Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema mir-rekwiżiti legali minimi li ġejjin, skont il-L.S.452.116, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, huma inklużi, u liema mhumiex inklużi, fil-karta tal-paga (payslip) tal-Edukatur, sa Diċembru 2022 mill-Ministeru għall-Edukazzjoni:
1. l-isem tal-prinċipal;
2. l-isem tal-impjegat;
3. l-indirizz tal-prinċipal;
4. it-titolu tal-pożizzjoni tal-impjegat;
5. is-somma totali tal-pagi mħallsa;
6. il-breakdown tas-somma totali tal-pagi mħallsa;
7. il-perjodu li fir-rigward tiegħu l-kontenut tiegħu jirrelata;
8. in-numru ta’ sigħat normali maħduma;
9. in-numru ta’ sigħat imħallsa bħala overtime;
10. in-numru ta’ sigħat imħallsa b’rata speċjali;
11. in-numru ta’ sigħat ta’ leave annwali li ttieħdu;
12. il-bilanċ ta’ leave li jkun fadal;
13. il-pagi bażiċi riċevuti;
14. breakdown ta’ kwalunkwe bonuses u allowances;
15. kwalunkwe tnaqqis effettwat, inkluż kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali, taxxa u oħrajn?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dan ir-regolament ma japplikax għal impjegati tas-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid liema mir-rekwiżiti legali minimi li ġejjin, skont il-L.S. 452.116, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, huma inklużi, u liema mhumiex inklużi, fil-karta tal-paga (payslip) tal-Edukatur, sa Diċembru 2022 mill-Ministeru għall-Edukazzjoni:
1. l-isem tal-prinċipal;
2. l-isem tal-impjegat;
3. l-indirizz tal-prinċipal;
4. it-titolu tal-pożizzjoni tal-impjegat;
5. is-somma totali tal-pagi mħallsa;
6. il-breakdown tas-somma totali tal-pagi mħallsa;
7. il-perjodu li fir-rigward tiegħu l-kontenut tiegħu jirrelata;
8. in-numru ta’ sigħat normali maħduma;
9. in-numru ta’ sigħat imħallsa bħala overtime;
10. in-numru ta’ sigħat imħallsa b’rata speċjali;
11. in-numru ta’ sigħat ta’ leave annwali li ttieħdu;
12. il-bilanċ ta’ leave li jkun fadal;
13. il-pagi bażiċi riċevuti;
14. breakdown ta’ kwalunkwe bonuses u allowances; u
15. kwalunkwe tnaqqis effettwat, inkluż kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali, taxxa u oħrajn?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura u l-perjodu ta' żmien segwit mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) f'każijiet fejn ikun ġie rrapportat att ta' diskriminazzjoni, għal kull każ separatament, meta ssir taf bihom? Jista’ l-Prim Ministru, jekk jogħġbu, jipprovdi fit-tweġiba tqassim f'tabella skont it-tip ta' diskriminazzjoni, azzjoni meħuda kif ukoll riżultat finali għal kull sena bejn l-2013 u l-2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Skejjel statali – studenti li jużaw it-trasport offrut mill-istat b’xejn
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5131 u jgħid kemm hi l-popolazzjoni tal-istudenti f’kull skola statali u kemm minnhom imorru l-iskola bit-trasport offrut mill-istat b’xejn, maqsuma skola skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5133 u ċjoè: Fid-dawl li fl-iskola fejn sar l-abbuż sesswali fuq studenta, il-Ministeru għall-Edukazzjoni żied tliet Morning Supervision points, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li l-Ministeru qiegħed jammetti li ma pprovdiex biżżejjed morning transport supervision points biex tkun koperta l-iskola kollha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-supervision points jiġu allokati skont il-ftehim kollettiv bejn il-Gvern u l-MUT.
Work Time Regulations – leave annwali għall-impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jipprovdi lista tabulata ta' dritt għal leave annwali għall-impjegati, skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea u l-Liġi Maltija, imqassma mill-Ordni dwar il-"Work Time Regulations”?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li qed jitlob għalih joħroġ mil-liġi skont kif inhu stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolamenti dwar l-Organizzazzjoni tal-Ħin tax-Xogħol (L.S. 452.87).
