Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 376, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 377, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Trasport Pubbliku — Rotot Mill-Mellieħa/San Pawl il-Baħar għall-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi tibdil fir-rotot tat-trasport pubbliku mill-Mellieħa/San Pawl il-Baħar sal-Isptar Mater Dei, peress li mhux qed jissodisfaw il-bżonnijiet tal-pubbliku ġenerali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lokalità tal-Mellieħa hija servuta b’żewġ rotot lejn l-Isptar Mater Dei. Dawn huma r-rotta 250 kif ukoll ir-rotta X1. Iż-żewg rotot joperaw bi frekwenza ta’ kull siegħa.
Fir-rigward ta’ San Pawl il-Baħar hemm ippjanat li sa Jannar tas-sena 2023 ha jkun hemm żieda fir rotot 41 u 42 (Ċirkewwa lejn il-Belt – Valletta ). Hu maħsub li b'din iż-żieda din il-problema tiġi solvuta.
Se nkunu qegħdin nieħdu nota tas-suġġeriment għal aktar evalwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux isir bini mill-ġdid tat-triq jew xogħlijiet ta’ resurfacing fi Triq l-Imrejkba, Buġibba? Jekk iva, meta u f’liema perjodi ta' żmien mistennija jibdew ix-xogħlijiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 108.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 364 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ , ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 363 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 355 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar – stallazzjoni ta’ sinjal “no dogs allowed” fix-Xemxija
Question
Jista' l-Ministru jikkwota liema liġi jew byelaw ippermetta lill-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar jinstalla sinjal “no dogs allowed” fix-Xemxija fi spazju miftuħ faċċata tal-baħar fit-Triq Xemxija Hill (eżatt qabel ir-restaurant Beacheaven; ritratti mehmuża)?
Jista' l-Ministru, li għandu l-awtorità li jiżgura li d-drittijiet tal-annimali u tas-sidien tagħhom ikunu mħarsa, jgħid jekk din it-tabella hijiex diskriminatorja kontra l-annimali u sidien tagħhom la huwa post pubbliku?
Response
Ninsab infurmat li t-tabella 'no dogs allowed' il-Kunsill mhux infurmat dwarha. Peress li tali tabella mhix waħda regolata bir-regolamenti tas-sinjali ta’ Transport Malta, il-Kunsill ser jiġi direzzjonat sabiex it-tabella tinqala’.
Fil-fehema tiegħi bħala Ministru responsabbli mid-drittijiet tal-annimali, inħoss li m’għandux ikun hemm restrizzjonijiet oltre minn dawk li jirrigwardaw is-saħħa pubblika.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlametari 342 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Chairpersons ta' Bordijiet - Spiża fuq Safar, mobiles u fuel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 350 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Chairpersons ta' Bordijiet - Spiża fuq Safar, mobiles u fuel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 353 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jien resposabbli, mhumiex intitolati u għaldaqstant ma jsiru l-ebda spejjeż ta’ safar, mowbajls u fjuwil.
Ministeru għas-Saħħa — Chairpersons ta' Bordijiet - Spiża fuq Safar, Mobiles u Fuel
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 349, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet kollha relatati mal-Ministeru għas-Saħħa u li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet kollha relatati mal-Ministeru għas-Saħħa.
Aġenzija ġdida li tinvestiga l-ajru, il-baħar u l-inċidenti tat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-aġenzija l-ġdida mwiegħda li tinvestiga l-ajru, il-baħar u l-inċidenti tat-toroq ġietx komposta minn unità TSIA mwiegħda fl-2020? Jekk le, jista' jispjega għaliex? Meta se tkun komposta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entità l-ġdida li tinvestiga inċidenti u aċċidenti tal-ajru, baħar u toroq, qiegħda fil-proċess li tiġi mwaqqfa. L-entità l-ġdida hija mistennija li taħdem separatament, imma fil-qrib mal-Pulizija, u mal-ġudikatura fejn u meta tinfetaħ inkjesta maġisterjali. Allura, dan irrikjeda proċess tekniku u delikat biex jiġi aċċertat li l-ebda investigazzjoni ma xxekkell u/jew tikkomprometti lil oħra. Il-proċess kien jinkludi wkoll l-abbozzar ta’ liġijiet ġodda imma wkoll abbozzar t’emendi f’numru ta’ liġijiet eżistenti, wara sensiela ta’ laqgħat li saru, u għadhom qed isiru mal-awtoritajiet ikkonċernati.
