Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati f’San Pawl il-Baħar bejn l-2020 u l-2021? Jista’ jgħid x’inhi r-rata ta’ suċċess biex jiġu solvuti dawn ir-reati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sistema elettronika tal-Pulizija, il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar tinkludi wkoll Burmarrad, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, il-Wardija u partijiet mill-Bidnija. In-numru ta’ reati rreġistrati f’San Pawl il-Baħar u l-lokalitajiet indikati fis-snin 2020 u 2021 huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Wara arranġamenti li ġew introdotti fl-aħħar xhur tas-sena 2020, reati li jiġu rrappurtati minn sezzjonijiet speċjalizzati tal-Korp, ukoll ikunu miżjuda fis-sistema elettronika tal-Pulizija. Mhix disponibbli informazzjoni dwar reati-solvuti mis-sistema elettronika u biex din tiġi kkumpilata manwalment, tinvolvi d-dedikazzjoni ta’ ammont sproporzjonat ta’ ħin u ta’ riżorsi.
Kategorija ta’ reat
2020
2021
Total
Abbandun ta’ tfal
4
2
6
Ħruq
6
0
6
Attentat ta’ reati
29
25
54
Offiżi fuq il-persuni
84
68
152
Użu ħażin tal-kompjuter
13
18
31
Reati kontra l-paċi pubblika
1
0
1
Ħsarat
377
407
784
Vjolenza domestika
93
124
217
Drogi
13
40
53
Falsifikazzjoni
4
6
10
Frodi
38
166
204
Omiċidju
1
0
1
Immigrazzjoni
5
2
7
Ħasil ta’ flus
0
5
5
Pornografija
1
6
7
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
22
39
61
Offiżi sesswali
5
15
20
Serq
423
382
805
Theddid u vjolenza privati
26
27
53
Aċċess mhux awtorizzat
0
3
3
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
10
10
20
Total
1155
1345
2500
Transport Malta — Sezzjoni Marittima– impjegati li telqu jew ġew trasferiti
Question
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm impjegati ta' Transport Malta ġew trasferiti jew telqu mis-Sezzjoni Marittima bejn l-2013 u l-2022? Jista’ jgħid kemm damu impjegati qabel telqu? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati ġodda mas-sezzjoni fl-istess ħin?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-Kamra jekk it-talba għall-iState Aid ġietx aċċettata għal-linja nazzjonali tal-ajru, Air Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet u n-negozjati bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjan ta’ Finanzjament għall-Air Malta li ġie sottomess mill-Gvern lill-Kummissjoni Ewropea fit-12 ta’ April 2021 għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar x'kienu l-akkwisti f'termini ta' artifatti u siti li għamlet Heritage Malta f'dawn l-aħħar 9 snin u x'kien il-prezz imħallas għalihom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'azzjoni qed tittieħed biex tissolva s-sink hole fi Triq il-Wied ta’ Ruman il-Mellieħa, u tgħid jekk din taqax taħt Infrastructure Malta jew Water Services peress li s-sitwazzjoni saret perikoluża għal dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'azzjoni qed tittieħed biex tissolva s-sink hole fi Triq il-Wied ta’ Ruman fil-Mellieħa, u jgħid jekk din taqax taħt Infrastructure Malta jew Waters Services peress li s-sitwazzjoni saret perikoluża għal dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq indikata inbniet mill-Kunsill Lokali konċernat u minn żviluppatur privat li kellu żvilupp ta’ bini residenzjali biswitha. Infrastructure Malta ma wettqet l-ebda xogħlijiet f’din it-triq. Din il-mistoqsija għandha tiġi referuta lill-entitajiet konċernati.
Trasport Pubbliku – residenti ta’ San Pawl il-Baħar ma’ Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux qed isir xi tibdil mit-Trasport Pubbliku ta' Malta biex jakkomoda lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar biex jaslu l-Isptar Mater Dei peress li x-Xarabank 250 li titlaq mill-Mellieħa, hija dejjem mimlija, u r-residenti ta' San Pawl il-Baħar qed jitħallew l-art?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interprellant li hemm ippjanat li sa Jannar tas-sena 2023 ha jkun hemm żieda fir-rotot 41 u 42 (Ċirkewwa lejn il Belt Valletta ). Hu maħsub li b’din iż-żieda din il-problema tiġi solvuta.