Dawn ir-Regolamenti jipprovdu li kull ħaddiem huwa intitolat għal leave bi ħlas kull sena li minn tal-anqas ikun ekwivalenti f’għadd ta’ sigħat għal erba’ ġimgħat u tnejn u tletin siegħa mkejjel fuq il-bażi ta’ ġimgħa ta’ erbgħin siegħa xogħol, u fuq ġurnata ta’ tmien sigħat xogħol.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li mill-Ewwel ta’ Jannar 2021, fil-każ ta’ impjegati whole-time, meta festa nazzjonali jew btala pubblika taħbat fil-ġurnata tas-Sibt jew tal-Ħadd jew f’ġurnata ta’ mistrieħ tal-ġimgħa li għaliha impjegat ikollu jedd, dak l-impjegat ikollu dritt għal ġurnata oħra ta’ leave għal vaganza matul dik l-istess sena kalendarja. Dan ġie introdott sabiex jintradd lura dak li Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien seraq mill-ħaddiema u b’hekk jiżdied il-ħin mal-familja biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u jissaħħaħ il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista/i f'tabella tar-reati kollha identifikati mid-Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) skont it-tip, b'referenza għall-artikolu speċifiku fil-liġi miksura kif ukoll multa applikabbli, imqassma fis-sena bejn l-2013 u l-2022, li tinkludi wkoll analisi tan-numru ta’ kull tip fis-sena li ġew riżolti b’mod amikevoli, imħarrka, immultati, ħabs, li għadhom pendenti u kwalunkwe status ieħor, kif ukoll it-total f’ewro f’multi imposti u t-total effettivament miġbur, u t-total f’ewro f’arretrati dovuti lill-impjegati u t-total attwalment miġbur, imqassam ukoll separatament skont it-tip għal kull sena bejn l-2013 u l-2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 5857.
Jista' l-Prim Ministru jipprovdi lista/i f'tabella tar-reati kollha identifikati mid-Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) skont it-tip, b'referenza għall-artikolu speċifiku fil-liġi miksura kif ukoll multa applikabbli, imqassma fis-sena bejn l-2013 u l-2022, li tinkludi wkoll analisi tan-numru ta’ kull tip fis-sena li ġew riżolti b’mod amikevoli, imħarrka, immultati, ħabs, li għadhom pendenti u kwalunkwe status ieħor, kif ukoll it-total f’ewro f’multi imposti u t-total effettivament miġbur, u t-total f’ewro f’arretrati dovuti lill-impjegati u t-total attwalment miġbur, imqassam ukoll separatament skont it-tip għal kull sena bejn l-2013 u l-2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi tax-xogħol, apparti l-Liġi primarja, tinkludi wkoll 'il fuq minn 100 Avviż Legali u li kollha jinkludu reati b’multi u pieni differenti.Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-Klassifikazzjoni tal-irregolaritajiet l-aktar komuni mill-2013 sal-2022 u informazzjoni dwar każi li ġew riżolti amikevolment, każi mħarrka, każi immultati, każi li weħlu l-ħabs, każi li għadhom pendenti kull sena, it-total f’Ewro f’multi imposti, it-total f’Ewro f’multi miġbura, it-total f’Ewro f’arretrati dovuti, u t-total f’Ewro attwalment miġbur mill-2013 sal-2022.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proċeduri u l-perjodi ta' żmien segwiti mid-Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) meta:
1. jidentifika li min iħaddem kiser liġi;
2. jiċħad dritt identiku b'mod ġenerali u ikun reċidiv, kemm jekk impjegat jagħmel talba jew le; u
3. jekk impjegat jiffirmax jew le l-istqarrija finali tad-DIER?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li każ li fih min iħaddem ikun kiser il-liġi jiġi identifikat b’żewġ modi li huma:
- jew persuna tirrapporta ksur ta’ liġi mad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impieg (DIER) li jkun jinvolvi pagi jew intitolamenti statutorji mhux imħallsa jew mhux imħallsa korrettament jew ksur ta’ liġi tax-xogħol fuq drittijiet mhux monetarji; inkella
- meta jkun hemm rapport lid-Dipartiment, li jista’ jkun anonimu, jew permezz ta’ investigazzjoni ġenerika li d-Dipartiment ikun qed jorganizza abbażi ta’ risk assessment. Dawn il-każi wkoll jistgħu jinvolvu ksur ta’ liġi li jinvolvi drittijiet kemm monetarji kif ukoll drittijiet oħra bħal leave annwali, kuntratti tax-xogħol, ħinijiet ta’ xogħol etc.
