Jista’ l-Ministru jgħid f'din l-aħħar sena;
a. kemm instabu annimali midruba ġewwa Għawdex;
b. kemm minnhom ġew salvati;
c. kemm minnhom ġew addottati; u
d. kemm fondi ġew allokati għall-Unit tal-Animal Welfare Gozo?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-2022 instabu 1,098 annimal midrub/a jew morda jew bla sid. Sal-aħħar ta’ Ottubru 2023 instabu 1,052 annimal midrub. Filwaqt li jsir minn kollox biex l-annimali jingħataw l-aħjar kura possibbli, mhux dejjem ikun possibli li l-annimal isalva mill-ġrieħi li jkun ġarrab jew mard li jkun instab fih. Matul l-2022 ġew salvati 756 qattus u fl-2023 ġew salvati 729. Is-sezzjoni taħdem biex l-annimali jsibu familja li tilqagħhom. Matul l-2022 saru 132 adozzjoni filwaqt li sa Ottubru ta’ din is-sena saru 152 adozzjoni mill-istess sezzjoni. Numru ta’ qtates u klieb oħra marru għand santwarji oħra. Dawn kienu jammontaw għal 238 matul 2022 u 167 sal-aħħar ta’ Ottubru 2023. Fl-2023 u fl-2024, is-sezzjoni tal-Ħarsien tal-Annimali ta’ Għawdex għandha allokati 120,000 ewro għal kull sena.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex m'hemm ħadd jokkupa l-irwol ta' manager ġewwa l-Animal Welfare Gozo u x’qed isir biex dan l-irwol f’din l-entità jimtela?
Animal Welfare Gozo – Servizz għal annimali miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux qed jingħata attenzjoni u servizz mediku 24/7 lill-annimali li jinġabru mill-Animal Welfare Gozo u jindika liema kliniċi qed jagħtu dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll fejn qed jinżammu dawn l-annimali wara li jiġu misjuba?
Jista’ l-Ministru jgħid f'din l-aħħar sena;
a. kemm instabu annimali midruba ġewwa Għawdex;
b. kemm minnhom ġew salvati;
ċ. kemm minnhom ġew addottati; u
d. kemm fondi ġew allokati għall-unit tal-Animal Welfare Gozo?
Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jgħid kif ġiet imħaddma l-iskema 'Adopt a pet allowance' u kif ġew imqassma il-€55,280 allokati għal din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif riprodotta hawn taħt:
Skema
Benefiċjarju
Ammont
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adopt a Pet Allowance
Persuna li adottat annimal mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq Tal-Annimali
€ 150.00
Adoptions through NGOs
CSAF
€ 10,140.00
Adoptions through NGOs
The Island's Sanctuary
€ 2,120.00
Adoptions through NGOs
Love for Strays Malta
€ 140.00
Adoptions through NGOs
CLAWS Malta
€ 14,420.00
Adoptions through NGOs
National Cat Society
€ 8,810.00
Virement to Animal Welfare Initiatives
N/A
€18,000.00
Total
€ 55,280.00
Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jgħid kif ġew imqassma u allokati l-fondi ta' €20,729 għal Local Councils Animal Fund u min kienu l-Kunsilli li bbenefikaw minn dan?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hi kif murija hawn taħt:
Kunsill Lokali
Skema
Valur tal-Pagament (€)
Gharghur LC
Skema LC care
357.37
Qrendi LC
Skema LC care
879.75
Marsaxlokk LC
Skema LC care
1,000.00
Paola LC
Skema LC care
4,000.00
St Lucija LC
Skema LC care
858.02
St Venera LC
Skema LC care
1,093.20
Floriana LC
Skema LC care
2,624.40
Ħamrun LC
Skema LC care
486.01
Żabbar LC
Skema LC care
1,798.42
Lija LC
Skema LC care
3,200.00
Iklin LC
Skema LC care
851.20
Total
17,148.37
Skont l-estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni f'liema stadju ta' ħsieb wasal il-proġett għal ċimiterju tal-annimali li tant ilu jiġi mwiegħed u li qed jiġi stmat għal €50,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid hux qed ikun hemm provvediment ta' aktar sigurtà fit-toroq kollha ġewwa l-Belt Valletta li tant jiġu ffrekwentati min-nies differenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Korp tal-Pulizija qed jibqa’ jsaħħaħ ħidmietu fil-qalba tal-komunitajiet, u dan permezz tad-distrett, il-pulizija tal-komunita’ li issa huwa mifrux mal-maġġoranza tal-pajjiż u diversi skwadri oħra fosthom ir-rapid intervention unit, f’kull lokalità f’dawn il-gżejjer, inkluż it-toroq ġewwa l-Belt Valletta. Fil-Belt Valletta u l-madwar il-Pulizija qed tieħu azzjonijiet diversi azzjonijiet primarjament b’mod pro-attiv. Żdiedet il-preżenza tal-Pulizija fit-toroq tal-Belt permezz tal-Pulizija tal-Komunità, kemm dawk stazzjonati ġewwa l-Belt Valletta kif ukoll minn bosta timijiet oħra madwar Malta tal-istess sezzjoni, kif ukoll bl-għajnuna tal-Pulizija tad-Distrett tal-Belt.
