B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13173 li ġiet mwieġba nhar il-15 ta' Novembru 2023, jista’ l-Ministru jgħid jekk reġax ħareġ is-sejħa li kellu jagħmel għall-irwol ta' manager ġewwa l-Animal Welfare f’Għawdex? Jekk fin-negattiv, min qed imexxi l-koordinament ta' dan id-Direttorat sadanittant?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tas-sejħa għadu għaddej. Is-sejħa se tkun ippubblikata iktar tard matul l-2024. Il-koordinament ta’ din is-sezzjoni bħalissa qed isir taħt is-superviżjoni diretta tad-direttur EkoGħawdex.
Ta’ Qali — Ċentru San Franġisk – Infiq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14684, jista’ l-Ministru jgħid x'kienu jew x'inhuma l-kwistjonijiet relatati mal-validazzjoni ta' fatturi li minħabba fihom kienu għadhom ma tħallsux il-kontijiet pendenti lejn l-APH bejn Ottubru 2023 u Awwissu 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-ħlasijiet dovuti mhux imħallsa għandhomx xi tip ta' relazzjoni mal-waqfien tal-operat tal-istess sptar tal-annimali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li il-kwistjonijiet relatat mal-validazzjoni ta’ fatturi huma kwistjonijiet li jikkonċernaw forniment ta’dokumentazzjoni mill-operatur ekonomiku tal-imsemmi sptar sabiex ikun stabbilit il-prezz tal-ispiża hekk kif stipulat f’artiklu 12 tal-ftehim enfitewtiku. Ir-raġunijiet għall-waqfien tal-operat tal-istess sptar tal-annimali ġew mogħtija fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 11974 u 12239 rispettivament u ma għandhom l-ebda relazzjoni mal-kwistjonijiet relatati ma’ pagamenti.
Issa li għaddew xhur minn meta l-Isptar APH Animal Hospital ingħalaq minħabba allegati ħsarat fid-dawl, jista’ l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar ġurnata formali li dan l-isptar opera fis-sena 2023?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont komunikazzjoni uffiċjali mill-operaturi tal-Isptar APH Animal Hospital, dan waqaf jopera fit-18 ta’ Awwissu 2023.
Ta’ Qali — Ċentru San Franġisk – Infiq mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12167, fejn ġie indikat li l-Ministeru ħallas għall-operat tal-istess APH sa Novembru 2022, jista’ l-Ministru jgħid x'sar mill-ħlasijiet dovuti lill-istess Sptar għall-bqija tax-xhur dovuti sakemm għalaq? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux aktar ħlasijiet u jindika kemm kienu l-ammonti xahar b' xahar għall-bqija tax-xhur, kif ukoll meta kien l-aħħar xahar li dan il-pagament dovut tħallas?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta ghat-tabella pprezentata fil mistoqsija parlamentari 12167 bil lista ta’ pagamenti, ngharraf li l-aħħar pagament li tħallas kien dak dovut għall-Ottubru 2022. Nikkonferma li ma sarux iktar ħlasijiet għall-bqija tax-xhur sakemm l-istess APH għalaq minħabba li kien hemm kwistjonijiet relatati ma’ validazzjoni ta’ fatturi.
