Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kors ta' veterinarju — Prospectus

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19153 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jindika minn fejn wieħed jista’ jaċċessa għall-prospectus ta' dan il-kors?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19235.

Kors ta' veterinarju — Accreditations

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19154 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jgħid x'accreditations ser ikollu l-kors ta' veterinarju?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kors veterinarju se jkun kors akkreditat mill-MCAST. Infurmat li dan il-kors se jkun iċċertifikat taħt il-European Association of Establishments for Veterinary Education (EAEVE).

European Association of Establishments for Veterinary Education

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19155 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jagħti stampa ċara jekk pajjiżna issa huwiex parti mill-EAEVE (European Association of Establishments for Veterinary Education)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kors lokali jkun iċċertifikat taħt il-European Association of Establishments for Veterinary Education (EAEVE).

MCAST u Sptar APH — Sinerġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-operatur li kien imexxi l-Isptar tal-Annimali APH hux ser jibqa’ bħala operatur li ser ikollu f'idejh l-immaniġġjar tal-isptar? Jekk iva, kif ser taħdem din is-sinerġija bejn l-Isptar tal-Annimali APH u l-MCAST?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isptar tal-annimali f’Ta’ Qali se jkun sptar li se jkun qed jintuża għal skopijiet edukattivi wkoll. Mistenni li jsiru numru ta’ lezzjonijiet fl-Isptar imsemmi fejn l-istudenti se jkollhom l-opportunità jipprattikaw u jagħmlu placements li huma parti integrali minn dan il-kors ġewwa dan l-isptar.

Trattament mediku għall-annimali midruba miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jispjega xi ftehim ser ikun hemm issa mad-Direttorat tal-Annimali meta dawn ser ikunu qed jiġbru l-annimali midruba mit-triq? Jista’ jgħid ukoll minn liema budget ser ikunu qed jitħallsu dawn l-ispejjeż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar APH — Sinerġija mal-istudenti li ser jibdew il-kors ta' veterinarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser tkun qed taħdem is-sinerġija bejn l-Isptar tal-Annimali APH ġewwa Ta’ Qali u l-istudenti li ser jibdew il-kors ta' veterinarju hekk kif ġie imħabbar il-ġimgħa l-oħra?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Animal Welfare Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun qed jaħdem il-Fond għall-Ħarsien tal-Annimali u kif se jiġu allokati dawn il-fondi u lil min?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iskema tal-Animal Welfare Fund – Grant Support Scheme ser tkun qed taħdem skont il-parametri stipulati fil-linji gwida. Din l-iskema b’allokazzjoni ta’ €85,000 ser tinqasam fi 3 prijoritajiet: Prijorità 1 – L-għajnuna li ser tingħata hija marbuta ma’ l-Edukazzjoni fuq riċerka u kura b’allokazzjoni ta’ €25,000 fejn kull organizzazzjoni tista’ tibbenifika sa massimu ta’ €3,000, b’ azzjonijiet li jinkludu : 1. Workshops u seminars edukattivi; 2. Kampanji biex joħolqu għarfien dwar il-Ħarsien tal-Annimali; 3. Programmi mal-iskejjel; 4. Workshops għall-kura tal-annimali għall-voluntiera; 5. Inizzjattivi biex jinvolvu l-komunita’; Prijorità 2 – Din il-prijorità tinkludi spejjeż marbuta ma’ provisti mediċinali, ikel u spejjeż oħra relatati mal-kura u trattament tal-annimali . F’din il-prijorità qed jiġu allokati €35,000, fejn kull organizzazzjoni tista’ tibbenifika sa massimu ta’ €5,000. Prijorità 3 – L-għajnuna marbuta ma’ din il-prijorità hija relatata ma’ taħriġ rigward servizzi ta’ rehoming li jinkludu wkoll spejjeż ta’ trasport, anke jekk l-annimali jintbagħtu barra minn xtutna. Għal din il-prijorità qed jiġu allokati €25,000, fejn kull organizzazzjoni tista’ tibbenifika sa massimu ta’ €2,000. Azzjonijiet marbuta mal-adozzjoni tal-annimali jinkludu: 1. Trasport tal-annimali; 2. Taħriġ u counselling dwar l-adozzjoni; 3. Programmi marbuta mal-fostering ta’ annimali; 4. Materjal marbut ma’ rehoming ta’ annimali. Il-fondi ser jingħataw lil dawk l-organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu favur il-ħarsien tal-annimali u li ser japplikaw għall-iskema. Il-proġetti sottomessi ser ikunu magħżula skond kriterji u punti stabbiliti fil-linji gwida. Kull organizzazzjoni għandha l-possibbiltà li tapplika għall-aktar minn prijorità waħda iżda l-massimu li tista’ tingħata bħala għajnuna lil kull applikant hija ta €8,000 inkluż il-VAT. L-għajnuna tingħata fuq 80% tat-total tal-proġett jew 90% tat-total tal-proġett (jekk tkun applikazzjoni konġunta bejn żewġ organizzazzjonijiet volontarji) . Il-proġett irid jitlesta fi żmien sena mill-iffirmar tal-kuntratt.

