Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il spazju miftuħ ġdid inħoloq ġewwa pajjiżna f’din l-aħħar sena? Tista’ tgħid liema kienu u kemm ġew jiswew? Tista' tgħid ukoll kemm ġew investiti mis-€700 miljun allokati għal dan il-għan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn meta twaqqfet fil-bidu ta’ din is-sena, Project Green diġà ħabbret aktar minn €50 miljun investiment f’diversi proġetti madwar Malta u Għawdex. Dawn jinkludu proġetti li se jsiru fil-lokalitajiet ta’ San Ġwann, Mosta, fil-Kottonera, Tal-Pietà, Żurrieq, Raħal Ġdid, Marsaxlokk, San Pawl il-Baħar, Msida, Ħal Għargħur, Għajnsielem, Għaxaq, Mellieħa, Mtarfa, Santa Venera, kif ukoll l-ewwel ġnien carbon-neutral fil-gżira Għawdxija li se jsir fix-Xewkija.
Fl-istess waqt, din is-sena diġà tlestew aktar minn 45,000 metru kwadru f’ġonna u spazji miftuħa ġodda jew riġenerati madwar il-pajjiż, fosthom il-Park tal-Familja ta’ Bengħajsa, u proġetti f’Ħal Safi, Ħaż-Żabbar, Ta’ Qali, il-Qrendi, Marsaskala u l-Gudja.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk inħolqux xi żoni pedonali jew xi parkeġġi taħt l-art f’xi belt jew raħal kif kien ġie mwiegħed fil-Baġit 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Project Green diġà ħabbret u ssottomettiet l-applikazzjonijiet għand l-Awtorità tal-Ippjanar għall-implimentazzjoni ta’ proġett fi Triq San Pawl, Bormla, għal parkeġġ taħt l-art li fuqu jippermetti spazju miftuħ, kif ukoll proġett ieħor ta’ parkeġġ taħt l-art li fuqu mbagħad se jkun hemm ġnien pubbliku li jagħmel parti integrali mill-proġett ta’ San Ġwann kif spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11867.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-konċett ta' urban green reclamation, u ċjoè li binjiet pubbliċi jew anke privati jiġu kkonvertiti fi spazji miftuħa pubbliċi, ġiex imwettaq matul din is-sena kif kien imwiegħed? Hemm xi postijiet li ġew użati għal dan l-iskop?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-politika ta’ kif ser jaħdem il-mekkaniżmu ta’ urban green reclamation qed tiġi żvillupata. Sadanittant, permezz tal-Community Greening Grant, Project Green qiegħda tmexxi żewġ proġetti flimkien ma’ applikanti privati, li jinsabu fuq art privata u eventwalment dawn se jsiru aċċessibbli għall-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċivew ċertifikati f'tunnellaġġ ta' skart riċiklat skont il-parametri tal-avviż legali 369 tas-sena 2022, f’kull reġjun mingħand Wasteserv Malta, fil-perjodu bejn Jannar sa Ġunju 2023?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab hawn taħt:
Tunnellaġġ ta' Skart Riċiklat għal kull Kunsill Reġjonali Jannar-Ġunju 2023
Jan-23
Feb-23
Mar-23
Apr-23
May-23
Jun-23
Totali
Reġjun Għawdex
132.18
116.16
141.54
121.82
121.06
158.48
791.24
Reġjun Tramuntana
389
426.26
493.78
387.88
407.08
529.72
2633.72
Reġjun Punent
233.5
225.12
279.88
219.6
220.24
282.44
1460.78
Reġjun Lvant
371.22
354.12
425.48
338
340.24
428.1
2257.16
Reġjun Port
262.06
249.48
297.94
245.62
254.74
327.88
1637.72
Reġjun Nofsinhar
349.26
331.72
405.9
328.18
340.14
417.4
2172.6
Jista’ l-Ministru jgħid:
(a) kif minn 1,309 qattus li ġew miġbura fl-2022, 483 minnhom ġew addottati u fadal 130 u jgħid ukoll x'sar mis-696-il qattus li ma jissemmewx;
(b) kif minn 539 kelb li ġew miġbura fl-2022, 441 ġew addottati u fadal 58 u jgħid ukoll x’sar minn dawk l-40 kelb li ma ssemmewx; u
