Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-ħaddiema (minbarra l-infermiera u l-qwiebel) kienu mitluba jinfurmaw lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani x'Time Off In Lieu kellhom (TOIL)? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-ħaddiema ġewx mitluba biex jieħdu dan it-TOIL qabel tmiem is-sena? Jista' jikkonferma jekk kinitx prattika normali li l-impjegati tas-settur tas-saħħa jingħataw il-benefiċċju li jieħdu t-TOIL qabel? Jista’ jgħid ukoll kemm għandhom jittieħdu sigħat ta’ TOIL minn dan l-istaff u bejn kemm ħaddiema u jekk dan hux ser jolqot il-complement tal-istaff li diġà qed jiddeterjora?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fejn mhux provdut mod ieħor permezz ta’ ftehim settorali, it-tħaddim u l-ġestjoni tat-time-off-in-lieu fis-Servizz Pubbliku huwa regolat mill-Public Service Management Code, paragrafu 2.2.7.1.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet biex il-futbol klabb li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jingħata l-art u l-fondi li kienu twiegħdu lill-klabb biex jibnu grawnd tal-futbol u club house?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li nkisbu l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar u wara li l-proċess tat-tender tax-xogħlijiet għadda mill-istadju ta’ appell, fil-ġranet li ġejjin ser jinbeda x-xogħol fuq proġett sportiv fil-Higher Secondary. Dan il-proġett għandu l-għan li filwaqt li filgħodu jintuża mill-istudenti, wara l-ħin tal-iskola jintuża mill-klabb u mill-istess nursery.
Tista' l-Ministru tgħid l-inħawi u t-toroq li fihom se jiġi istallat New water? Tista' tinforma kemm se jiswa dan? Kemm se jdum biex jiġi finalizzat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol relatat fuq id-distribuzzjoni ta’ l-ilma tan-New Water huwa maqsum fi tliet żoni, dak fin-Nofsinhar, fit-Tramuntana u dak f’Għawdex. It-toroq fejn sar jew qed isir ix-xogħol huma dettaljati fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-proġett tan-New Water qed isir b’investiment ta’ 25 miljun ewro. Dan il-proġett innovattiv qed iwassal biex iżjed bdiewa jkollhom aċċess għal ilma riċiklat, b’beneffiċċji ambjentali diretti. Mhux se nieqfu hawn, beħsiebna nkomplu ninvestu biex insaħħu dak li bdejna.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-impjant tat-Trattament tad-Drenaġġ fiċ-Ċumnija Mellieħa hux qed jaħdem bil-kapaċità sħiħa, u jekk kienx operat lil hinn mill-kapaċità sħiħa? Jekk iva x'sar bid-drenaġġ żejjed li ma ġiex ittrattat? Jekk b'kapaċità sħiħa ta' 80%, x'inhuma l-pjanijiet biex l-impjant jiġi aġġornat, meta se jiġri dan u x'se jkun?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant taċ-ċumnija fil-Mellieħa qed jitħaddem fil-kapaċità massima tiegħu għal ħinijiet twal. Meta jkun hemm ċirkostanzi li minħabba skeda ta’ manutenzjoni ppjanata, problemi tekniċi mhux previsti, jew żieda ta’ xi nfluss fid-dranaġġ assoċjati ma’ attività mhux normali (bħal ammont kbir ta’ xita) dan joħloq sfida.
Hu għalhekk li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma poġġiet 'il quddiem pjan ta’ azzjoni biex dan l-impjant jiġi upgraded biex ilaħħaq mad-domanda li qed tiżdied f’dawn iż-żoni. Dan il-pjan hu maħsub li jitlesta bejn l-2025-2026.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tinbeda Triq Tabib Joseph Grech Attard Mellieħa? Jista' jgħid jekk it-tender inħariġx u jekk iva din ġietx mogħtija lill-kuntrattur? Inħarġu l-permessi minn Infrastructure Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 21894 tal-leġiżlatura li għaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fit-Triq id-Denċi l-Għadira, jekk iż-żona se ssir sigura għar-residenti, u meta se jiġri dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq li qed issir referenza għaliha hija triq ġdida b’għadd ta’ bini li għad irid jiġi żviluppat. L-iżviluppaturi ta’ dan il-bini residenzjali għadhom ma ffurmawx it-triq hekk kif stabbilit mill-liġi. Infrastructure Malta tkun tista’ tgħaddi s-servizzi u tlesti l-wiċċ ta’ din it-triq bl-asfalt hekk kif l-izviluppaturi konċernati jkun ffurmawha b’mod sħiħ, bħal ma jiġri f’kull triq ġdida oħra.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-appelli li qed jinstemgħu quddiem il-Bord Nazzjonali tal-Impjiegi, jintbagħtu lit-Tribunal Industrijali meta jkunu jistgħu jiġu evalwati faċilment mill-Bord? Jista' l-Ministru jispjega jekk din qattx kienet il-prattika komuni u jekk iva għaliex waqfet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi primarjament irid jingħad illi l-Appelli li tittratta l-Awtorita Nazzjonali tax-Xogħol (NEA) huma dwar deċiżjoni li tkun ħadet Jobsplus fil-konfront tal-Appellant.