Dan ix-xogħol qed tagħmlu wkoll bi sħab mal-komunità. Saru diversi laqgħat ma’ NGO’s, mal-FSWS, u kif ukoll Aġenzija Żgħażagħ, fejn flimkien ma’ dawn qed isir outreach maż- żgħażagħ bl-għan li tinbena relazzjoni ta’ rispett bejn l-entitajiet u l-pubbliku fejn b’hekk jiġu evitati ċertu inċidenti kif ukoll jekk ikun hemm xi stanzi fejn ikun se jinqala’ xi nkwiet jew vandaliżmu, tkun tista’ tinkiseb informazzjoni mill-istess żgħażagħ li tkun inbniet l-imsemmija relazzjoni. Il-Korp tal-Pulizija huwa kommess li jibqa’ jaħdem id f’id mal-komunità nkluż mhux biss ma’ dawn iż-żgħażagħ iżda wkoll mal-ġenituri tagħhom jew l-adulti li jieħdu ħsiebhom.
Jista’ l-Ministru jserraħ ras il-ġenituri ta' ħafna żgħażagħ li jiffrekwentaw il-Belt Valletta speċjalment fil-weekends, wara li f'dawn l-aħħar xhur seħħew ħafna inċidenti ta' vjolenza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12925.
Tista’ l-Ministru tgħid x'sar mill-proġett li kellu jsir sabiex tiġi protetta ż-żona tal-Magħluq u biex jonqos il-coastal erosion ġewwa Marsaxlokk? Tista’ tgħid ukoll kif sadanittant qed jiġu protetti l-bajja u s-sit Natura 2000 biswit?
Response (DALLI, MIRIAM)
Niforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġett sabiex titnaqqas il-coastal erosion f’Marsaxlokk qed jitmexxa primarjament mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u sar studju fuq is-sistemi ekoloġiċi u idroloġiċi tas-sit sabiex tinġabar l-informazzjoni xjentifika meħtieġa. Tħejjew ukoll rakkomandazzjonijiet dwar miżuri li jistgħu jitwettqu biex titnaqqas il-coastal erosion, u a bażi tal-istess rakkomandazzjonijiet, saru diskussjonijiet intensivi ma’ Infrastructure Malta u esperti xjentifiċi oħra sabiex jitħejja pjan t’azzjoni. Il-pass li jmiss hu li tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-ippjanar u li tiġi abbozzata s-sejħa għall-offerti.
Inżid ukoll li parti mis-sit Natura 2000 tal-Ballut ta’ Marsaxlokk qed jiġi mmaniġġjat mill-għaqda volontarja Nature Trust Malta (NTM) bi ftehim mal-ERA, u matul l-aħħar xhur ġie installat ilqugħ li jipproteġi s-sit u jikkontrolla l-aċċess, tħawlu siġar u xtieli indiġeni u ġew installati wkoll tabelli informattivi dwar l-importanza ekoloġika tas-sit.
Tista’ l- Ministru tgħid kemm inħolqu green walls, green pockets u ġonna komunitarji kif kien imwiegħed is-sena li għaddiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, b’żieda mal-informazzjoni li diġà tajt fit-tweġibiet għal diversi mistoqsijiet parlamentari li saru minnha dwar is-suġġett, f’inqas minn sena li ġiet imwaqqfa Project Green inħolqu il-green pockets ta’ Safi Dog Park u l-Maqluba filwaqt li saret riġenerazzjoni ta’ Ġnien iż-Żgħażagħ u Kalkara Pocket Park.
