Diretturi, Konsulenti jew impjegati oħra li qegħdin ingaġġati mal-Malta MedAir u Air Malta
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx diretturi, konsulenti jew impjegati oħra li qegħdin mal-Malta MedAir u fl-istess ħin huma wkoll impjegati mal-Air Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm żewġ persuni illi jipprovdu xi xogħol lill-Malta MedAir u lill-Air Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi intenzjoni li l-konfederazzjoni tal-għaqdiet issir Union reġistrata? Jekk le għaliex u jekk iva meta?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill Onor. Interpellant li l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali jistipula li trade unions ikunu reġistrati. L-Att ma jikkontemplax li konfederazzjonijiet ta’ trade unions ikunu reġistrati. Wieħed irrid jinnota wkoll li dawn il-konfederazzjonijiet ikunu magħmula minn trade unions li huma nnifishom ikunu reġistrati skont l-Att.
Professjoni tal-Counselling – elenku ta’ professjonijiet komplimentari
Question
Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom il-Professjoni tal-‘Counselling’ tħalliet barra mill-elenku ta’ professjonijiet komplimentari għal dik tal-mediċina, peress li din is-sitwazzjoni qed tpoġġi lill-professjonisti inkwistjoni f’qagħda li ma tikkumparax ma’ oħrajn li jagħmlu xogħol simili u għalhekk huma obbligati li joħorġu rċevuta tal-VAT għax-xogħol tagħhom?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-counsellors mhumiex meqjusa bħala professjoni ta' mediku u jkunu eżenti għall-VAT bħalma huma l-Psikologi u l-psikoterapisti li qed jagħmlu l-istess xogħol? X'se jagħmel biex isolvi dan, issa li sar konxju minnu, speċjalment meta l-counsellors kienu parti mil-lista tal-Istrateġija tas-Saħħa Mentali għal Malta 2022?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-counsellors mhumiex meqjusa bħala professjoni ta' mediku u jkunu eżenti għall-VAT bħalma huma l-Psikologi u l-psikoterapisti li qed jagħmlu l-istess xogħol? X'se jagħmel biex isolvi dan, issa li sar konxju minnu, speċjalment meta l-counsellors kienu parti mil-lista tal-Istrateġija tas-Saħħa Mentali għal Malta 2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Waqt li għall-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema Councellors qed jirreferi, rigward il-parti dwar it-taxxa nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 1837.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 400 u jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettiv tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 405 u jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettiv tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — CEOs
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 407 u jagħti n-numru ta' CEOs li huma impjegati mill-Gvern li jaqgħu taħt id-dekasteru rispettiv tal-Ministeru tiegħu u fejn huma impjegati? Jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu żewġ CEOs kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 410, peress li t-tweġiba ma tindikax l-ammont ta' kadetti ġodda ingaġġati, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati kadetti ġodda mal-Korp tal-Pulizija bejn l-2017 u d-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar in-numru ta’ kadetti li ġew ingaġġati bħala fizzjali fil-korp, diġà ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 410 li kienet tinkludi dawk li ġew ingaġġati meta kienu diġà membri fil-korp, kif ukoll dawk il-persuni li ġew ingaġġati ġodda minn barra l-korp. Jekk l-Onor. Membru qed jirreferi għar-rekluti, ċjoè dawk il-persuni li applikaw biex ikunu ingaġġati fir-rank ta’ kuntistabbli fil-korp wara s-soliti sejħiet pubbliċi għall-ingaġġ, l-ammont għall-istess perjodu, huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena
Numru ta’ rekluti ingaġġati bħala
kuntistabbli tal-pulizija bi prova
2017
97
2018
77
2019
56
2020
44
2021
106
Total
380
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — CEOs
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 392, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u ċjoè jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv qed jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk art fiż-żona magħrufa bħala Borġ in-Nadur ġietx mixtrija minn Heritage Malta u jekk iva x'kien il-prezz imħallas? Jista’ jgħid jekk dan hux skont ir-rekwiżiti tal-procurement stipulati mil-liġi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li tali akkwist sar skont ir-regolamenti viġenti.
Mill-bqija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għal PQ 2360.
Bajja tal-Mistra – stallazzjoni ta’ traffic lights fid-dħul u l-ħruġ tal-bajja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk humiex ser jiġu installati traffic lights biex jiffaċilitaw id-dħul u l-ħruġ fil-Bajja tal-Mistra? Jekk iva meta, u jekk le x’soluzzjonijiet għandu l-Ministru għal din is-sitwazzjoni perikoluża?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jiġu installati traffic lights fil-post indikat u qed nikkomunikaw ma’ Infrastructure Malta biex tiġi stabbilita data għal din l-installazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir azzjoni korrettiva fi Triq il-Wied ta’ Ruman fil-Mellieħa fejn it-tarmak niżel drastikament? Jista’ jikkonferma jekk dan jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew Transport Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se ssir azzjoni korrettiva fi Triq il-Wied ta’ Ruman fil-Mellieħa fejn it-tarmak niżel drastikament? Tista’ tikkonferma jekk dan jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew Transport Malta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li kwalunkwe ħsara li jista’ hemm ma ġietx ikkawżata minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.
Kwalunkwe mistoqsija dwar azzjoni korrettiva potenzjali trid tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-counsellors mhumiex meqjusa bħala professjoni ta' mediku u jkunu eżenti għall-VAT bħalma huma l-Psikologi u l-psikoterapisti li qed jagħmlu l-istess xogħol? X'se jagħmel biex isolvi dan, issa li sar konxju minnu, speċjalment meta l-counsellors kienu parti mil-lista tal-Istrateġija tas-Saħħa Mentali għal Malta 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ counselling mhuwiex awtomatikament meqjus li jkun eżenti mill-VAT, għaliex dan mhuwiex servizz li f’kull ċirkustanza jitqies bħala servizz mediku. Dan skont id-Direttiva Ewropea tal-VAT u l-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea. Madankollu, il-Gvern ser ikompli jistħarreġ din il-kwistjoni kif xieraq, fid-dawl tal-iżviluppi li qed iseħħu f’dan il-qasam, bħalma għamel b’servizzi relatati.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 372, jista' l-Prim Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 45 ħaddiem li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 373, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tal-impjegati msemmija minnu, id-Dipartiment tas-Saħħa, permezz tac-CPSU (Central Procurement and Supplies Unit) jagħti kuntratti abbażi tas-sigħat ta’ xogħol mixtieqa u mhux ta’ ħaddiema individwali.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 374, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (BONNICI, OWEN)
B’referenza għad-domanda tal-Onor. Interpellant, infurmat li hemm tmien ħaddiema mqabbda ma' kuntrattur.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 375, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ għamel użu minn dawn is-servizzi ta’ hawn taħt. Ir-rata li l-Ministeru jħallas lill-kuntrattur hija skont dik kif inkluża fl-offerta tal-kuntrattur/i fis-sejħa tal-offerti.
Pożizzjoni
Numru ta’ Impjegati sa l-aħħar ta’ Settembru 2022
Ħlas kull siegħa li l-Ministeru iħallas lill-Kuntrattur
Ħlas minimu li il-Kuntrattur obligat jagħti lil Impjegat skont Ċirkulari tal-Kuntratti 21/2021
Gwardjan tas-Sigurtà
5
€9.99
€7.08
Assistent Skrivan
4
€8.63
€6.09
Skrivan
2
€9.99
€7.08
Skrivan Ogħla
3
€11.41
€8.11
Cleaners (Uffiċċji)
6
€ 7.37
€ 5.17