Pjazza tal-Mellieħa — proġett ta' tisbiħ - aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' tisbiħ tal-Pjazza tal-Mellieħa hux se jkollu aċċessibiltà għall-persuni b'diżabilità, partikolarment dawk f'siġġu tar-roti għall-partijiet kollha tal-Pjazza? Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux ser tiġi istallata pjattaforma tas-siġġu tar-roti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar sal-Mellieħa — Toroq Alternattivi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 660, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx pjanijiet għal rotta alternattiva minn San Pawl il-Baħar sal-Mellieħa, dan għaliex minbarra Telgħat ix-Xemxija, kemm il-Manikata u l-Imbordin mhumiex mibnija għall-influss tat-traffiku li jeżisti bejn San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita tal-Ippjanar m'għandha ebda applikazzjoni f'dan ir-rigward.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 658, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull tip ta' rmiġġ f'kull port ta' Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proċess tal-permessi tal-irmiġġi hemm żewġ stadji. L-ewwel tiġi sottomessa applikazzjoni mill-individwu għal Irmiġġ u wara, jekk dan jiġi approvat wara l-verifiki neċessarji, joħroġ l-Irmiġġ Temporanju (Temporary Mooring Permit – TMP). Temporanju għaliex dan il-permess mhuwiex wieħed permanenti iżda joħroġ għal perjodu ta’ sena, u jiġi mġedded kull sena. L-ebda permess Temporanju ma jitneħħa sakemm jitħallas it-tiġdid jew sakemm l-individwu ma jikser l-ebda kundizzjoni tal-permess jew xi regolamenti relatati.
Il-proċess tal-applikazzjoni (l-ewwel stadju) u tal-ħruġ tal-Irmiġġ Temporanju (it-tieni stadju) japplika għal kull żona u f’kull port ta’ Malta u Għawdex, kemm għall-irmiġġi poppa l-art mal-mollijiet, dawk li bl-ingliz jissejħu stern-to moorings kif ukoll għall-irmiġġi fuq mazri fil-baħar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 657, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti n-numru ta’ tilwim li nstemgħu fit-Tribunal Industrijali bejn l-2017 u l-2022 u kemm damu biex jinqatgħu? Jista' jagħti l-medja ta' żmien biex każ jiġi finalizzat fit-Tribunal Industrijali?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat kif ġej:
Tilwimiet fit-Tribunal Industrijali.
Mill-2017 sal-10 ta’ Ottubru 2022 daħlu 12-il Tilwima.
2017
4
3 deċiżi u waħda ċeduta
2018
1
Abbandunata
2019
3
1 irtirata, 1 deċiża u 1 sine die
2020
1
Pendenti
2021
1
Pendenti
2022
2
Pendenti
Medja tilwima tieħu mat-tliet (3) snin sabiex tiġi deċiża.
Laqgħat ta’ Konċiljazzjoni
Sena
Numru ta’ Laqghat
Intalaħaq Ftehim bejn il-partijiet
2017
25
19
2018
35
26
2019
40
32
2020
64
55
2021
35
31
2022 (sal- 10 ta’ Ottubru)
27
20
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1532, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta' sigħat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' sigħat tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1535 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 376, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru tal-ħaddiema mal-kuntrattur huwa ta’ 34.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 419 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk/meta tinħareġ tender għal-lukanda Selmun Palace dan jinkludix il-Palazz ukoll? L-offerent rebbieħ ikollu kontroll sħiħ u aċċess għall-Palazz? L-offerent rebbieħ se jkun responsabbli li jara li l-palazz ikun mantained bi spejjeż tagħhom mingħajr ma jkollu aċċess għaliha jew il-Gvern ta' Malta jibqa' responsabbli mill-manutenzjoni tal-palazz?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 419 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk/meta tinħareġ tender għal-lukanda Selmun Palace dan jinkludix il-Palazz ukoll? L-offerent rebbieħ ikollu kontroll sħiħ u aċċess għall-Palazz? L-offerent rebbieħ se jkun responsabbli li jara li l-palazz ikun mantained bi spejjeż tagħhom mingħajr ma jkollu aċċess għaliha jew il-Gvern ta' Malta jibqa' responsabbli mill-manutenzjoni tal-palazz?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 427, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid il-working complement għall-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u ċjoè x'inhu l-ammont ta' ħaddiema li jagħmlu spezzjonijiet bejn l-2013 u sad-data li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jagħmel referenza għal mistoqsijiet parlamentari 2225 u 2226 għal figuri relatati ma’ spezzjonijiet u penali fejn hu l-każ, din hija l-lista tal-uffiċjali inkarigati kif mitlub.
Sena
Numru ta’ uffiċjali
2013
13
2014
11
2015
13
2016
15
2017
17
2018
15
2019
13
2020
13
2021
13
Sal-31.10.22
12
Minkejja li n-numru ta’ ħaddiema baqa’ prattikament l-istess, dan mhux rifless fl-ammont ta’ spezzjonijiet li żdied b’mod konsiderevoli kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2225.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 428, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u kemm spezzjonijiet irriżultaw fi proċeduri li rriżultaw li r-regolamenti ma ġewx osservati bejn l-2017 u l-2021?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Fil-perjodu msemmi, l-OHSA wettqet is-segwenti spezzjonijiet li wasslu għall-ħruġ ta diversi multi u t-teħid ta’ kawżi ġudizzjarji.