Fid-drabi fejn l-Appellant ikun qed jikkontesta l-fatt li ma jkunx tħalla jirreġistra fuq Part 1 u r-raġuni tkun għaliex l-Appellant ikun qiegħed jikkontendi li jkun tkeċċa b’mod inġust, u fejn allura jkun qed jikkontesta t-tkeċċija, l-Appellant jinġieb konxju li tali kontestazzjoni tista issir
biss
quddiem it-Tribunal Industrijali. U dan kif stipulat fl-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrjali (Kap. 452 tal-Liġijiet ta’ Malta) u proprju l-artikolu 75 ta’ dan l-Att jgħid li:
“75 (1) Minkejja kull ma jinsab f’kull liġi oħra, it-Tribunal Industrjali jkollu l-ġurisdizzjoni esklussiva li jikkunsidra u jiddeċiedi – ‘
il-ka
ż
ijiet kollha fejn jiġi allegat li saret tkeċċija inġusta”.
Jekk it-Tribunal Industrjali jiddeciedi li t-tkeċċija tkun saret b’mod inġust, l-Appellant jinforma lill-NEA u awtomatikament l-Appell li jkun għamel magħha jkun milqugħ u Jobsplus tkun notifikata u l-Appellant jitħalla jirregistra fuq Part 1.
Jekk it-Tribunal Industrjali jkun iddeċieda li t-terminazzjoni tkun saret b’mod ġust, l-Appell quddiem l-NEA ikun dikjarat mhux milqugħ.
Fejn l-Appellant minkejja li jkun qed jallega quddiem l-NEA li jkun tkeċċa b’mod inġust, jiddeċiedi li ma jressaqx il-każ tiegħu quddiem it-Tribunal Industrjali, l-Appell ikun dikjarat bħala wieħed mhux milqugħ.
Il-Bord tal-NEA ma’ jibgħatx każijiet quddiem it-Tribunal Industrjali, iżda jkun l-Appellant li jiddeciedi jekk jintavolax il-każ tiegħu quddiem tali Tribunal.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-parkeġġ taħt l-art fl-iskola fil-Qawra se jkun aċċessibbli għar-residenti tal-Qawra? Jista' jindika għaliex dan il-proġett ilu biex jimmaterjalizza?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parkeġġ huwa maħsub li jinfetaħ għall-pubbliku f’qasir żmien u dan wara li jitlestew il-preparazzjonijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx permess għaż-żvilupp għall-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess għall-Iżvilupp għall-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa ingħata mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar fl-24 ta’ Ġunju 2022.
Dan huwa investiment ieħor fl-infrastruttura edukattiva u għalhekk dirett fit-tfal tagħna u l-edukaturi tagħhom ta’ €17.7 miljun.
Irid jingħad li din il-binja ilha mibnija 74 sena, mill-1948 u huwa ovvju li maż-żmien ma baqgħetx taqdi l-bżonnijiet tal-lokal li dejjem qed jikber.
Il-proġett huwa intenzjonat kemm biex titkabbar l-iskola f’din il-lokalità kif ukoll biex l-iskola tiġi moderniżżata bi spazji edukattivi moderni, aċċessibbli u komdi għall-istudenti u l-edukaturi. Filfatt dan l-iżvilupp se jakkomoda numru akbar ta’ studenti mill-iskola eżistenti u jara wkoll li l-binja tissodisfa r-rekwiżiti għall-iskejjel f’dak li huwa sigurtà u spazji miftuħa fost oħrajn.
Il-proġett huwa wieħed minn numru ta’ proġetti infrastrutturali li huma mxerrda madwar il-pajjiż, għaliex hija waħda mill-prijoritajiet tal-gvern li l-edukazzjoni titjieb, mhux biss f’dak li huwa tagħlim fil-klassi, imma wkoll fl-ambjent li jingħata dan it-tagħlim.
