Sportivi — Studenti f'livell ta' edukazzjoni terzjarja - Jirrappreżentaw lil Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'livell ta' edukazzjoni terzjarju li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f' xi tip ta' sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm 182 student f’livell terzjarju jirrappreżentaw lil Malta f’dixxiplini sportivi varji.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk ix-shelters li joffru akkomodazzjoni lil persuni li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom ġewwa Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x'inhi l-proċedura biex persuna tkun tista’ taċċessa/tidħol u tgħix f’shelter?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, permezz tal-Public Social Partnerships (PSPs) li għandhu il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal flimkien ma’ għadd ta’ għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu fil-qasam soċjali, hemm numru ta’ shelters għal persuni homeless.
Dawn l-NGOs u x-shelters li jmexxu huma:
1. Dar Patri Leopoldu,
2. Dar Tereża Spinelli,
(Dar Patri Leopoldu u Dar Tereża Spinelli it-tnejn immexxija mill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem tal-Patrijiet Kappuċċini)
3. Il-YMCA Communal Home
4. Dar Nikki Cassar,
(YMCA Communal Home u Dar Nikki Cassar it-tnejn immexxija mill-NGO YMCA Valletta)
5. Dar Emmaus,
(Dar Emmaus hija immexxija mill-Fondazzjoni Kenn u Tama ġewwa Għawdex) u
6. Dar Papa Franġisku u
7. Dar Maria Dolores .
(Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores huma immexxija minn Fondazzjoni Dar il-Hena li hija inizjattiva bejn ażjenda privata, CARITAS Malta u dan il-Ministeru).
Il-proċedura għad-dħul hija li persuna homeless tista’ tiġi jew il-Head Office tal-Aġenzija Appoġġ jew tmur f’xi wieħed mis-servizzi fil-komunità li l-FSWS għandha f’Malta u Għawdex u minn hemm, wara li jsir l-initial assessment , l-persuna tkun riferuta lil wieħed mix-shelters imsemmija. Dan japplika għax-shelters kollha ħlief għal Dar Papa Franġisku u Dar Maria Dolores li huma emergency shelters u allura l-persuna tkun diretta tmur direttament hemm.
Kull shelter għandu l-professjonisti tiegħu li, flimkien mal-ħaddiema soċjali u professjonisti oħra tal-FSWS, ifasslu care plan għall-persuna homeless li tingħata l-għajnuna sakemm tkun tista’ tfendi għal rasha u tgħix ħajja indipendenti billi tfittex u ssib impjega u b’ hekk tasal li almenu tkun tista’ tikri post għaliha. Għaldaqstant, iż-żmien li wieħed ikun jista’ jibqa’ f’ homless shelter mhuwiex indefinit.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li bħalissa qegħdin jaġevolaw ruħhom mid-djar li joffru akkomodazzjoni lil persuni li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom? Jista’ jgħid ukoll jekk jeżistux xi tip ta' waiting lists għal dan is-servizz u jekk fl-affermattiv, kemm hemm persuni li bħalissa qegħdin jistennew biex ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dawn l-abitazzjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, informazzjoni għat-tagħrif mitlub minnha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' limitu ta’ kemm persuna tista’ tibqa tagħmel użu minn shelter? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' sapport jingħata waqt l-abitazzjoni f'dawn ix-shelters u x'tip ta' sapport jingħata hekk kif persuna toħroġ minn dawn l-abitazzjonijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-ebda homeless shelter ma huwa intiż biex isir l-abitazzjoni dejjiema tal-persuni li jinsabu hemm.
Kull shelter għandu l-professjonisti tiegħu li, flimkien mal-ħaddiema soċjali u professjonisti oħra tal-FSWS, ifasslu care plan għall-persuna homeless, tingħata l-għajnuna sakemm tkun tista’ tfendi għal rasha u tgħix ħajja indipendenti billi tfittex u ssib impjieg u b’hekk tasal li almenu tkun tista’ tikri post għal rasha. Għaldaqstant, iż-żmien li wieħed ikun jista’ jibqa’ f’ homless shelter mhuwiex indefinit.