F’każijiet ta’ reati li ma jinvolvux drittijiet monetarji iżda ksur ta’ liġi tax-xogħol, l-ispettur inkarigat mill-każ jinnotifika l-impjegatur dwar in-nuqqasijiet u jkompli jaħdem fuq il-każ sabiex min iħaddem jirregola ruħu. Jekk dan ma jsirx, il-każ jiġi riferut lill-pulizija ( Prosekutur) li jressaq il-każ il-Qorti.
Meta l-każ jinvolvi pagi jew intitolamenti statutorji mhux imħallsa jew mhux imħallsa korrettement, il-persuna tintalab tippreżenta dokumenti neċessarji sabiex jibda l-proċess biex jiġu stabbiliti l-fatti, u eventwalment jinħadem l-ammont ta’ pagi dovuti lill-impjegat jew ex impjegat. Min iħaddem jingħata ċans sabiex iwieġeb għal din il-claim. F’dan l-istadju l-impjegatur jista’: jew jikkontesta l-claim u jressaq il-verżjoni tiegħu flimkien ma’ provi, jew iħallas lill-impjegat il-pagi dovuti skont il-liġi. F’din il-fażi l-uffiċjal inkarigat mill-każ jieħu konjizzjoni tal-verżjonijiet imressqa miż-żewġ partijiet u mill-provi sottomessi, u jaġġorna l-claim sakemm il-każ jiġi solvut.
Xi drabi dawn il-każi jilħqu l-istadju fejn id-Dipartiment ikollu jmexxi l-każ għall-qorti, u dan għaliex l-impjegatur jew jibqa’ ma jirregolarizzax ruħu, jew ma jkunx irrisponda għall-claim/s mibgħuta mid-Dipartiment. F’tali każi dawn jintbagħtu lill-Puluzija (Prosekutur) li jressqu l-każ il-Qorti.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li reati taħt l-EIRA għandhom preskrizzjoni ta’ sena.
Ninsab infurmat li dwar it-tieni punt tal-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, il-proċeduri huma simili bħal dawk imsemmija aktar 'il fuq.
Dwar it-tielet punt tal-mistoqsija, jekk bi “stqarrija finali” l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-iStatement of Account, id-Dipartiment ma jkunx f’pożizzjoni li joħroġ il-claim jekk l-iStatement of Account ma jkunx ikkonfermat mill-persuna li tkun fetħet il-każ tagħha nnifisha.
L-ewwel Statement of Account li jinħareġ mhux neċessarjament ikun finali, u dan għaliex mill-investigazzjoni tad-Dipartiment jistgħu jirriżultaw fatti li jwasslu għal tibdil u aġġornament tal-iStatement of Account. Matul dan il-proċess il-claimant jinżamm aġġornat u jiġi informat dwar dak li jkun qed jirriżulta mill-investigazzjoni u kif allura jkunu qed jinbidlu l-parametri tal-claim fid-dawl tal-liġijiet applikabbli.