L-applikazzjoni approvata tipproponi tibdil fit-tqassim u/jew l-użu tal-kmamar eżistenti u tipproponi estensjoni ġdida fin-Nofsinhar tal-kumpless. Din l-estensjoni se tinkludi żewġ livelli taħt l-art għall-parkeġġ tal-karozzi li ma tinkludix mina taħt l-art.
Il-parkeġġ propost fl-estensjoni tal-iskola Primarja tal-Mellieħa se jkun ta’ mitt parkeġġ, ħamsa minnhom għal karozzi bil-‘blue badge’ u li ser ikun aċċessibbli wkoll għar-residenti wara l-ħinijiet tal-iskola. Dwar għażliet ta’ ċċarġjar għall-karozzi, il-proġett għadu fi stadju ta’ disinjar tal-M&E (Mechanical and Electrical) kif ukoll ffinixjar.
L-estensjoni ta’ tliet sulari fuq l-art jinkludi binja rtirata. Il-livell tal-ewwel sular se jkollu estensjoni akbar peress li se jiġi żviluppat ukoll lejn il-Lbiċ tas-sit eżistenti
Fil-binja l-ġdida se jinbnew tmien klassijiet ġodda tal-kindergarten u 26 klassi ġdida għal-livell primarju. Din il-binja se jkollha wkoll faċilitajet għall-edukaturi u għall-ħaddiema li jagħtu servizzi anċillari, kamra għall-Ewwel
Għajnuna, guidance room, librerija, gym, u sala. Il-gym u s-sala se jkunu jistgħu jintużaw mill-komunità lokali wara l-ħinijiet tal-iskola u għalhekk se jkollhom entraturi separati.
Dan huwa fil-linja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni li permezz tal-proġetti li għaddejjin titqarreb l-edukazzjoni mal-komunità, imma wkoll li fil-ħin li ma jkunux qed jintużaw waqt it-tagħlim l-ispazji jkunu offruti lill-komunità.
Il-proġett jirrifletti wkoll il-politika tal-gvern li tmexxi 'l quddiem id-diversità, l-inklużjoni u l-opportunitajiet indaqs permezz tal-istrateġija edukattiva li biha l-awtoritajiet edukattivi qegħdin jieħdu inizjattivi biex jindirizzaw il-ħtiġijiet, l-interessi u l-abbiltajiet differenti tat-tfal.
Dawn l-inizjattivi huma riflessi f’dan il-proġett bil-ħolqien ta’ klassijiet addizzjonali għat-tagħlim ta’ suġġetti vokazzjonali, ix-xjenza, l-arti u l-mużika, kif ukoll l-iżvilupp personali u soċjali. F’din l-iskola se tinfetaħ ukoll klassi multi-sensory għat-terapija tat-tfal li jkunu jeħtiġuha. L-Iskola Primarja tal-Mellieħa se tkun imfassla mill-ġdid bil-għan li l-edukaturi jkunu jistgħu jipprovdu spazji għat-tagħlim adattat għas-suġġetti msemmija.
Fil-binja l-ġdida se jinħoloq ukoll spazju għal ċentru għall-ħarsien tat-tfal li se jkun jista’ jieħu madwar 40 tifel u tifla.
Kif isir fi proġetti bħal dawn, saru konsultazzjonijiet tul il-proċess tal-applikazzjoni mal-konsulenti esterni statutorji, l-aktar mal-Planning Control Unit, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, il-Kumitat Konsultattiv tad-Disinn, il-Konsulent tal-Ippjanar tat-Trasport, Transport Malta, l-Uffiċċju tal-Inġinerija Sanitarja, u l-Enemalta.
Hemm ukoll komunikazzjoni mall-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità biex ikun żgurat li l-proġett jilħaq l-istandards nazzjonali.
Kien importanti ferm is-sehem tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, għaliex minbarra l-konsultazzjonijiet matul il-proċess ta’ applikazzjoni, tnaddfu żoni speċifiċi tas-sit mill-ħamrija eżistenti, fil-preżenza ta’ arkeoloġiku maħtur mis-Sovrintendenza. Dan sar biex isir studju arkeoloġiku minħabba li s-sit fih xelters taħt l-art u karatteristiċi marbuta ma’ attivitajiet militari li ġew rintraċċati fil-qtugħ tal-blat. Il-perit li huwa nkarigat mill-proġett żgura li x-xogħlijiet proposti ma jkollhomx impatt dirett fuq il-karatteristiċi eżistenti u li jkun żgurat li dawn jinżammu kollha. Is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali studjat u ħadet nota ta’ dawn il-karatteristiċi maqtugħa fil-blat u aċċettat il-proposta tal-iżvilupp li se jkollha monitoring minħabba l-protezzjoni ta’ dawn is-sejbiet.
