieħed li qiegħed juża l-annimali għal skopijiet xjentifiċi. L-aħħar riċerka li saret kienet saret bl-iskop li tiżdied l-effiċjenza fil-produzzjoni tal-ispeċi ta’ ħut fl-akkwakultura. Dan il-proġett ġie mfassal biex jiġi studjat kif ser jitnaqqas l-impatt tal-mard f’numru ta’speċi ta’ ħut differenti billi: jiżdiedu addittivi fil-ġwież biex jitjieb it-tkabbir tal-ħut kif wkoll jitjieb l-użu tal-ġwież fi speċi differenti; l-użu tat-tilqim; l-użu ta’ ġwież bi prodotti stimulanti bħalma huma stimulanti tas-sistema mmunitarja, probijotiċi, prebijotiċi, eċċ. L-Awtorità responsabbli għar-regolazzjoni tal-liġi fuq il-Protezzjoni ta’ Annimali għal-iskopijiet xjentifiċi u li joħroġ il-permessi relevanti u jagħti l-approvazzjonijiet relevanti hija d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja, fi ħdan id-Dipartiment għas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-permessi kollha li nħarġu, inkluż l-aħħar permess, huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet li hemm fil-liġi sussidjarja 439.20, ‘Protezzjoni ta’ Annimali li jintużaw għal Skopijiet Xjentifiċi’, li hija l-liġi trasposta mid-Direttiva tal-Komunita’ Ewropea 2010/63/EC.

Annimali eżotiċi f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn annimali eżotiċi liċenzjati ġewwa pajjiżna? Kemm minn dawn l-annimali huma msewwija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk l-annimali eżotiċi reġistrati li jinsabu ġewwa stabbilimenti żooloġiċi liċenzjati, skond il-L.S. 439.08 huwa ta’ 154 annimali u dawk l-annimali eżotiċi li jinsabu ġewwa siti approvati biex jinżammu annimali perikolużi, skont il-L.S. 439.19 huma ta’ 54 annimali. Dan ifisser li hawn total ta’ 208 annimal eżotiku reġistrat f’Malta. Dan qiegħed jeskludi n-numru ta’ għasafar u ta’ ħut u anke ta’ annimali mhux eżotiċi ġewwa dawn l-istess stabbilimenti. Id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja m’għandiex in-numru ta’ annimali eżotiċi liċenzjati li huma msewwija.

Annimali eżotiċi li ntbagħtu barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm annimali eżotiċi li ntbagħtu barra minn Malta? Jista’ jagħti indikazzjoni ta' dawn il-figuri sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' annimali kienu dawn u liema huma ż-zoos li għamlu dan?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Environment Protection Unit — ħaddiema f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Environment Protection Unit (EPU) hijiex qed topera ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm uffiċjali jservu f' dan it-territorju?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Klieb — Attakk fuq is-sid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-inċident li seħħ fis-17 ta' April 2023, fejn sid ta' żewġt iklieb safa attakkat minnhom, l-uffiċjali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ma kinux mgħammra b'apparat li seta’ jgħin biex jiġu trankwillizzati l-klieb? Jista' jgħid jekk dawn iż-żewġt iklieb ġewx iċċekjati minn behaviourist u anke veterinarju biex jassessjaw għaliex ġabu ruħhom b'dan il-mod? Jista’ jgħid jekk dawn iż-żewġt iklieb ġewx ittestjati għal xi tip ta' mediċina li setgħu ġew esposti għaliha, anke kif ipproponiet il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali? X'sar jew x'se jsir minn dawn iż-żewġt iklieb?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-inċident li seħħ fis-17 ta' April, 2023, fejn sid ta' żewġt iklieb safa attakkat minnhom, ir-rapport daħal bħala sejħa normali għall-ambulanza fejn il-veterinarja ġiet ukoll msejħa fuq il-post. It-trankwillizzant waħdu ma kienx ħa jwaqqaf immedjatament il-klieb. L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin. Il-kelb involut miet u ħa ssirlu awtopsja filwaqt li l-kelb l-ieħor qiegħed mal-klieb l-oħra li nġabru mir-residenza tas-sid, f’post sigur fejn qed jingħataw dak kollu li għandhom bżonn.

Klieb misjuba f’residenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-bqija tal-klieb li nstabu fir-residenza tas-sid li safa attakkat minn żewġt iklieb tiegħu f’inċident li seħħ fis-17 ta' April 2023? Jista’ jgħid għaliex dawn l-istess klieb tħallew 'il fuq minn 24 siegħa bil-ġuħ qabel ġew mitmugħa? Jista’ jgħid għaliex ma skattawx l-emendi l-ġodda li ddaħħlu permezz tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, Kap. 439, f'Jannar li għadda u allura fl-immedjat il-Qorti kienet tagħti l-permess biex fir-residenza inkwistjoni, jingħata l-aċċess biex jidħlu l-Uffiċjali tal-Ħarsien tal-Annimali? X'se jsir mill-klieb l-oħrajn li nstabu fir-residenza?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nstabu tmint iklieb fir-residenza tas-sid li safa attakkat minn żewġt iklieb tiegħu f’inċident li seħħ fis-17 t’April 2023. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali kellha informazzjoni li dawn il-klieb kienu qegħdin jiġu mitmugħin. Il-proċess kien wieħed delikat u kien hemm bżonn koordinazzjoni neċessarja mal-pulizija. Il-klieb jinsabu f’post sigur u f’kundizzjonijiet xierqa taħt il-kustodja tad-Direttorat għal Harsien tal-Annimali.

Environment Protection Unit – operat f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Environment Protection Unit hijiex qed topera ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm uffiċjali jservu f’dan it-territorju?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Kunsilli Lokali li applikaw u jħaddmu magħhom animal stewards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema Kunsilli Lokali applikaw biex iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’ f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk il-Kunsilli li diġà bdew iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali li applikaw biex iħaddmu magħhom animal stewards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema Kunsilli Lokali applikaw biex iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’ f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk il-Kunsilli li diġà bdew iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex l-informazzjoni tinġabar.

Kunsilli Lokali – rapporti li saru minn animal stewards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti li diġà għaddew minn animal stewards li qed jaħdmu ġewwa kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv, x’tip ta’ rapporti kienu dawn? X’qed ikun mistenni minnhom bħala xogħol dawn l-animal stewards? Hemm xi tip ta’ relazzjoni kontinwa bejn dawn l-impjegati u d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali biex xogħolhom ikun wieħed effettiv? Huwa mitlub minnhom li jgħaddu xi tip ta’ rapport regolari lill-istess Kunsilli Lokali li huma ingaġġati fihom? Huwa mitlub minnhom li jgħaddu rapporti regolari ta’ xogħolhom lid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – ġbir ta’ klieb mhux micro chipped

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux vera li klieb mhux micro chipped mhux qed jinġabru mill-uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali? Jista’ jgħid xi jsir minnhom jekk dawn il-klieb ikunu mweġġgħin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta klieb ikunu f’periklu u/jew jinstabu mweġġa', dawn jinġabru irrispettivament jekk ikunux microchipped jew le u jittieħdu għall-kura meħtieġa. Eventwalment, dawn jitpoġġew għall-adozzjoni.