Għajnuna finanzjarja mill-Gvern fi żmien il-pandemija tal-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ x’għajnuniet finanzjarji ta l-Gvern fil-pandemija u kemm irċieva għajnuna mill-Unjoni Ewropea fl-istess żmien? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm minn dawn l-għajnuniet finanzjarji tqassmu fix-xhur bejn Jannar u Marzu, 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed ngħaddi l-informazzjoni mitluba permezz tat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Gvern ħareġ iċ-ċifra globali ta’€1,665,609,000 f’għajnuniet.
Minn dawn €1,515,609,000 kienu fondi nazzjonali.
Fir-rigward tal-assistenza mill-Unjoni Ewropea, madwar €150 miljun mill-ispiża indikata ġiet iffinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew (€38.5 miljun), u mir-REACT-EU (€111.1 miljun).
Dawn ġew allokati fuq il-Wage Subsidy Scheme, speċifikament għall-perjodu bejn it-28 ta’ Settembru 2020 u t-28 ta’ Marzu 2021.
Jista' l-Ministru jgħid liema hu d-dipartiment responsabbli mill-ħlas ta’ dawk li jkollhom iċ-ċertifikati kollha approvati fl-iskema ‘Get Qualified’? Jista' jgħid ukoll kemm-il każ hemm miftuħ mas-servizz.gov fuq l-iskema ‘Get Qualified’?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — konsulenzi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 326, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti ta' dawn il-kuntratti indefiniti sena b'sena mill-2017 sal-2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konsulenti li huma ingaġġati b’kuntratti indefiniti sena b'sena mill-2017 sa Awwissu 2022 huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 329 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 327 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux se jiġu installati traffic lights mid-daħla u l-ħruġ sejrin u ġejjin mill-Bajja tal-Mistra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tevalwa flimkien ma' Infrastructure Malta l-possibbilità ta’ ħruġ iktar sigur mil-Mistra permezz ta’ Traffic lights.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ tilwim li nstemgħu fit-Tribunal Industrijali bejn l-2017 u l-2022 u kemm damu biex jinqatgħu? Jista' jagħti l-medja ta' żmien biex każ jiġi finalizzat fit-Tribunal Industrijali?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-permessi tal-irmiġġi tat-temp reġgħux ġew integrati fl-oqsma kollha? Jekk le, liema tneħħew? Jista' jispjega għaliex tneħħa l-permess għall-irmiġġi tat-temp, jekk jeżistu każijiet bħal dawn? Jista’ jgħid għal kemm żmien u jekk xi darba hux se jerġgħu jiddaħħlu jekk il-każ hu li tneħħew?
Response (FARRUGIA, AARON)
Jista' l-Onor. Interpellant jispeċifika liema tip ta' rmiġġi qiegħed jirreferi għalihom?
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Telgħat ix-Xemxija għandhiex tingħalaq għax-xogħlijiet u kemm se jdumu x-xogħlijiet stmati? Jekk iridu jsiru xi xogħlijiet, Infrastructure Malta se tipprovdi rotta alternattiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Infrastructure Malta ma tistax tibda tibni mill-ġdid it-triq indikata qabel entitajiet oħrajn konċernati jwettqu xogħlijiet separati li jeħtieġu jagħmlu sabiex isaħħu s-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi tagħhom taħt l-istess triq. Għalhekk, din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministeru konċernat.
San Pawl il-Baħar sal-Mellieħa — toroq alternattivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta għandhiex pjanijiet għal rotta alternattiva minn San Pawl il-Baħar sal-Mellieħa, dan għaliex minbarra Telgħat ix-Xemxija, kemm il-Manikata u l-Imbordin mhumiex mibnija għall-influss tat-traffiku li jeżisti bejn San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru responsabbli mit-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat proġett ta’ tisbiħ f’Dawret in-Nawfraġju Xemxija? Jekk hu l-każ, jista’ l-Ministru jara li t-taraġ perikoluż mit-triq sax-xatt jinbidel, kif ukoll il-bankina li hija perikoluża ħafna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nbeda l-proċess li għandu jwassal għal pjan ta’ riġenerazzjoni ħolistiku li ser janalizza d-diversi ħtiġijiet taż-żona ta’ Buġibba, San Pawl il-Baħar u l-Qawra, inkluż proġetti infrastrutturali.