Żejtun — Triq Alfredo Cachia Zammit – Traffic Lights
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn it-traffic lights fi Triq Alfredo Cachia Zammit, ġewwa ż-Żejtun, li hija triq traffikuża mmens, ilhom aktar minn xahar jiġu rrapurtati li mhux qed jaħdmu (minħabba inċident stradali) u xorta jibqgħu ma jitranġawx? Jista’ wkoll jagħti indikazzjoni ta' meta dawn ser jiġu rranġati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-traffic lights ser jiġu msewwija fil-ġranet li ģejjin.
Baġit 2024 — Santwarji megħjuna permezz ta' skemi finanzjarji
Question
Hekk kif indikat fid-Diskors tal-Baġit 2024, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk is-santwarji li ġew megħjuna permezz ta' skemi finanzjarji f'dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi u kif ġew megħjuna? Jista’ jgħid ukoll kif l-istess santwarji jistgħu japplikaw għall-għajnuna fejn jidħol xogħol ta' tiswijiet u manutenzjoni fl-istess santwarji, kif ġie mwiegħed fl-istess Diskors?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jagħti break down ta' kif ġew allokati l-€20,757 li ntefqu f’neutering ta' qtates fis-sena 2022 u min kienu dawk li bbenifikaw minn din l-iskema?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Skont l-Estimi tal-Budget 2024, jista’ l-Ministru jgħid x' kienu s-servizzi veterinarji li ġew mogħtija lill-NGOs li ammontaw għal €51,877 u kif ġew imqassma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-servizzi veterinarji li ġew mogħtija lill-NGOs huma kif deskritt fit-tabella segwenti.
Il-pagamenti għas-servizzi veterinarji ġew allokati biss għall-annimali mikroċippati li huma rreġistrati taħt l-NGO fin-National Livestock Database. L-għotja għas-servizzi veterinarji kienet ibbażata fuq il-medja tal-annimali li nstabu waqt it-tliet spezzjonijiet matul is-sena permezz ukoll ta’ verifiki fiżiċi li saru fuq il-post tas-santwarju jew xelter tal-annimali. Il-pagamenti jammontaw għal €40 għal kull qattus/kelb u €160 għal kull żiemel biex jgħinu l-imsemmija NGOs ikopru l-ispejjeż tas-servizzi veterinarji. Il-pagamenti jiġu affettwati biss jekk jiġi kkonfermat li l-NGO għadha rreġistrata mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u konformi mal-Att dwar l-Organizzazzjoni Volontarja tal-2007 u l-leġiżlazzjoni sussidjarja li taqa' taħt il-liġi. Barra minn dan, intefqu €8,384.36 fuq kirurġija kumplessa li saret fuq annimali taħt il-kura tal-NGOs u €1,176.30 għal servizzi ta’ tiswija ta’ annimali.
NGOs Benefiċjarji
Ammont Imħallas
Island Sanctuary
€ 4,836.67
Stray Animals Support Group
€ 2,700.00
Animal Care Malta
€ 2,340.00
National Cat Society
€ 14,710.00
CSAF
€ 12,360.00
AAA
€ 3,260.00
Love for Strays Malta
€ 2,110.00
Sub-Total
€ 42,316.67
Servizzi Veterinarji Oħra
Spiża
Tiswija ta’ Annimali
€1,176.30
Kirurġija Kumplessa
€8,384.36
Sub-Total
€9,560.66
Total:
€ 51,877.33
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' park naturali matul il-kosta ta' Baħar iċ-Ċagħaq u ta' park ġeoloġiku matul il-kosta ta’ Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fir-rigward tal-park naturali matul il-kosta ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, Ambjent Malta bħalissa qed tiffoka fuq żewġ żoni partikolari - waħda faċċata ta’ Vendome Redoubt u l-oħra fl-inħawi tal-Madliena. Għal dawn iż-żoni nkisbu diġà l-permessi meħtieġa u se jinbeda proċess biex jitneħħew speċi aljeni invażivi u biex jitħawlu siġar u arbuxelli indiġeni.
Fir-rigward tal-park ġeoloġiku matul il-kosta ta’ Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi, bħalissa għaddejjin studji sabiex jiġi stabbilit l-istat preżenti taż-żona. Dawn l-istudji se jwasslu biex permezz ta’ Project Green jiġu determinati l-interventi meħtieġa u jitħejja pjan t’azzjoni komprensiv.