Sena20172018201920202021
Numru ta’ spezzjonijiet30123738351149474159
Multi maħruġa539591354372780
Valur tal-multi maħruġa (€)175,000197,650159,000140,500297,750
Prosekuzzjonijiet mibdija176206970164
Numru approssimattiv ta’ spezzjonijiet li wasslu għal proċeduri *7157974513721316
* In-numru huwa approssimattiv għax jista jkun hemm spezzjonijiet li wasslu biex jinħarġu iktar minn multa waħda.
Penali fuq ksur ta' regolamenti ta' saħħa u sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 429, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti l-lista tal-penali u r-regolamenti miksura għal dawk li ma osservawx ir-regolamenti tas-saħħa u s-sigurtà fil-perjodu bejn l-2017 sal-2021?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
2017
2018
2019
2020
2021
Każijiet mibdija mill-OHSA quddiem il-Qorti tal-Maġistrati
176
206
97
0
164
Penali maħruġa mill-OHSA
539
591
354
372
780
Total ta’ multi maħruġa mill-OHSA (€)
175,000
197,650
159,000
140,500
297,750
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 430, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti l-lista tal-imwiet fuq il-post tax-xogħol u s-settur fejn dawn ġew ikkawżati, kif ukoll il-korrimenti fuq il-post tax-xogħol u s-settur fejn dawn ġew ikkawżati fil-perjodu bejn l-2017 u d-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Fil-perjodu msemmi seħħew is-segwenti mwiet fuq ix-xogħol:
Sena
Numru ta’ fatalitajiet
Settur
2017
1
1 Kostruzzjoni
2018
4
4 Kostruzzjoni
2019
3
3 Kostruzzjoni
2020
8
4 Kostruzzjoni,
2 Trasport u ġarr,
1 Manifattura,
1 Inċident waqt sewqan ta’ vettura fit-triq.
2021
9
8 Kostruzzjoni,
1 Servizzi
2022
13
6 Kostruzzjoni,
1 Immaniġġjar ta’ skart,
2 Servizzi,
1 Trasport u ġarr,
3 Inċident waqt sewqan ta’ vettura fit-triq
Informazzjoni dwar korrimenti u s-settur fejn seħħew tinġabar mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u mhux mill-OHSA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem kien impjegat bħala għalliem full-time bil-formola tal-Gvern 2017 sad-data li din il-mistoqsija parlamentari tiġi mwieġba u kemm telqu fl-istess żmien?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bejn l-2017 u l-2022 daħlu 1079 għalliem ġdid, filwaqt li rtiraw/irriżenjaw/spiċċalhom il-kuntratt total ta’ 636 għalliem.
Jista' l-Ministru jelenka l-istakeholders u/jew NGOs li ġew ikkonsultati għall-pjan ta' Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir ta' 76 paġna? Dawn kienu jinkludu xi wħud mill-istakeholders preżenti li qed jokkupaw il-port?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 415, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma bil-complement tal-personnel f'kull grade li hemm fis-swali tal-Isptar Mater Dei fid-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista tal- complement tal-personnel mitluba minnu.
Infermiera, qwiebel u carers — medja ta' sigħat ta' ħidma
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 417, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-medja tas-sigħat maħduma mill-infermiera, qwiebel u carers tal-isptarijiet kollha sena b'sena bejn l-2013 u l-2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed impoggi fuq il-mejda tal-kamra lista ta medja tas-sigħat maħduma mill-infermiera, qwiebel u carers tal-isptarijiet kollha skont ma talab hu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 419 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk/meta jinħareġ tender għal-lukanda Selmun Palace dan jinkludix il-Palazz ukoll? L-offerent rebbieħ ikollu kontroll sħiħ u aċċess għall-Palazz? L-offerent rebbieħ se jkun responsabbli li jara li l-palazz ikun mantained bi spejjeż tagħhom mingħajr ma jkollu aċċess għalih jew il-Gvern ta' Malta jibqa' responsabbli mill-manutenzjoni tal-palazz?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li l-proċess rigward il-Lukanda Selmun Palace għadu għaddej.
Professjoni tal-Counselling – elenku ta’ professjonijiet komplimentari
Question
Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom il-Professjoni tal-‘Counselling’ tħalliet barra mill-elenku ta’ professjonijiet komplimentari għal dik tal-mediċina, peress li din is-sitwazzjoni qed tpoġġi lill-professjonisti inkwistjoni f’qagħda li ma tikkumparax ma’ oħrajn li jagħmlu xogħol simili u għalhekk huma obbligati li joħorġu rċevuta tal-VAT għax-xogħol tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1837.
Professjoni tal-Counselling – elenku ta’ professjonijiet komplimentari
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti iktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom il-Professjoni tal-‘Counselling’ tħalliet barra mill-elenku ta’ professjonijiet komplimentari għal dik tal-mediċina, peress li din is-sitwazzjoni qed tpoġġi lill-professjonisti inkwistjoni f’qagħda li ma tikkumparax ma’ oħrajn li jagħmlu xogħol simili u għalhekk huma obbligati li joħorġu rċevuta tal-VAT għax-xogħol tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1837 u numru 1839.