Il-ħaddiema soċjali u professjonisti oħra tal-FSWS u anki l-professjonisti tal-NGOs li jmexxu x-shelters, jibqgħu disponibbli biex ikomplu jagħtu għajnuna lil dawn il-persuni, speċjalment jekk jerġgħu jiġu f’ċirkostanzi li jistgħu jerġgħu irenduhom homeless.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li jidħlu ġewwa shelter, jistgħux idaħħlu l-annimal tagħhom ukoll (pereżempju kelb jew qattus) jekk dawn ma jkollhom lil ħadd biex iżommulhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-għażla dwar jekk shelter ikunx pet-friendly jew le hija ta’ kull shelter skont iċ-ċirkostanzi partikolari tax-shelter.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' tender li qed jagħti importanza lil tiswija ta' qtates? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk dan it-tender jesiġix li l-qtates imsewwija jiġu micro chipped? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-microchips hux qed jiġu reġistrati fin-National Database u fil-każ taħt min?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 11976. Il-kuntratt jesiġi l-mikroċippjar tal-qtates. Tali qtates qegħdin fil-proċess li jiġu rreġistrati fin-National Database taħt il-Kunsilli Lokali rispettivi minn fejn ikunu nġabru l-qtates.
Jista’ l-Ministru jindika x' kien it-tip ta' feedback li irċieva l-Ministeru fir-rigward tad-Dokument Konsultattiv li ġie ppubblikat f' Ottubru 2023? Jista’ wkoll iqiegħed din l-informazzjoni miġbura fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Dipartiment għas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali irċieva total ta’ 137 feedback fir-rigward tad-Dokument Konsultattiv li ġie ppubblikat f' Ottubru 2023. Dan il feedback kien riċevut minn individwi, NGO’s li jaħdmu mal-annimali, groomers, pet sitters u dog breeders u kienu imqassma kif ġej:
• 36 permezz tal-portal tal-konsultazzjoni pubblika tal-OPM
• 65 permezz tal-indirizz elettroniku tal-konsultazzjonijiet tad-Dipartiment
• 6 kienu sottomissjonijiet ikkomunikati b’imejls oħra
• 30 mill-attendenza għall-konsultazzjonijiet pubbliċi
Din l-informazzjoni tinsab fir-rapport tar-riżultat li jista’ jiġi aċċessat mill-portal tal-konsultazzjonijiet pubbliċi.
Fid-dawl li d-Dokument Konsultattiv li ġie ppubblikat f' Ottubru 2023 jindika li wara li jiġi studjat sewwa l-feedback miġbur mill-istess dokument, allura deċiżjonijiet importanti ser jiġu mittieħda f'dan ir-rigward, jista’ l-Ministru jgħid meta ser isir, issa li diġà għaddew tliet xhur mill-għeluq tal-konsultazzjoni pubblika?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rispons ġie analiżżat, ġew mittieħda d-deċiżjonijiet meħtieġa u qiegħed isir ix-xogħol neċessarju.
Fid-dawl li Triq Axtart f'Marsaxlokk hija mimlija ħofor, b'ħafna mill-parkeġġ meħud minn inġenji pparkjati għal ġimgħat sħaħ (anke fi Triq Melqart li hi parallela magħha) bla użu u ħolqien ta' inkonvenjent kontinwu għar-residenti speċjalment meta tkun ix-xita għax jinġabar kwantità kbira ta’ ilma li mbagħad isir tajn, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħlijiet f’din l-istess triq waqfu ħesrem? Jista’ wkoll jagħti indikazzjoni meta x-xogħlijiet ser jitkomplew u meta finalment ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona għaddej xogħol minn Infrastructure Malta fejn ġew introdotti miżuri ta’ sigurta’ fit-toroq f’din iż-żona. Dan ix-xogħol se jinkludi wkoll interventi reparatorji fuq partijiet tat-triq fejn hemm bżonn. Ix-xogħol mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' santwarji differenti reġistrati f'Malta u Għawdex? Jista’ wkoll jiddentifika liema tip ta' annimali jospita fih kull santwarju hekk kif titlob il-Leġislazzjoni Sussidjarja “Regolamenti dwar Standards Minimi għal Santwarji tal-Annimali” L.S.439.14?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hawn 11-il santwarju tal-annimali reġistrati mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja.
It-tabella segwenti hija lista ta’ santwarji differenti reġistrati f’Malta u Għawdex, li huma identifikati skont l-ispeċi ta’ annimali li jospitaw, skont il-L.S.439.14.
