Direttiva 2019/1158 – laqgħat mas-setturi privati u volontarji
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk hemmx aktar laqgħat previsti mas-setturi privati u volontarji dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1069. Nisħaq ukoll li l-Gvern jibqa’ dejjem kommess li jibqa’ fi djalogu kontinwu sabiex jassigura li id-drittijiet tal-ħaddiema jkomplu jittejbu, bl-istess mod kif dejjem għamilna matul dawn is-snin.
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex fil-fatt se jilħaq id-data tal-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, jiġifieri sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Awwissu ta’ din is-sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri marbuta ma’ din id-Direttiva kienu mħabbra u ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’ Lulju 2022 u bdew japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2022.
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mad-drittijiet stabbiliti fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, li bħala direttiva tistabbilixxi biss standard minimu komuni u li allura tippermetti Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jagħti drittijiet usa'?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħa ħsieb li ma jeskludi lill-ebda tip ta’ familja, kif ukoll estenda d-dritt tal-leave tal-paternità għall-ġenituri adottivi, u l-leave tal-ġenituri f’każ ta’ foster parents. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-Carers’ Leave kif traspost fil-liġi Maltija mhux marbut b’mod strett ma’ każ ta’ mard serju, iżda huwa aktar flessibbli minn dak mitlub mid-Direttiva Ewropea.
Direttiva 2019/1158 – ġranet ta’ leave għall-missiriijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mill-minimu ta’ għaxart ijiem leave għall-missirijiet, liema dritt huwa provdut fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentati 1070 u 1072.
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mill-minimu ta’ leave mħallas għall-ġenituri, liema dritt huwa provdut fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1070 u 1072.
Direttiva 2019/1158 – leave garantit lill-persuni li jindukraw
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mill-minimu ta’ ħamest ijiem leave garantit lill-persuni li jindukraw fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1070 u 1072.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 337 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw bejn l-2017 u l-2022? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 12787, 16259 u 17927 tal-leġiżlatura preċedenti, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għas-snin 2021 u 2022.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlametari 338 u tagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw bejn l-2017 u l-2022? Tista’ tgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Tista’ tgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar servizzi ta’ konsulenza mitluba tiġi ppubblikata kull sitt 6 xhur fuq il-gazzetta tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 339 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw bejn l-2017 u l-2022? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 339.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 340 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jagħti aġġornament ta’ x’valutazzjoni ta’ impatt sar, qiegħed isir, jew se jsir dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, liema direttiva għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Awwissu ta’ din is-sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li bħal f’kull każ ieħor, il-valutazzjoni ta’ impatt dwar it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva msemmija kien parti mill-proċess tal-implimentazzjoni u t-traspozizzjoni tal-istess Direttiva, skont il-proċeduri tal-Gvern.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – laqgħat u konsultazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet pertinenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jagħti lista ta’ laqgħat u konsultazzjonijiet li saru s’issa ma’ organizzazzjonijiet pertinenti, jiġifieri mas-soċjetà ċivili, ma’ assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema, u ma’ assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u ma’ kwalunkwe entità oħra interessata, dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern daħal f’sensiela ta’ laqgħat matul fix-xhur u s-snin li għaddew fil-fora relevanti, inkluż fil-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi u anke b’mod individwali ma’ rappreżentanti ta’ ħaddiema u ta’ min iħaddem, biex b’hekk seta’ jintlaħaq l-aħjar bilanċ bejn iż-żewġ partijiet.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 330 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenzi mħallsin s’issa mill-Ministeru huma kif jidhru fit-tabella segwenti.
Ministeru
SENA
ISEM TAL-KONSULENT/I/KUMPANIJA
TIP TA’ SERVIZZ/KONSULENZA
ĦLAS €
2020
IDEA Advisory Limited
Project Management Services icw the implementation of Agriculture Bioresources Agency's strategy
39332.94
Kirsten Cutajar Miller
Proposal for setting up a New Agency for the Marketing of Agriculture and Fisheries Produce
9650
IDEA Advisory Limited
Proposal for the review of the Operations of the Governance of Agriculture Biorescources Agency
9800
2021
IDEA Advisory Limited
Provision of Project Management Services for the Implementation of Governance of Agriculture Biorescources Agency's Strategy
80899.5
Mr Antoine Dallli
Advice and Support regarding Blue Fin Tuna rely to EU Commission
500
RSM
Audit Re Controls Related to the Farming of Blue Fin Tuna
9000
2022
IDEA Advisory Limited
Project Management Services the implementation of Agriculture Bioresources Agency's strategy
39332.94
EMCS Ltd
Economic and Business Analysis of the Food Security Problem Triggered by the War in Ukraine
9350
Ernst & Young Parthenon
Advisory Services on Food Security and Economic and Sustainability
135000
KSi Malta
Riforma għat-Trattament Xieraq tal-Annimali
€85/siegħa sa 50 siegħa
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 331 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 331.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — konsulenzi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 333 u tagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Tista’ tgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Tista’ tgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda konsulenzi mħallsin s’issa f’din il-leġiżlatura minn dan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 335 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar servizzi ta’ konsulenza mitluba tiġi ppubblikata kull sitt 6 xhur fuq il-gazzetta tal-Gvern.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 336 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 963.
San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija – CCTV
Question
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-Kamra jekk hemmx xi proġett pilota jew mod ieħor għal CCTV fil-lokalitajiet ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u x-Xemxija peress li dawn il-lokalitajiet bħalissa għandhom l-ogħla ammont ta' kriminalità u vandaliżmu fil-pajjiż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-aġenzija LESA għamlet ftehim mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali f'isem il-Kunsilli Lokali u l-lokalitajiet li jirrappreżentaw li permezz tiegħu jitqassmu €3 miljun fuq tliet snin għal proġetti li jinkludu l-oqsma tas-sigurtà u oqsma oħra bħall-ambjent u t-trasport. Kien hemm diversi Kunsilli li applikaw sabiex fil-lokalità tagħhom isir proġett ta' CCTV’S u dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati. Infurmat li ma kienx hemm talbiet simili mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-Kamra jekk humiex qed isiru rondi regolari fix-Xemxija? Jekk dawn ikunu ugwali għal dawk fiż-żona u l-lokalitajiet tal-madwar, jista’ jgħid kemm kien hemm reati fix-Xemxija bejn l-2020-2021? Jista’ jgħid x'inhi r-rata ta' suċċess biex jiġu solvuti dawn ir-reati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 858.