(ċ) kemm minn dawk il-klieb u l-qtates li ġew miġbura fis-sena 2022 u li mhux imsemmija ġew addottati minn santwarji, u liema huma s-santwarji li addottawhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-figuri li qed issemmi ma jistgħu jaqblu qatt. Dan għaliex il-figura tan-numri ta’ annimali miġbura u addotti jappartjenu għas-sena 2022, mentri dawk imsemmija li fadal huma meħuda minn figuri ta’ nofs is-sena 2023. Peress li kien hemm influss u ħruġ ta’ annimali fis-sitt xhur bejn l-aħħar tas-sena 2022 u nofs is-sena 2023; in-numri ma jistgħux jaqblu mat-total.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tat-852 rapport ta' krudeltà mill-pubbliku fuq xi annimal li saru fl-2022 u jgħid x’kienu dawn ir-rapporti u kemm minnhom ittieħdet azzjoni legali kontrihom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Annimali rrapurtati bħala maħqura
Question
Fid-dawl tal-11-il azzjoni li saret fejn l-annimali rrappurtati bħala maħqura ġew mittieħda mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, jista’ l-Ministru jgħid x' kienu dawn l-annimali, fejn tpoġġew sakemm ġie deċiż l-andament li kellu jittieħed u fejn qegħdin illum?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra
Fid-dawl tat-33 ittra li nħarġu mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali rigward krudeltà ta' annimali, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu jinkorporaw fihom u xi jkunu r-riżultati mistennija minn dawk li jirċevuhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninfroma lill-Onor. Interpellanta li l-ittri msemmija kienu ittri ta’ kwerela u kienu jinkorporaw varji atti ta’ trattament mhux xieraq ta’ annimali li fuqhom kienu qed jittieħdu passi legali. Dawn kienu jinkludu każijiet ta’ annimali miżmuma ħażin u żamma ta’ annimali li mhux konformi mal-liġi. Ir-riżultat mistenni hu li kienu ser jittieħdu passi legali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda l-kampanja ta' neutering li ġiet imħabbra f'Ġunju tal-2023 u li ser tiswa €200,000 fis-sena u li ser tieħu ħsieb it-tiswija ta' 5,000 qattus fis-sena? Jista’ jgħid ukoll kif ser ikunu allokati u mqassma dawn il-fondi u lil min?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kampanja tan-neutering ġiet varata fil-21 ta’ Ġunju 2023. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-isptar Ċentru San Franġisk ġewwa Ta' Qali (APH) għadux jopera jew le? Jekk le, jista’ jgħid jekk hux dan sew kemm għall-klijent privat kif ukoll għad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali? Jista’ jgħid ukoll fejn qed jiġu trattati l-annimali misjuba mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali u x' kienet ir-raġuni għaliex dan iċ-ċentru m'għadux jilqa’ annimali fih?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-operatur tal-Isptar tal-Annimali għarraf lill-Ministeru li l-Isptar kellu jagħlaq temporanjament minħabba ħsarat estensivi li ġarrab meta allegatament intlaqat kejbil tal-elettriku u kien hemm żieda fil-qawwa tal-provvista tal-elettriku (power surge) li konsegwentament inħarqu numru ta’ attrezzaturi multipli, fittings u tagħmir mediku sensittiv. Peress li sar rapport lill-pulizija dwar dan il-każ u għaddejja investigazzjoni, mhux xieraq li jsiru kummenti ulterjuri biex ma tiġi preġudikata l-ebda parti. Ġentilment nirreferik għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12163 dwar fejn qed jiġu trattati l-annimali misjuba mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali.
Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali – ħruġ ta’ multi amministrattivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6166 u jgħid kemm inħarġu multi amministrattivi fl-2022 hekk kif jirrikjedi l-artikolu 47 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2022 id-Direttorati fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali ħareġ 17-il multa amministrattiva.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4637 u jgħid jekk hemmx xi tip ta' medja li wieħed jista’ jinnota ta' annimali li qed jiġu miġbura ta’ kull xahar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi kif deskritt hawn taħt:
Medja ta’ Annimali Miġbura fix-xahar fuq l-aħħar 4 snin
Klieb
Medja ta’ 55 fix-xahar
Qtates
Medja ta’ 140 fix-xahar
Annimali domestiċi oħra
Medja ta’ 7 fix-xahar
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – annimali miġbura
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1573 u jindika kemm-il annimal ġie miġbur mill-ħaddiema tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali f'dawn l-aħħar sentejn? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew imraqqda/maqtula?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’dawn l-aħħar sentejn mill-2022 s’issa, nġabru 3,273 annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali u minn dawn ġew imraqqda 991 fuq deċiżjoni tal-veterinarji. Dawn traqqdu minħabba kundizzjonijiet mediċi jew trawmatiċi bi pronjożi ħażina ħafna.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – annimali miġbura
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1572 u jindika kemm-il annimal ġie miġbur mill-ħaddiema tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew imraqqda/maqtula?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’dawn l-aħħar sitt xhur minn April sa Settembru 2023, inġabru 1,507l annimal mill-ħaddiema tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li minnhom, fuq deċiżjoni tal-veterinarji, 418-il annimal ġew imraqqda. Dawn traqqdu minħabba kundizzjonijiet mediċi jew trawmatiċi bi pronjożi ħażina ħafna.
Tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni ta' kif u min jirregola fejn jistgħu jitpoġġew il-magni tal-fliexken tal-Beverage Container Refund Scheme (BCRS)? Tista’ tgħid ukoll liema hi l-liġi li tirregola kif dan għandu jiġi deċiż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-distribuzzjoni tar-Reverse Vending Machines (RVMs) madwar il-gżejjer Maltin hija bbażata fuq konsultazzjonijiet li jsiru bejn ir-Regolatur, Ekonomija Ċirkulari Malta, u l-Operatur Liċenzjat, BCRS Malta Ltd u entitatijiet pubbliċi oħrajn, partikularment il-Kunsilli Lokali rispettivi, fil-proċess għall-applikazzjoni għall-permessi neċessarji. Id-deċiżjonijiet jittieħdu fl-isfond ta’ Leġiżlazzjoni Sussidarja 549.134 u l-ftehim tal-licenzjar bejn l-Agenzija u l-operatur.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Talbiet għal għajnuna u assistenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-5,058 talba għal għajnuna u assistenza li rċevew id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fis-sena 2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena 2022, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali kellu 5,058 talba għal għajnuna u assistenza għal ċirkostanzi varji li jinkludi: operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq annimali feruti, milquta b’karozza, annimali morda, talbiet għall-iċċekkjar għal identifikazzjoni elettronika fuq annimali li jkunu jidhru mitlufa jew li jkunu mejta, talbiet għal assistenza biex jinġabru annimali mhux miftuma li jidhru abbandunati, salvataġġ fuq annimali li huma maqbuda f’xi spazju limitat pereżempju magni ta’ karozzi, u talbiet varji mingħand Awtoritajiet/Entitajiet jew individwi għall-assistenza.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8644 u jgħid jekk kienx hemm annimali eżotiċi li ntbagħtu barra minn Malta? Jista’ jagħti indikazzjoni ta' dawn il-figuri sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' annimali kienu dawn u liema huma ż-zoos li għamlu dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – ġbir ta’ annimali midrubin mill-uffiċjali – trattament