Sportivi — Studenti f'livell ta' edukazzjoni terzjarja - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'livell ta' edukazzjoni terzjarju li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f' xi tip ta' sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sportivi — Studenti li jirrappreżentaw lil Malta - Safar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif is-sistema edukattiva qed tagħti sapport fit-tliet livelli ta' edukazzjoni differenti (sekondarju, post sekondarju u terzjarju) meta dawn l-istudenti jkunu mitluba li jsiefru biex jirrappreżentaw lil Malta jew inkella jkunu mitluba li jattendu għal training biex jiġu preparati għall-kompetizzjonijiet relattivi fl-isport tagħhom waqt il-ħin tal-lezzjonijiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sportivi — Studenti li jirrappreżentaw lil Malta - Għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġu megħjuna l-istudenti li huma wkoll sportivi u jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom speċjalment dawk ta' taħt is-16-il sena, kif ukoll f'livell post sekondarju fejn jidħlu noti u spjegazzjoni tal-lezzjonijiet partikulari li huma jkollhom jitilfu biex jattendu għal dawn l-attivitajiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sportivi — Studenti li jkomplu l-isport tagħhom fuq livell aktar avvanzat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi tip ta' studju jew ingħatatx xi tip ta' attenzjoni fejn wieħed jara jekk hemmx xi korrelazzjoni bejn l-istudenti li jkomplu l-isport tagħhom fuq livell aktar avvanzat mill-bqija u ċjoè li jirrappreżentaw lil pajjiżna fl-isport tagħhom u jekk dawn humiex qed jingħataw l-opportunità kollha meħtieġa biex ikollhom ukoll suċċess akkademiku, dan in kwantu li jkollhom inaqqsu l-ħin regolari tagħhom ġewwa l-klassi bħall-bqija tal-istudenti? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn l-istudenti hux qed ikollhom jagħżlu li jitilqu l-isport jew li jkomplu l-istudju akkademiku tagħhom għax is-sistema eżistenti mhux qed toħloq bilanċ u sapport reċiproku bejn it-tnejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kif kuntrattur jintgħażel minn ieħor meta jingħata kuntratt biex jiżbor is-siġar ta' tipi differenti ġewwa t-toroq tagħna, x'inhuma l-prijoritajiet elenkati f'dan il-proċess ta' għażla u jekk humiex liċenzjati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kif inhu mistenni? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn l-istess kuntratturi humiex mitluba u mistenni minnhom li jagħżlu li japplikaw għal dawn it-tip ta' kuntratti wara li tintwera x'esperjenza għandhom f'dan ir-rigward biex b'hekk ma ssir l-ebda ħsara fuq is-siġar mimsusa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Aġenzija nikkonsultaw ma’ professjonisti f’dan il-qasam biex jiġi ddeterminat il-metodologija li hemm bzonn, kif ukoll nagħmlu superviżjoni waqt ix-xogħol. Is-Sejħa għall-offerti tistabbilixi rekwiżiti bħal Licensed Tree Specialist irreġistrat mal-ERA jew ekwivalenti. Bħal ma wieħed jaf, l-esperjenza fit-tendering mhux dejjem tista’ tintalab għax din hija marbuta mal-valur tal-istima, ħafna drabi dan it-tip ta’ xogħol ma jilħaqx dan il-valur. Għalhekk meta kuntrattur jew espert ikun il-licenzjat mill-Awtorita’ kompetenti, dan jikkwalifika biex jagħmel ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-siġar li ser ikunu qed jiġu miżbura fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin u f'liema lokalitajiet qegħdin? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-kuntratti ta' żabra u żamma tal-istess siġar ingħatawx diġà u min huma dawn il-kuntratturi li ġew magħżula u jekk kinux magħżula fuq mertu ta' esperjenza u għarfien f'dan ix-xogħol tant delikat fuq is-siġar? Jista’ wkoll jara li l-proċess trasparenti ta' evalwazzjoni fost il-kuntratturi qed isir bir-reqqa kollha biex l-ekosistemi naturali kollha flimkien mal-ħarsien u l-protezzjoni tas-siġar dejjem tkun prijorità unika meta jsir dan it-tip ta' żbir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ssir żabra, x'qed isir mill-fdalijiet u jekk dawn hux qed jiġu 'shredded' jew mormija u f'dan il-każ, fejn? Jista’ jgħid ukoll jekk il-postijiet minn fejn qed jiġu maqtugħa dawn is-siġar hux qed jiġu trattati jew le għal kwalunkwe tip ta' mard li jista’ mbagħad jinfettahom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li meta jkun hemm bżonn interventi fuq siġar, dawn l-interventi dejjem isiru skont il-method statement approvat mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-permessi u kundizzjonijiet huma aċċessibbli pubblikament fuq is-sistema tal-awtorita responsabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Jekk il-grupp ta' suldati mibgħuta mill-Forzi Armati ġewwa l-Lebanon jinsabux f'sitwazzjoni sikura issa li nħolqot aktar tensjoni bejn l-Iżrael u l-Hizbollah?
b. Jekk il-ħlas li qed jirċievu hux qed jirrifletti fid-dawl tas-sitwazzjoni perikoluża li nħolqot issa u li qiegħda kull ma tmur tinbidel?
c. Jekk hux qegħdin jitħallsu bl-istess mod kif qed jitħallsu suldati li ġejjin minn pajjiżi oħra, partikolarment bħal dawk tal-Irlanda li qegħdin fl-istess grupp magħhom?
d. Jekk dawn hux qed jiġu mħallsa min-Nazzjonijiet Magħquda bħal bqija tal-pajjiżi kkonċernati?
e. Jekk fl-affermattiv, hux qegħdin jingħataw kollha b'mod dirett lis-suldati dawn il-pagamenti?