Il-pjan huwa li l-entità l-ġdida titwaqqaf sa November 2023.
Direttiva 2019/1158 – interazzjoni ta’ leave eżistenti
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jaġġorna lill-Kamra bl-istudji li saru, jew li qegħdin jitħejjew bħalissa, jew li se jsiru dwar l-interazzjoni ta’ leave eżistenti flimkien mat-tipi differenti ta’ leave previsti fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, liema studju l-Gvern huwa obbligat li jehmeż ma’ rapport lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 182(a) tal-istess Direttiva?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Artikolu 18(2)(a) u l-istudju li jagħmel referenza għalih huwa parti minn eżerċizzju ta’ reporting li l-Istati Membri jridu jikkomunikaw mal-Kummissjoni Ewropea sat-2 ta’ Awwissu tal-2027 u li għandu jinkludi informazzjoni dwar ‘take-up’ tal-leave. Dan ifisser li f’dan l-istadju huwa prematur li wieħed jgħaddi din l-informazzjoni, ġaladarba d-drittijiet il-ġodda daħlu fis-seħħ mit-2 ta’ Awwissu li għadda.
Direttiva 2019/1158 – leave relatat mal-familja lil persuni li jaħdmu għal rashom
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jaġġorna lill-Kamra bl-istudji li saru, jew li qegħdin jitħejjew bħalissa, jew li se jsiru dwar il-leave relatat mal-familja li jingħataw lill-persuni li jaħdmu għal rashom, liema studju l-Gvern huwa obbligat jehmeż ma’ rapport lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 182(b) tad-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn qed ikun hemm dewmien esaġerat jekk xi ħadd iċempel Transport Malta mhux bħala Customer Care, iżda sabiex ikellem xi uffiċjal responsabbli minn xi materjal partikolari fi ħdan l-istess awtorità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali tal-Awtorità ta' Transport jagħtu importanza lill-klijenti u jagħmlu l-almu tagħhom biex jassistu lill-pubbliku bl-aktar mod effiċjenti u fl-inqas żmien possibbli.
Transport Malta – Ħaddiema f’pożizzjoni għolja mingħajr esperjenza
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif hemm nies f'diversi pożizzjoni għolja ma’ Transport Malta illi m’għandhomx l-esperjenza u l-kompetenza f’dak il-qasam partikolari illi mbagħad jirriżulta f’backlog enormi u dewmien straordinarju, tant illi jħalli ħafna klijenti fis-settur frustrati sabiex jinqdew kif tabilħaqq huwa dritt sagrosant tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema pożizzjonijiet għolja qed jirreferi.
Settur Marittimu – reġistrazzjoni ta’ yachts u super yachts – sistema ta’ tassazzjoni ġdida
Question
Jista’ l-Ministru jgħid is-sistema ta’ tassazzjoni ġdida, li qiegħda tiġi proposta u li se tidħol fis-seħħ fl-2025, kif se taffettwa s-settur marittimu b’mod speċjali r-reġistrazzjoni tal-yachts u s-super yachts?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fuq livell politiku, dan il-Ministeru se jkompli jara li bħala ġurisdizzjoni li dejjem kienet minn ta’ quddiem biex taddatta u tilqa' għal realtajiet ġodda ġaladarba u meta dawn jiġu implimentati f’kuntest wiesa' u globali, Malta tibqa kompetittiva u tikkonsolida dak miksub diġà fuq livell internazzjonali.
B’hekk, numru ta’ diskussjonijiet interni qed isiru u oħrajn esterni huma ppjanati mal-industrija biex jiġu identifikati l-opportunitajiet u r-riskji li jista’ jkun hemm jekk u meta jidħlu fis-seħħ sistemi ġodda. Dan b’konsultazzjoni sħiħa mal-Ministeru għall-Finanzi.
Ninforma lil Onor. Interpellant li domandi dwar introduzzjoni u bidliet ta’ sistemi tat-tassazzjoni għandhom jiġu rreferuti għall-Ministru kkonċernat.