Meta jitlesta dan l-iżvilupp, l-Iskola Primarja tal-Mellieħa se tkun waħda li jkollha ambjent modern u xieraq għall-edukazzjoni ta’ uliedna u wkoll għall-edukaturi, amministrazzjoni u l-ħaddiema kollha li jagħtu s-servizz tagħhom fiha.
Il-Mellieħa — skola primarja - parkeġġ propost fl-estensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ tal-UG propost fl-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa hux se jkun aċċessibbli għar-residenti? Kemm se jkun hemm parkeġġi? Jista’ jgħid jekk hux se jkun hemm ukoll għażliet ta' ċċarġġjar għall-karozzi elettriċi, u jekk iva, kemm?
Jista’ l-Ministru jikkonferma li se jkun hemm mina li se tgħaqqad il-parkeġġ taħt l-art propost fl-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa ma’ Triq il-Kbira, ma’ Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa? Jekk iva min ser jiffinanzja dan il-proġett?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Istatwa tal-Madonna fl-Aħrax li għandha 150 sena u li tinsab fil-ponta tal-Aħrax għandhiex tiċċaqlaq minħabba x-xquq tal-blat li joħolqu periklu li taqa’ u tinqered?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li d-Direttorat tar-Restawr bagħat esperti fuq il-post biex jikkonstataw xl-aħjar isir.
Environmental Health Practitioners — ftehim kollettiv
Question
B’referenza għall-aħħar ftehim kollettiv li ġie ffirmat reċentement, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi r-raġuni u fuq liema bażi legali li parti mill-Environmental Health Practitioners li jaħdmu fi ħdan id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali ġew promossi għal Skala 6, waqt li parti oħra mill-Environmental Health Practitioners baqgħu fl-istess skala li kienu fiha qabel l-2013, jiġifieri Skala 7 u dan meta fl-2013 dawn kollha kienu fl-istess grad, bl-istess titlu, kif ukoll kienu jagħmlu l-istess tip ta’ xogħol?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim qed jiġi implimentat kif miftiehem mal-union li tirrappreżenta din il-kategorija ta’ impjegati u wara li ġie stabbilit li kellhom livell differenti ta’ responsibbiltajiet.
Jista' l-Ministru jgħid l-working complement għall-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u ċjoè x'inhu l-ammont ta' ħaddiema li jagħmlu spezzjonijiet bejn l-2013 u sad-data li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u kemm spezzjonijiet irriżultaw fi proċeduri li rriżultaw li r-regolamenti ma ġewx osservati bejn l-2017 u l-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi lill-Ministeru kkonċernat.
Penali fuq ksur ta' regolamenti ta' saħħa u sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-penali u r-regolamenti miksura għal dawk li ma osservawx ir-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà fil-perjodu bejn l-2017 sal-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-imwiet fuq il-post tax-xogħol u s-settur fejn dawn ġew ikkawżati,kif ukoll il-korrimenti fuq il-post tax-xogħol u s-settur fejn dawn ġew ikkawżati fil-perjodu bejn l-2017 u d-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi lill-Ministeru kkonċernat.
Pjazza tal-Mellieħa — proġett ta' tisbiħ - aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' tisbiħ tal-Pjazza tal-Mellieħa hux se jkollu aċċessibiltà għall-persuni b'diżabilità, partikolarment dawk f'siġġu tar-roti għall-partijiet kollha tal-Pjazza?
Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux ser tiġi istallata pjattaforma tas-siġġu tar-roti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-periti qed jieħdu ħsieb li l-partijiet kollha tal-pjazza jkunu aċċessibbli għal użu tas-siġġu tar-roti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx meħtieġ permess sħiħ ta' żvilupp għal xogħlijiet ta' tisbiħ fi Triq il-Marfa Għadira?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità’ Maltija għat-Turiżmu qegħdin jikkollaboraw ma’ Infrastructure Malta sabiex jiġi attwat proġett ta’ upgrading tal-promenade eżistenti tal-Għadira.
Fir-rigward ta’ teknikalitajiet tal-proġett, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.