Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni Port State Control (PSC) saret f’Malta mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena, u x’kienet ir-rata ta’ detenzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdiedet jew naqset il-flotta reġistrata taħt il-bandiera Maltija matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2026, il-flotta rreġistrata taħt il-bandiera Maltija kompliet tikber kemm fl-għadd ta’ bastimenti kif ukoll fit-tunnellaġġ gross tagħha. Matul dan il-perjodu ġew irreġistrati 4,466 bastiment, filwaqt li 2,791 bastiment tħassru mir-Reġistru, li jfisser żieda netta ta’ 1,675 bastiment. Fl-istess perjodu, il-Gross Tonnage tal-flotta żdied b’mod nett b’8,745,523 GT.
F’termini ta’ għadd, l-akbar żieda kienet fil-kategorija tal-
pleasure yachts
, b’żieda netta ta’ 1,705 bastiment, filwaqt li fil-kategorija tal-
commercial yachts
kien hemm żieda netta ta’ 204 bastimenti. Min-naħa l-oħra, f’termini ta’ tunnellaġġ, l-aktar żieda sinifikanti kienet fil-
container ships
, fejn ġiet irreġistrata żieda netta ta’ 10,746,009 GT.
In-numri juru wkoll li l-bidla fl-għadd ta’ bastimenti mhux dejjem tirrifletti l-bidla fid-daqs tal-flotta. Pereżempju, fil-kategorija tal-
passenger ships
kien hemm tnaqqis nett ta’ 27 bastiment, iżda fl-istess ħin żieda netta ta’ 1,817,623 GT.
Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jinnota li bħalissa r-Reġistru Malti jgħodd 10,853 bastiment, b’tunnellaġġ gross ta’ 94,407,629. Ir-Reġistru qatt ma kien kbir u b’saħħtu daqs illum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vapur telaq mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti lejn reġistri oħra mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena, u x’kienu r-raġunijiet prinċipali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2026, il-flotta rreġistrata taħt il-bandiera Maltija kompliet tikber kemm fl-għadd ta’ bastimenti kif ukoll fit-tunnellaġġ gross tagħha. Matul dan il-perjodu ġew irreġistrati 4,466 bastiment, filwaqt li 2,791 bastiment tħassru mir-Reġistru, li jfisser żieda netta ta’ 1,675 bastiment. Fl-istess perjodu, il-Gross Tonnage tal-flotta żdied b’mod nett b’8,745,523 GT.
F’termini ta’ għadd, l-akbar żieda kienet fil-kategorija tal-
pleasure yachts
, b’żieda netta ta’ 1,705 bastiment, filwaqt li fil-kategorija tal-
commercial yachts
kien hemm żieda netta ta’ 204 bastimenti. Min-naħa l-oħra, f’termini ta’ tunnellaġġ, l-aktar żieda sinifikanti kienet fil-
container ships
, fejn ġiet irreġistrata żieda netta ta’ 10,746,009 GT.
In-numri juru wkoll li l-bidla fl-għadd ta’ bastimenti mhux dejjem tirrifletti l-bidla fid-daqs tal-flotta. Pereżempju, fil-kategorija tal-
passenger ships
kien hemm tnaqqis nett ta’ 27 bastiment, iżda fl-istess ħin żieda netta ta’ 1,817,623 GT.
Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jinnota li bħalissa r-Reġistru Malti jgħodd 10,853 bastiment, b’tunnellaġġ gross ta’ 94,407,629. Ir-Reġistru qatt ma kien kbir u b’saħħtu daqs illum.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħu sabiex Malta tibqa’ kompetittiva bħala wieħed mill-akbar reġistri marittimi fid-dinja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed ikompli jinvesti sabiex il-
Malta Ship Registry
mhux biss iżomm il-pożizzjoni tiegħu bħala wieħed mill-akbar reġistri marittimi fid-dinja, iżda jkompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu bħala reġistru ta’ kwalità, effiċjenza, affidabbiltà u eċċellenza fis-servizz.
Din il-ħidma qed tiffoka fuq diversi pilastri strateġiċi, fosthom l-investiment fir-riżorsi umani, it-tisħiħ tas-servizzi, il-promozzjoni internazzjonali tal-bandiera Maltija, id-diġitalizzazzjoni tal-operat u ż-żamma tal-ogħla standards internazzjonali.
Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ il-preżenza internazzjonali tar-Reġistru permezz ta’ parteċipazzjoni f’avvenimenti prestiġjużi bħal Posidonia fil-Greċja, il-
Monaco Yacht Sho
w, il-
Cannes Yachting Festival
u avvenimenti internazzjonali oħra. Fl-istess waqt, qed isiru
roadshows
u laqgħat diretti ma’ sidien u operaturi tal-bastimenti, partikolarment fil-Greċja u fit-Turkija, sabiex nattiraw aktar reġistrazzjonijiet u nsaħħu r-relazzjonijiet mal-industrija.
Investiment importanti ieħor huwa d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi. Mill-1 ta’ Ġunju 2025 beda l-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi għall-bastimenti, filwaqt li ġew introdotti servizzi bħas-
Seafarer Portal
u s-
Seaman’s Record Book
diġitali. Qed tkompli wkoll il-ħidma fuq sistema integrata għall-ġestjoni tal-bastimenti, sabiex ir-Reġistru joffri servizz aktar modern, effiċjenti u kompetittiv.
