Legislature:
Category:
Reset
Active:

NSO — Ħaddiema li jaqilgħu paga medja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-catering, inklużi ristoranti u lukandi li jaqilgħu aktar mill-paga medja skont l-aħħar statistika li ħarġet mill-NSO?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Is-salarju inħadem abbazi tal-basic salary annuali ( average annual basic salary ). L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances . In-numru ta’ impjegati li jaħdmu fis-settur tal-catering, inkluzi ristoranti u lukandi u li jaqilgħu aktar mill-paga medja fl-ewwel 9 xhur ta’ sena 2022 hu ta’ 2,367 persuna. Din tinkludi kemm impjegati li jaħdmu full-time u anke part-time jew full-time with reduced hours. Din l-informazzjoni mhix disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom.

Ħaddiema taċ-Ċivil – vacation leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li hemm 225 ħaddiem taċ-Ċivil fid-dekasteru tal-Prim Ministru li għad għandhom vacation leave li ma kienx ġie użat sat-tmiem id-data tal-vacation leave.

Armata – Raba’ Bord tal-Inġustizzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Raba’ Bord tal-Inġustizzja li sar fi ħdan l-Armata ġiex konkluż? Meta beda dan u jekk mhux konkluż meta mistenni jiġi ffinalizzat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Gvern huwa kommess li jkompli jsewwi inġustizzji ta' Gvern preċedenti. Ġew magħluqa tlett bordijiet ta' inġustizzji, u meta jkun konkluż ir-raba’ bord kulħadd ikun infurmat.

FTS – spejjez tal-operat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-ispejjeż tal-operat tal-FTS, jiġifieri kemm qed tħallas il-fondazzjoni għall-operat tagħha, kif ukoll kemm trid tħallas lill-banek?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tkun ippublikata fir-Rapport Annwali.

Marine Environment – data relatata mal-ambjent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’data dwar l-ambjent tal-baħar, Marine Environment, għandu l-gvern? Minn fejn inġabret id-data? Jista' jipprovdi d-data relatata mal-ambjent marittimu lill-Parlament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4984 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Air Malta – ħlas għas-servizzi ġodda ta’ ground handling

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed tħallas l-Air Malta għal servizzi ġodda ta' ground handling Aviation Services Handling Services Limited?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-servizz il-ġdid ta’ ground handling li qed jiġi provvdut minn Aviation Services Handling Services Limited fl-ajruport ta’ Malta, l-Air Malta qiegħda tħallas il-prezz tas-suq li huwa komparabbli ma dak li l-Air Malta tħallas f’ajruporti oħra fl-Ewropa, u huwa inqas minn dak li l-Air Malta kienet qiegħda tħallas meta is-servizz tal-ground handling kien qiegħed jingħata in-house.

Air Malta – impjegati jew maniġer li huma azzjonisti fil-kumpanija ġdida tal-ground handling tal-Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk xi impjegat jew maniġer tal-Air Malta huwiex azzjonist tal-kumpanija l-ġdida tal-ground handling fl-Air Malta "Aviation Services Handling Services Limited"?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoil Interpellant illi ma hemm l-ebda impjegat jew maniġer tal-Air Malta li huwa azzjonist tal-kumpanija l-ġdida tal-ground handling Aviation Services Handling Services Limited.

Air Malta – shareholders li huma impjegati mal-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx shareholders li huma impjegati mal-Air Malta fi ħdan il-kumpanija Aviation Services Handling Services Limited li tipprovdi ground handling lill-Air Malta li qed jibbenefikaw finanzjarjament minn profitti li tagħmel din il-kumpanija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellan illi ma hemm l-ebda shareholders li huma impjegati mal-Air Malta fi ħdan il-kumpanija Aviation Services Handling Services Limited, li tipprovdi ground handling lill-Air Malta, u li qed jibbenefikaw finanzjarjament minn profitti li tagħmel din il-kumpanija

Air Malta Aviation Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investiti flus fil-kumpanija Air Malta Aviation Services mwaqqfa minn ex Ministruli d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament? Jista' jagħti rendikont dettaljat fejn dawn il-fondi kienu użati u għal xiex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’din il-kumpanija ġew investiti 5.02 miljun.

Air Malta Aviation Services – investigazzjoni għal użu ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed issir investigazzjoni b’rabta mal-użu ta’ fondi użati għall-kumpanija Air Malta Aviation Services? Jista’ jgħid jekk ingħatax lill-Kummissarju tal-Pulizija għal aktar investigazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda investigazzjoni b’rabta mal-uzu ta’ fondi uzati għall-kumpanija Airmalta Aviation Services.