Santwarji f’Malta
Numru ta’ reġistrazzjoni
Isem tas-Santwarju
Speċi li jinżammu
AS01
Island Sanctuary
Klieb
AS02
Stray Animal Support Group
Qtates
AS03
Animal Care Malta
Qtates
AS04
National Cat Society
Qtates
AS05
Carers for stray and Abondoned felines
Qtates
AS07
Malta SPCA
Klieb u qtates
AS09
Noah’s Ark
Klieb
AS10
Association of Abaondoned Animals
Klieb
AS12
Love for Strays
Qtates
AS14
Cats and Dogs Shelter
Klieb u qtates
Santwarju f’Għawdex
Numru ta’ reġistrazzjoni
Isem tas-Santwarju
Speċi li jinżammu
AS06
Gozo SPCA
Klieb u qtates
Kliniċi magħżula biex jagħtu servizz/trattament mediku għall-annimali midruba miġbura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12163, fejn intqal li ġew magħżula ħames kliniċi biex fl-assenza tal-operat tal-isptar tal-annimali APH jagħtu servizz/ trattament mediku għall-annimali midruba miġbura, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-kliniċi jagħtux l-istess servizzi u trattamenti ta' sptar liċenzjat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kliniċi magħżula joffru servizzi skont kif tippermetti l-liġi sussidjarja 437.106, fejn jiġi offrut servizz kliniku u kirurġiku bażiku jew servizz speċjalizzat.
Jista’ l-Ministru jgħid x' inhuma d-differenzi fl-operat bejn liċenzja ta' klinika u liċenzja ta' sptar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d–differenzi fl-operat bejn liċenzja ta’ klinika veterinarja u sptar veterinarju huma ta’ natura strutturali, teknika u amministrattiva, hekk skont kif deskritt fil-LS 437.106.
Kliniċi magħżula biex jagħtu servizz/trattament mediku għall-annimali midruba miġbura
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12163, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema tip ta' bażi ntgħażlu l-ħames kliniċi minn oħrajn biex fl-assenza tal-operat tal-isptar tal-annimali APH jagħtu servizz/ trattament mediku għall-annimali midruba miġbura?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħames kliniċi intgħażlu skont l-esiġenzi tas-servizz inkluż in-natura tal-emerġenza, jew kliniċi fejn issir tiswija ta’ annimali jew żjarat ta’ segwitu.
Kliniċi magħżula biex jagħtu servizz/trattament mediku għall-annimali midruba miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħames kliniċi li ġew magħżula għat-trattament mediku tal-annimali misjuba għadhomx jintużaw sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk dawn ikunux operati 24/7 minn tabib veterinarju kwalifikat biex f'kull ħin li l-ambulanza tiġbor annimal midrub tingħatalu l-assistenza rikjesta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mhux il-kliniċi veterinarji kollha jkunu miftuħin 24/7. Meta jinġabar annimal midrub tingħatalu l-assistenza veterinarja u jsiru arranġamenti dak il-ħin stess biex tali annimal jiġi assistit immedjatament. Skont il-leġislazzjoni Sussidjarja 437.106 Regolamenti dwar il-Liċenzjar ta’ Stabbilimenti Veterinarji Privati, kull klinika għandha tipprovdi, jew tkun parti minn, servizz ta' emerġenza ta' erbgħa u għoxrin siegħa.
Annimali miġbura li ttieħdu fil-kliniċi li ġew magħżula għat-trattament mediku – Break down
Question
Jista’ l-Ministru jagħti stampa ċara u jagħti break down ta' kemm annimali ġew miġbura u ttieħdu fil-kliniċi li ġew magħżula għat-trattament mediku tal-annimali misjuba sabiex jingħataw trattament minn Awwissu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew trattati annimali f’dawn ix-xhur f'kull klinika?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti.
Qtates
Klieb
Oħrajn
Happy Paws
Ammissjonijiet tal-Pazjenti (L-Ewwel Vista)
Visti ta’ Segwitu tal-Pazjent
4
2
N/A
229
39
N/A
Zoomangi
Ammissjonijiet tal-Pazjenti (L-Ewwel Vista)
544
240
16
Visti ta’ Segwitu tal-Pazjent
13
9
N/A
Tiswija ta’ Qtates
1,725
N/A
N/A
Quality Vet Clinic
Tiswija ta’ Qtates
82
N/A
N/A
Best Friends Clinic
Tiswija ta’ Qtates
213
N/A
N/A
Vets 4 Pets Health Clinic
Tiswija ta’ Qtates
89
N/A
N/A