Talba għal Morning u Evening Transport Supervision duties
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skola talbet żieda addizzjonali għal Morning u Evening Transport Supervision points u kemm-il darba l-Ministeru ċaħad dawn it-talbiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 46 skola li għamlu talba għal superviżjoni addizzjonali. Minn dawn 5 biss ma ġewx milqugħha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4945 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il abbuż sesswali bejn studenti ġie rrappurtat u investigat f’dawn l-aħħar sentejn fl-iskejjel tagħna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jeżisti s-servizz ta’ Child Safety Services (CSS) u kull kulleġġ għandu membru ta’ dan it-tim abbinat miegħu.
Meta jkun hemm allegat każ ta’ abbuż sesswali, il-kap tal-iskola jibgħat għac-CSS biex jiddiskutu dan il-każ. F’dawn il-każi jiġu msejħa kemm il-ġenituri tal-vitma u kif ukoll tal-aggressur, bil-possibbiltà li jsir referral liċ-Child Protection Services (CPS) fi ħdan l-FSWS. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 9 każi riferuti lic-CPS.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull xhar issir laqgħa bejn it-tim psikosoċjali tal-kulleġġi mas-social worker tac-CPS biex ikunu jistgħu jiddiskutu każijiet diffiċli jew dubjużi qabel ma tittieħed id-deċiżjoni li jsir referral lic-CPS.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4948 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm hu l-allowance ta’ First Aider fi skola diviża f’kull jum ta’ xogħol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-First Aider għandu allowance ta’ €300 għal kull sena skolastika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel bla servizz ta’ First Aider? Jista’ jikkwantifika kemm hemm studenti u għalliema għal kull skola fejn dan is-servizz ma jeżistix? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-ħlas ta’ first aider kuljum bit-taxxa maqtugħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 5123. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li kull skola għandha servizz ta’ first aider.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba ġiet approvata mill-Kapijiet tal-Iskejjel jew kapijiet tan-netwerk, biex studenti fl-iskejjel statali jieħdu s-servizz tal-infermiera fl-iskejjel għas-sena skolastika 2021/22 u għas-sena 2022/23?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena skolastika 2021/2022 saru 1911 talba filwaqt li matul din is-sena skolastika 2022/2023 s’issa saru 682 talba. Kull talba għall dawn is-servizzi ġiet approvata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li jitolbu lill-ġenituri biex jimlew health form ta’ wliedhom qabel jew wara li dawn jidħlu l-iskola? Mill-informazzjoni miksuba minn dawn il-health forms, jista’ jgħid kemm hemm studenti li għandhom kundizzjonijiet kroniċi, li jinkludu dijabete, asthma, allerġiji u oħrajn? Jekk tali informazzjoni ma tinġabarx, il-Ministru jħossu komdu li saħħet uliedna tista’ tkun fil-periklu u ħadd ma jaf x’għandu jagħmel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha tal-istat jiġbru l-informazzjoni neċessarja mingħand il-ġenituri jew kustodji tat-tfal. Tali nformazzjoni tinżamm privatament mill-iskejjel biex saħħet uliedna tkun protetta fil-post.
>Niġbed l-attenzjoni tall-Onor. Interpellant li wara li tinġabar l-informazzjoni neċessarja, tittieħed l-azzjoni neċessarja skond il-każ.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid x’kienet il-kariga tal-persuna li mexxiet l-inkjesta interna fl-iskola fejn sar l-abbuż sesswali f'Diċembru 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga tal-persuna li qed tmexxi l-inkjesta hija dik ta’ Direttur fis-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid meta se jiġi ppubblikat ir-rapport tal-inkjesta interna dwar il-każ ta’ abbużż sesswali f'Diċembru 2022, fil-Parlament?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq l-inkjesta għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2054, 3730, 4034, 4251, 4608, 4831, 4884 u 4921 u jgħid kemm sewa l-pjan kbir ta’ Riġenerazzjoni tal-Port? Jista’ jagħti l-istudji li ntużaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li l-Onor. Interpellant hu diġà fil-pussess tal-pjani għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-istudji kollha li saru b’konsegwenza, jien infurmat li dawn swew €345,000.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4943 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola għamlet fire drill fl-ewwel terminu skolastiku tas-sena 2022-23?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 48 skola għamlu fire drill fl-ewwel terminu skolastiku tas-sena 2022/23.