Ħaddiema ta’ Platform

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema impjegati bħala ħaddiema tal-platform f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma ta' nazzjonalità Maltija? Kemm huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi? Kemm huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma jkollhiex informazzjoni ta’ kemm hawn ħaddiema li joffru servizz/xogħol fuq pjattaforma diġitali (platform) f'Malta u Għawdex.

Negozji b’tender mal-Gvern – impjegati — transfers

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid x’azzjoni qed issir biex ikun żgurat li jekk ikun hemm trasferiment ta’ negozju b’tender tal-Gvern, l-impjegati kollha jiġu trasferiti bl-istess paga, kundizzjonijiet tax-xogħol u sinjorità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali jsegwi l-proċess ta’ kull trasferiment ta’ negozju li jiġi reġistrat mal-istess Dipartiment sabiex ikun żgurat li l-provedimenti kkontemplati fil-liġi li tirregola trasferiment ta’ negozju jiġu osservati u li l-kundizzjonijiet ta’ impjieg ma jiġux mittiefsa.

Impjegati – transfers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ebda impjegat ma ġie trasferit lill-employer ġdid bl-istess kundizzjonijiet jew xogħol minħabba trasferiment ta' negozju fir-rigward ta' xi tender tal-Gvern li biddel l-employer li rebaħ l-offerta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Impjegati – transfers

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jikkonferma li ebda impjegat ma ġie trasferit lill-employer ġdid bl-istess kundizzjonijiet jew xogħol minħabba trasferiment ta' negozju fir-rigward ta' xi tender tal-Gvern li biddel l-employer li rebaħ l-offerta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Liġi tax-Xogħol, Kap 452 tal-Liġijiet ta’ Malta tirregola Transferiment ta’ Negozju u tistipula li meta impjegat jiġi trasferit, dan għandu jiġi trasferit bl-istess kundizzjonijiet ta’ xogħol.

Ħaddiema impjegati fi strutturi governattivi u s-settur pubbliku — pagi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kull impjegat li jaħdem fi ħdan l-istrutturi governattivi u s-settur pubbliku u li jagħmel l-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, jitħallasx l-istess paga?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema impjegati fi strutturi governattivi u s-settur pubbliku — pagi

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk kull impjegat li jaħdem fi ħdan l-istrutturi governattivi u s-settur pubbliku u li jagħmel l-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, jitħallasx l-istess paga?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Airmalta Ground Handling – ħaddiema sekondatati u ħaddiema li rtiraw kmieni u volontarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati fl-Air Malta Ground Handling ġew issekondati, kemm ingħataw irtirar kmieni u kemm irtiraw volontarju? Jista' jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema mal-kumpanija l-ġdida tal-ground handling mqabbda mal-Air Malta u jekk dawn għandhomx jiżdiedu u b'kemm?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema fl-Air Malta Ground Handling li applikaw għall-Iskema ta’ Trasferiment tal-Impjegati Volontarji (VETS), li kienet tnediet f’Jannar 2022, kien ta’ 339. Minn dawn 159 ingħataw xogħol ieħor filwaqt li 180 ingħataw irtirar voluntarju kmieni. Il-kumpanija Aviation Services Handling Services Limited mistennija timpiega madwar 110 full-time employees (FTEs). M'hemm l-ebda eks ħaddiema tal-Air Malta Ground Handling li ġew impjegati minn Aviation Services Handling Services Limited.

Paga medja ta’ ċittadinita' pajjiżi terzi b’permezz tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-paga medja ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'permess tax-xogħol f'Malta llum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarriġ dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Is-salarju nħadem abbażi tal-basic salary annwali (average annual basic salary). L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances. Il-paga medja ta' ċittadini ta' pajjizi terzi, fl-ewwel 9 xhur tas-sena 2022 hi €18,290. Din tinkludi kemm impjegati li jaħdmu full-time u anke part-time jew full-time with reduced hours. Din l-informazzjoni mhix disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom.

Jobsplus – kuntratti tax-xogħol reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm reġistrati kuntratti tax-xogħol ma’ Jobsplus? Kemm hawn persuni reġistrati li jaħdmu bi qliegħ f’Malta u Għawdex illum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus ma tirreġistrax kuntratti tax-xogħol. Skont l-formoli tal-bidu tal-impjieg hawn taħt issib tabella li turi kemm kien hemm persuni reġistrati li jaħdmu fuq bażi ta’ full-time u part-time only f’Malta u Għawdex sal-aħħar ta’ Awwissu 2022. Full-Time Part-Time Only Total 255,141 35,884 291,025 L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Awwissu 2022.