Servizz Pubbliku — Proċedura dwar ksur tad-drittijiet tal-impjieg
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura u l-perjodu ta' żmien segwit mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u d-diversi Ministeri, f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin separatament meta jsir jaf, kif ukoll jidentifika ruħu, ksur tad-drittijiet tal-impjieg, inklużi iżda mhux limitati għal atti ta' diskriminazzjoni tal-impjegati taċ-Ċivil, inkluż tqassim f'tabella skont it-tip, kif ukoll azzjoni meħuda, kull sena bejn l-2013 u l-2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fil-każijiet kollha elenkati, fis-Servizz Pubbliku japplikaw il-provvedimenti tad-diversi Manwali, policies u regolamenti relatati li jistipulaw il-proċeduri u ż-żmien li fih għandha tittieħed l-azzjoni. Uffiċjali Pubbliċi jistgħu jitolbu gwida jew informazzjoni mill-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi, kif ukoll iressqu ilment quddiem il-Grievances Board rigward allegati inġustizzji fil-konfront tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid liema mir-rekwiżiti legali minimi li ġejjin, skont il-L.S.452.116, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, huma inklużi, u liema mhumiex inklużi, fil-karta tal-paga (payslip) tal-Edukatur, sa Diċembru 2022 mill-Ministeru għall-Edukazzjoni:
1. l-isem tal-prinċipal;
2. l-isem tal-impjegat;
3. l-indirizz tal-prinċipal;
4. it-titolu tal-pożizzjoni tal-impjegat;
5. is-somma totali tal-pagi mħallsa;
6. il-breakdown tas-somma totali tal-pagi mħallsa;
7. il-perjodu li fir-rigward tiegħu l-kontenut tiegħu jirrelata;
8. in-numru ta’ sigħat normali maħduma;
9. in-numru ta’ sigħat imħallsa bħala overtime;
10. in-numru ta’ sigħat imħallsa b’rata speċjali;
11. in-numru ta’ sigħat ta’ leave annwali li ttieħdu;
12. il-bilanċ ta’ leave li jkun fadal;
13. il-pagi bażiċi riċevuti;
14. breakdown ta’ kwalunkwe bonuses u allowances; u
15. kwalunkwe tnaqqis effettwat, inkluż kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali, taxxa u oħrajn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Skejjel li ma għandhomx servizz ta' lift jew turġien ta' emerġenza f'każ ta' nirien
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentar 4944 u 5120 u jaġġorna lill-Kamra u jgħid kemm-il skola m’għandhiex is-servizz tal-lift u turġien ta’ emerġenza f’każ ta’ nirien? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mhux għall-iskola b’mod ġenerali iżda anke kull blokka fejn hu relevanti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha li nbnew mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada (FTS) mis-sena 2013 ’il quddiem huma kollha konformi mar-regolamenti.
Minbarra hekk, jien infurmat li minn 109 skejjel, 21 m’għandhomx servizz ta’ lift u 25 m’għandhomx turġien ta’ emerġenza. Minkejja dan, diġà jinsabu għaddejjin diskussjonijiet mal-istess entità biex jittieħdu l-passi neċessarji ħalli kull skola tkun mgħammra b’servizz ta’ lift u/jew taraġ ta’ emerġenza, fejn meħtieġ u possibbli.
Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti – risk assessment
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti għandhom risk assessment validu, qegħdin fil-proċess li jġeddu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u qegħdin taħt investigazzjoni mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għal xi raġuni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-OHSA m’għandux l-irwol li jżomm tali records u li fil-preżent hemm żewġ skejjel, waħda tal-Istat u l-oħra privata, li qegħdin taħt investigazzjoni mill-OHSA.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 1397, li tpoġġa fuq il-Mejda fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 92 tat-Tnejn, 27 ta' Frar 2023)
Skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti – risk assessment
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ kemm skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti għandhom risk assessment validu, qegħdin fil-proċess li jġeddu l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u qegħdin taħt investigazzjoni mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) għal xi raġuni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn 112-il binja li jaqgħu taħt l-iskejjel tal-Istat, 77 għandhom Risk Assessment validu, filwaqt li l-35 binja l-oħra qegħdin fil-proċess li jġeddu l-valutazzjoni. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda binja li tinsab taħt investigazzjoni mill-OHSA.
L-informazzjoni mitluba rigward skejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti ma taqax taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Work Time Regulations – leave annwali għall-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tabulata ta' dritt għal leave annwali għall-impjegati, skont id-direttivi tal-Unjoni Ewropea u l-Liġi Maltija, imqassma mill-Ordni dwar il-"Work Time Regulations”?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tagħha għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar tas-sena li għaddiet, fil-Ministeru, kien hemm mija u sebgħin uffiċjal pubbliku li kien fadlilhom vacation leave mhux użat. F’kull każ ingħatat l-awtorizzazzjoni meħtieġa li l-leave li ma laħaqx ittieħed ikun trasferit għas-sena 2023 dejjem fil-kwadru tal-kriterji u regolamenti applikabbli.