Skejjel li ma għandhomx servizz ta’ lift jew turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4944 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola m’għandhiex is-servizz tal-lift u turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mhux għall-iskola b’mod ġenerali iżda anke kull blokka fejn hu relevanti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
MCAST – Studenti li jirreġistraw u jiffinalizzaw studji fil-korsijiet Marittimi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jirreġistraw u jiffinalizzaw studji fil-korsijiet Marittimi fl-MCAST kull sena mill-2013-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Sena
Numru ta’ studenti reġistrati
Numru ta’ studenti li ffinalizzaw l-istudji
2013
47
12
2014
86
33
2015
77
28
2016
68
31
2017
78
40
2018
62
42
2019
48
37
2020
33
18
2021
58
31
2022
60
26
Proġett tal-Għadira – postijiet ta’ parkeġġ disponibbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet ta’ parkeġġ disponibbli qabel il-proġett tal-Għadira fi Triq il-Marfa u kemm se jkunu disponibbli fuq kompetizzjoni tal-proġett eskluż il-parkeġġ ġdid ħdejn il-lukanda tal-Bajja tal-Mellieħa?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara l-interventi li qed isiru fil-proġett ta’ Triq il-Marfa, preċiżament bejn ir-roundabout li tagħti għall-Armier u r-roundabout li tagħti għal ta’ Pennellu, ser ikun hemm infrastruttura li tippermetti spazji ta’ parkeġġi ippjanat mal-ġenb tat-triq man-naħa tar-ramla li ser ikunu iktar siguri. Dan ser isir permezz ta’ parkeġġi skont standards applikabli u bankini ġodda biex in-nies li jagħmlu użu mill-istess parkeġġi jaslu bil-pass b’ mod sigur għall-bajja jew għal destinazzjonijiet oħra fl-inħawi. Qabel il-proġett kien hemm linja kontinwa bajda li tħalli wisgħat varji ta’asfalt mal-ġenb tat-triq u uħud minnhom mingħajr konnessjonijiet ta’ bankini għan-nies, parkeġġi li ma kienux jilħqu standards applikabli. Għalhekk jista jiġi kkonfermat illi t-triq in kwistjoni ser ikollha parkeġġi ħafna iktar adekwati u fuq kollox iktar siguri għall-pubbliku li ser ikun qed jagħmel użu minnhom.
Proġett tal-Għadira – postijiet ta’ parkeġġ disponibbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet ta’ parkeġġ disponibbli qabel il-proġett tal-Għadira fi Triq il-Marfa u kemm se jkunu disponibbli fuq kompetizzjoni tal-proġett eskluż il-parkeġġ ġdid ħdejn il-lukanda tal-Bajja tal-Mellieħa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara l-interventi li qed isiru fil-proġett ta’ Triq il-Marfa, preċiżament bejn ir-roundabout li tagħti għall-Armier u r-roundabout li tagħti għal ta’ Pennellu, ser ikun hemm infrastruttura li tippermetti spazji ta’ parkeġġi ippjanat mal-ġenb tat-triq man-naħa tar-ramla li ser ikunu iktar siguri. Dan ser isir permezz ta’ parkeġġi skont standards applikabbli u bankini ġodda biex in-nies li jagħmlu użu mill-istess parkeġġi jaslu bil-pass b’mod sigur għall-bajja jew għal destinazzjonijiet oħra fl-inħawi.
Qabel il-proġett kien hemm linja kontinwa bajda li tħalli wisgħat varji ta’asfalt mal-ġenb tat-triq u uħud minnhom mingħajr konnessjonijiet ta’ bankini għan-nies, parkeġġi li ma kienux jilħqu standards applikabbli. Għalhekk jista’ jiġi kkonfermat illi t-triq in kwistjoni ser ikollha parkeġġi ħafna iktar adekwati u fuq kollox iktar siguri għall-pubbliku li ser ikun qed jagħmel użu minnhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet ta’ parkeġġ qabel il-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa u kemm għandhom jibqgħu wara li jitlesta l-proġett fil-pjazza stess?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' spazji ta' parkeġġ se jibqa l-istess.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet ta’ parkeġġ qabel il-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa u kemm għandhom jibqgħu wara li jitlesta l-proġett fil-pjazza stess?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' spazji ta' parkeġġ se jibqa’ l-istess.
Jista' l-Ministru tal-Finanzi jgħid kemm minn dawk li ntbagħtilhom ċekk ta' €150 għax jaqilgħu minn €20,000 gross fis-sena u f'ħinijiet atipiċi umani huma:
a. Maltin;
b. UE 3;
c. nazzjonalità oħra (TCN's)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitlubha tinsab fit-tabella t’ hawn taħt:
Nazzjonalita
persuni
Maltin
15,225
ue
2,532
Nazzjonalita’ oħra (TCNs)
6,859
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx master plan jekk tsunami jolqot lil Malta? Hemm master plan iddedikat għal kull parti tal-gżejjer Maltin inkluż Għawdex? Hemm pjan għal siti sensittivi bħal Powerstation, Port Ħieles, Tanking taż-Żejt, Reverse Osmosis u siti oħra COMAH? Jekk iva meta ġew aġġornati l-aħħar? Hemm żmien speċifiku meta dawn jeħtieġ li jiġu riveduti skont id-Direttiva SEVESO?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.