Ir-reputazzjoni internazzjonali tal-bandiera Maltija tibqa’ waħda mill-akbar saħħiet tagħna. Malta żammet il-pożizzjoni tagħha fil-
White Lists
tal-Paris MoU u tat-Tokyo MoU, filwaqt li tissodisfa l-kriterji tal-programm QUALSHIP 21 tal
-United States Coast Guard.
Barra minn hekk, f’Novembru 2025 Malta ġiet eletta mill-ġdid fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) għall-ħmistax-il darba konsekuttiva, konferma tal-fiduċja u tar-rispett li pajjiżna jgawdi fuq livell internazzjonali.
Il-fiduċja fil-bandiera Maltija hija riflessa wkoll fil-preżenza ta’ operaturi marittimi ewlenin bħall-CMA CGM, MSC Group u Grimaldi.
Din ir-reputazzjoni soda ġiet ikkonfermata wkoll matul il-Malta Maritime Summit u l-laqgħa ġenerali tal-
Malta International Shipowners Association
(MISA), fejn personalitajiet mill-aktar influwenti fl-industrija marittima internazzjonali, fosthom Emanuele Grimaldi, Marily Frangista u Thomas A. Kazakos, esprimew kliem ta’ tifħir u apprezzament lejn Malta u r-Reġistru Marittimu tagħha. Dan ir-rikonoxximent minn uħud mill-akbar ismijiet fl-industrija huwa xhieda ċara tal-fiduċja li pajjiżna jgawdi fuq livell internazzjonali u tal-pożizzjoni b’saħħitha li rnexxielna nibnu fis-settur marittimu globali.
L-ambizzjoni tal-Gvern hija ċara: li Malta mhux biss tibqa’ fost l-akbar reġistri marittimi fid-dinja, iżda tkompli tkun minn ta’ quddiem fil-kwalità, fl-innovazzjoni u fis-servizz.
Se nkomplu naħdmu biex insaħħu din l-industrija strateġika, nattiraw aktar investiment u nikkonsolidaw il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru marittimu internazzjonali ta’ eċċellenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ippreżentax dokumenti jew data lill-Kummissjoni Ewropea biex juri l-impatt sproporzjonat tal-EU Emissions Trading System (EU ETS) fuq Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
EU Emissions Trading System – Studju dwar l-impatt ekonomiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju mill-Gvern dwar l-impatt ekonomiku tal-EU Emissions Trading System (EU ETS) fuq Malta bħala Stat gżira? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il charging point pubbliku ġdid ġie installat kull sena mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom huma operattivi llum?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm damet, bħala medja, biex timtela kull kariga eżekuttiva fi ħdan Transport Malta matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont ir-rekords miżmuma minn Transport Malta, iż-żmien medju sabiex jimtlew il-karigi eżekuttivi matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej:
Kariga eżekuttiva ġdida
Medja ta’ ġranet (calendar days) sabiex timtela l-kariga
Chairman / Chief Executive Officer / Chief Operations Officer
44.88
Chief Officer jew Deputy Chief Officer
114.59
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bidliet kien hemm fil-kariga ta’ CEO ta’ Transport Malta mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’kienet ir-raġuni uffiċjali għal kull bidla?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 ‘l hawn kien hemm 6 persuni li okkupaw il-kariga ta’ kap eżektuttiv ta’ Transport Malta.
Ir-raġunijiet għalfejn kienu varji u dokumentati b’mod uffiċjali kull meta saret bidla.
Irrid nenfasizza li l-Gvern jirrikonoxxi u japprezza l-ħidma li kull persuna għamel f’din il-kariga u l-involviment tagħhom fl-avvanzi li saru mill-Awtorita’ fl-aħħar 13-il sena. Għalhekk nieħu din l-opportunita’ biex permezz ta’ din it-tweġiba parlamentari nirringrazzja lil dawk kollha li okkupaw din il-kariga u taw servizz lejn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sewwieqa tal-linja neqsin skont il-pjan approvat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol ta’ Transport Malta, bħala r-regolatur, huwa li jiżgura li Malta Public Transport, bħala l-operatur, jipprovdi s-servizz skont it-termini u l-obbligi stabbiliti fil-kuntratt ta’ konċessjoni tal-2015.
Transport Malta u Malta Public Transport – Penali mħallsa lill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu penali lill-Gvern, mill-Malta Public Transport u kemm tħallsu penali lill-Malta Public Transport fl-aħħar ħames snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, bħala medja,kemm persuni jużaw is-servizzi tal-Malta Public Transport kuljum u kemm kienet din iċ-ċifra għal kull sena mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medja ta’ vjaġġi tal-passiġġieri hija kif tidher fit-tabella segwenti:
Sena
Medja ta’ vjaġġi tal-passiġġieri kuljum
2019
157,286
2020
92,539
2021
96,458
2022
134,856
2023
184,224
2024
207,598
2025
227,245
Jannar -Ġunju 2026
234,673
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux mira uffiċjali biex inaqqas in-numru ta’ vetturi privati fit-toroq u x’inhi din il-mira?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lir-rwol tal-Gvern huwa li permezz tal-awtoritajiet kompetenti, ikompli joffri, jsaħħaħ u jinċentiva lin-nies jużaw mezzi ta’ trasport differenti u alternattivi flok jibqgħu dipendenti fuq l-użu tal-vettura privata tagħhom. Dan il-Gvern jemmen iktar fil-politika tal-inċentiv milli tal-kastig u għalhekk jippreferi juża dan l-approċċ milli jimponi taxxi diretti fuq sidien ta’ vetturi privati.