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7966 u jgħid jekk l-annimali midrubin li qed jinġabru mill-uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali humiex kollha qed jiġu invistati, trattati u mfejqin mill-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta’ Qali, ċjoè l-APH, hekk kif inhu mitlub fil-kuntratt li ntrebaħ mill-istess operatur ta' dan l-isptar? Jekk qed jintużaw kliniċi oħrajn, liema huma, u għaliex qed jiġri dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mhuwiex minnu li skont il-ftehim li sar fl-2016 mal-isptar tal-annimali APH hemm xi rabta kuntrattwali li annimali midruba li jinġabru mill-uffiċjali tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, kollha għandhom jiġu invistati, trattati u mfejqa mill-Isptar tal-Annimali. Dan id-Direttorat jagħmel ukoll użu minn kliniċi liċenzjati oħra li joffru servizz veterinarju skont il-bżonn. Il-bżonn ta’ użu ta’ kliniċi veterinarji oħra jista’ jvarja skont l-esiġenzi tas-servizz inkluż in-natura tal-emerġenza, jew kliniċi fejn issir tiswija ta’ annimali jew żjarat ta’ segwitu . Il-Kliniċi veterinarji oħra li qed jintużaw fil-preżent huma dawn li ġejjin:
1. Happy Paws
2. Zoomangi
3. Quality Vet Clinic
4. Best Friend Clinic
5. Vet4Pets Health Clinic
Kunsilli Lokali li applikaw u jħaddmu magħhom animal stewards
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7900 u jgħid liema Kunsilli Lokali applikaw biex iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’ f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk il-Kunsilli li diġà bdew iħaddmu magħhom ‘Animal Stewards’?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-kunsilli lokali li applikaw għall-iskema maħruġa fit-3 ta' Ġunju 2021 huma dawn: Birkirkara, Bormla, Birgu, Balzan, Isla u Kalkara, Fgura, Għajnsielem, Għaxaq, Għarb, Ħ'Attard, Ħamrun, Iklin, Kerċem, Kunsill Reġjonali Nofsinhar, Lija, Marsaskala, Mellieħa, Mosta, Rabat (Gozo), Reġjun Tramuntana, San Lawrenz , Siġġiewi, Sannat, San Ġiljan, St Venera, Xagħra, Żejtun, Żabbar, Żebbuġ (Gozo), Żurrieq. Il-Kunsilli Lokali li diġà bdew iħaddmu stuwards huma dawn li gejjin: Mosta, Kerċem, Għajnsielem, Żabbar (resigned), Għarb, Żebbuġ (Gozo), Kunsill Reġjonali Nofsinhar, San Lawrenz, Sannat.
Proġett ta’ Tisbiħ u Riġenerazzjoni ta’ Wied Blandun
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7666 u tgħid għaliex il-proġett ta' tisbiħ u riġenerazzjoni ta’ Wied Blandun li kien ġie varat fl-2015, u ċjoè tmien snin ilu, illum għadu daqshekk fi stadju bikri u għadu ma sar xejn, biex naraw ir-riżultat aħħari li kien ġie proġettat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li saru Desk Study u Risk Assessment preliminari fuq iż-żona ta’ Wied Blandun. Sussegwentament tlesta Masterplan li jinkludi linji gwida tal-azzjonijiet meħtieġa biex jiġi riġenerat dan il-wied. Preżentament qed isir it-tfassil tas-sejħa għall-offerti biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet meħtieġa.
Dawn l-azzjonijiet jinkludu tindif ta’ materjal mill-wied u żoni tal-madwar, kif ukoll tneħħija ta’siġar aljeni u invażivi biex tkompli tittejjeb l-ekoloġija tas-sit. Barra minn hekk, hemm azzjonijiet oħrajn li jissalvagwardjaw l-ekosistemi abbinati mal-widien inkluż tħawwil ta’ siġar adattati għall-mikroklima tal-wied.