Kors ta' veterinarju — Kwalifiki

Question

Issa li ġie mħabbar li ser jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-kors ta' veterinarju ġewwa pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħid x'ser ikunu l-eżamijiet mitluba u rikjesti biex wieħed ikun ikkunsidrat biex japplika u jiġi approvat?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

European Association of Establishments for Veterinary Education

Question

Jista’ l-Ministru jagħti stampa ċara jekk pajjiżna issa huwiex parti mill-EAEVE (European Association of Establishments for Veterinary Education)?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sptar APH – Data tal-ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun qed jiftaħ l-Isptar tal-Annimali APH ġewwa Ta’ Qali wara li tħabbar li ser jibda l-kors ta' veterinarju?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara li ntlaħaq ftehim bejn l-APH Ltd. u l-MCAST, l-isptar tal-annimali mistenni li jiftaħ u jerġa’ jibda joffri s-servizzi fil-ġimgħat li ġejjin.

Marsaxlokk- Pixxina tal-waterpolo — Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett tal-pixxina tal-waterpolo ġewwa Marsaxlokk għadux ser isir? Jekk fl-affermattiv, jista’ jindika xi tip ta' timeline għal dan il-proġett tant bżonnjuż mhux biss għax-Xlukkajri, iżda għan-naħa t'isfel kollha ta' Malta li tant hi nieqsa minn proġetti bħal dawn?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Studenti li jirrapreżentaw lil pajjiżna f'konkorsi tal-immudellar — Sapport

Question

Fid-dawl li studenti li jitilgħu jirrapreżentaw lil Malta f'attivitajiet sportivi jiġu skużati mill-iskola waqt il-ġranet li jkunu neqsin u kif intqal fi tweġibiet oħra, dawn l-istudenti jiġu mgħoddija x-xogħol li jkunu tilfu, jista’ l-Ministru jgħid għaliex dan ma jgħoddx ukoll għal dawk l-istudenti li jitilgħu jirrapreżentaw lil pajjiżna f'konkorsi tal-immudellar li jirrikjedu wkoll bosta preparamenti u dixxiplina? Jista’ jgħid ukoll kif anke lil dawn l-istudenti jista’ jingħatalhom dan it-tip ta' support anke mill-iskola, kemm biex ma jitniżżlux bħala assenti u anke biex ma jitilfux ix-xogħol li jkun sar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull attività fejn l-istudenti jipparteċipaw barra minn Malta u din tkun waħda uffiċċjali, fejn dawn jirrappreżentaw lil Malta, dawn l-istudenti jiġu skużati bl-istess mod.

Marsaxlokk- Pixxina tal-waterpolo — Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-pixxina tal-waterpolo ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett għadux ser isir u jekk fl-affermattiv jindika t-timeline għal dan il-proġett tant bżonnjuż, mhux biss għax-Xlukkajri iżda għan-naħa t'isfel kollha ta' Malta li tant hi nieqsa minn proġetti bħal dawn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sportivi — Studenti taħt is-16-il sena - Jirrappreżentaw lil Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti taħt is-16-il sena li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa haw total ta’ 565 student taħt is-16-il sena li jirrappreżentaw lil Malta f’dixxiplini sportivi varji.

Sportivi — Studenti f'livell post sekondarju - Jirrappreżentaw lil Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'livell post sekondarju li huma wkoll sportivi u li jirrappreżentaw lil Malta f'xi tip ta’ sports jew huma parti mit-tim Nazzjonali fl-isport tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-isports differenti li fihom jipparteċipaw?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm total ta’ 212-il student f’livell post sekondarju li jirrappreżentaw lil Malta f’dixxiplini sportivi varji.