f. X’inhuma ċ-ċifri li qed jiġu mħallsa għal dawn is-servizzi u kif dawn qed jiġu mqassma?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-preżenza tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-fruntiera bejn il-Libanu u Iżrael permezz tal-missjoni UNIFIL (United Nations Interim Force in Lebanon) hija mmirata proprju biex titnaqqas it-tensjoni f'dawn it-tip ta’ ċirkustanzi. Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta jżommu kuntatt dirett u kontinwu mas-suldati Maltin, kuntatt dirett u kontinwu mal-kmand ġenerali tal-Forzi Armati Irlandiżi li s-suldati Maltin jagħmlu parti minnu, u kif ukoll mar-rappreżentanza Maltija lejn in-Nazzjonijiet Uniti fi New York. Kull prekawzjoni sabiex fiċ-ċirkostanzi, tiġi ssalvagwardjata l-ħajja u s-saħħa tas-suldati taż-żamma tal-paċi qegħdin jiġu meħuda kemm mill-kmand ġenerali tal-missjoni UNIFIL, kif ukoll mill-kmand tal-kontinġent Irlandiż li s-suldati Maltin jagħmlu parti minnu. Dawn il-miżuri jinkludu monitoraġġ u assessjar kontinwu tas-sitwazzjoni, linji ta’ komunikazzjoni bejn il-kmand tal-missjoni UNIFIL u l-armata Iżraeljana, tibdiliet temporanji fl-operat tal-missjoni skont is-sitwazzjoni, kif ukoll miżuri fiżiċi ta’ protezzjoni bħal shelters li jservu ta’ kenn f'każ li jkun hemm xi periklu minn rockets u artillerija. L-Uffiċjali u s-suldati Maltin huma mħarrġa, addestrati, u ta’ livell biex jaħdmu u joperaw f’dawn iċ-ċirkostanzi. Apparti dan, qabel dawn l-uffiċjali u s-suldati Maltin jitilgħu għal din il-missjoni, jagħmlu żmien ta’ taħriġ intensiv flimkien mal-Irlandiżi sabiex jiġi assigurat li ż-żewġ forzi jilħqu l-livell neċessarju. Kull uffiċjal u suldat li jipparteċipa f’din il-missjoni jieħu sehem fuq bażi voluntarja u sal-ġurnata tal-lum l-ebda suldat Malti ma talab sabiex jinżel lura Malta. Ukoll infurmat li l-ħlas li jirċievu s-suldati Maltin huwa bbażat fuq linji ta’ policies interni tal-Forzi Armati dwar servizz barra minn xtutna filwaqt li l-ħlas tas-suldati taż-żamma tal-paċi li jservu man-Nazzjonijiet Uniti, hija kwistjoni ta' politika interna tal-pajjiżi kontribwenti, individwalment. Kull pajjiż jimxi u jħaddan il-proċeduri u mekkaniżmi ta’ ħlas interni. Kwalunkwe ħlas minn Nazzjonijiet Uniti isir dirett lis-suldati Maltin fil-Libanu.
Sportivi — Studenti taħt is-16-il sena - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti taħt is-16-il sena li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Sportivi — Studenti f'livell post sekondarju - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'livell post sekondarju li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm hawn dog parks u cat cafés li kienu proġetti li saru minn kunsilli lokali differenti kemm f'Malta u kemm f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta saru u kemm ġew jiswew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm hawn dog parks u cat cafés differenti f'Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta saru u kemm ġew jiswew?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru li jien responsabli m'għandux informazjoni ta' kemm hawn dog parks u cat cafes differentti f’Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex m'hemm ħadd jokkupa l-irwol ta' manager ġewwa l-Animal Welfare Gozo u x’qed isir biex dan l-irwol f’din l-entità jimtela?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar sejħa li ħarġet għal manager f’din is-sezzjoni, ma kien hemm l-ebda kandidat eliġibbli. Il-Ministeru qed iħejji sejħa oħra f’dan ir-rigward.
Animal Welfare Gozo – Servizz għal annimali miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux qed jingħata attenzjoni u servizz mediku 24/7 lill-annimali li jinġabru mill-Animal Welfare Gozo u jindika liema kliniċi qed jagħtu dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll fejn qed jinżammu dawn l-annimali wara li jiġu misjuba?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kura u s-servizz mediku li jkun hemm bżonn qed jingħata kemm mill-veterinarju residenti u kif ukoll minn veterinarju estern meta jkun hemm il-ħtieġa. L-annimali misjuba u li jingħataw il-kura jinżammu fil-kwartieri tal-istess Animal Welfare Gozo fiż-żona tal-Farm Esperimentali fix-Xewkija.