Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ex ħaddiema tal-Air Malta – skema ta’ irtirar kmieni u skema ta’ irtirar volontarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ impjegati u l-ammonti mogħtija lill-eks ħaddiema tal-Air Malta li applikaw għal skema ta’ rtirar kmieni u skema ta’ rtirar volontarju fl-2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 351 ħaddiem li ngħataw is-somma taħt l-Early Retirement Scheme jew il-Voluntary Redundancy Scheme u li ngħataw is-somma ta’ €60,836,332.44 komplessivament.

Ex ħaddiema tal-Air Malta li kienu ssekondati ma’ kumpaniji tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-eks ħaddiema tal-Air Malta li kienu ssekondati ma' kumpaniji tal-Gvern fl-2022 telqu bit-take home pay, li jirċievu bejn: €0 - €15,000; €15,000 - €25,000; €25,000 - €30,000; €30,000 - €40,000; €40,000 - €50,000; €50,000 - €60,000, u fejn ġew issekondati dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaddiema li ġew issekondati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjegati ġew issekondati mill-Enemalta, l-Air Malta u t-Tarzna għas-Settur Ċivili jew entitajiet pubbliċi oħrajn? Jista' jgħid jekk dawn l-impjegati għandhomx pagi differenti minn ta' impjegati oħrajn fl-istess post tax-xogħol li jagħmlu l-istess xogħol? Jista’ l-Ministru jgħid x'se jagħmel biex jiżgura paga indaqs għal xogħol ta' valur ugwali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Eks impjegati tal-Air Malta – ftehim ta’ kuntratt mal-RSSL

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-eks impjegati tal-Air Malta li ffirmaw ftehim ta' kuntratt mal-RSSL għadhom fuq il-kotba tal-KM (kif jidher fuq Jobsplus)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol relatat mat-trasferiment tal-ħaddiema inkwistjoni ġie komplut.

Kunsilli Lokali — ħaddiema mill-iskema tal-Jobsplus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ma’ kull Kunsill Lokali mill-iskema tal-Jobsplus? Jista' jagħti break down lokalità b'lokalità?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Il-Belt Valletta (Città Umilissima) 4 Il-Birgu (Città Vittoriosa) 10 L-Isla (Città Invicta) 4 Bormla (Città Invicta) 11 Ħal Qormi (Città Pinto) 8 Ħaż-Żebbuġ (Città Rohan) 2 Ħaż-Żabbar (Città Hompesch) 11 Is-Siġġiewi (Città Ferdinand) 2 Iż-Żejtun (Città Beland) 4 Ir-Rabat (Città Victoria) 6 Ħal Balzan 1 Birkirkara 12 Birżebbuġa 6 Ħad-Dingli 3 Il-Fgura 9 Floriana 5 Il-Gudja 6 Il-Gżira 4 Għajnsielem 6 L-Għarb 7 Ħal Għargħur 2 L-Għasri 5 Ħal Għaxaq 3 Il-Ħamrun 5 L-Iklin 4 Il-Kalkara 7 Ta' Kerċem 6 Ħal Luqa 7 Marsaskala 11 Marsaxlokk 10 Il-Mellieħa 3 Il-Mosta 2 L-Imqabba 3 L-Imsida 6 Il-Munxar 8 In-Nadur 8 In-Naxxar 1 Paola 5 Tal-Pietà 9 Il-Qala 5 Il-Qrendi 2 Ir-Rabat 3 Ħal Safi 4 San Lawrnez 1 San Pawl il-Baħar 3 Ta' Sannat 13 Santa Luċija 8 Santa Venera 1 Ta' Xbiex 3 Ħal Tarxien 12 Ix-Xagħra 11 Ix-Xewkija 9 Ix-Xgħajra 7 Iż-Żebbuġ 6 Iż-Żurrieq 2

Bajja tal-Mistra – traffic lights

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 846, jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jiġu installati traffic lights għall-ħruġ mill-Bajja tal-Mistra?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru l-istudji neċessarji fuq l-aħħar disinji ta’ dan il-proġett.

Pagi tal-impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kien iħallas il-pagi tal-impjegati li ġew assorbiti mill-Gvern mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jgħid jekk dan il-ħlas sarx direttament mill-Gvern jew permezz ta’ din il-kumpanija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk l-impjegati li ġew assorbiti mill-Gvern qed jitħallsu mill-Gvern.

Żieda fil-paga medja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda fil-paga medja bejn: Diċembru 2013 - Diċembru 2014; Diċembru 2014 - Diċembru 2015; Diċembru 2015 - Diċembru 2016; Diċembru 2016 - Diċembru 2017; Diċembru 2017 - Diċembru 2018; Diċembru 2018 - Diċembru 2019; Diċembru 2019 - Diċembru 2020; Diċembru 2020 - Diċembru 2021; Diċembru 2021 - Diċembru 2022; u Jannar 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt. YearAverage annual basic salaryYear on Year Changes €€ 201215391 201315823432 201416078255 201516685607 201617477792 201717957480 201818773816 201919594821 202018913-681 202119755842 2022209611206 Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Is-salarju inħadem abbażi tal-basic salary annuali (average annual basic salary). L-ammonti ma jinkludux dħul minn overtime, bonuses jew allowances u tkopri persuni li għandhom impjieg prinċipali. Dan l-impjieg jista' jkun full-time jew part-time jew full-time with reduced hours. Ta’ min wieħed jinnota li t-tnaqqis fil-figuri għas-sena 2020 huwa dovut għal impatt tal-COVID-19. Din l-informazzjoni mhiex disponibbli għal persuni li jaħdmu għal rashom. Il-figuri li jkopru l-medja ta’ sena u l-informazzjoni għal Jannar 2023 għada mhix disponibbli.

Ħaddiema Third Country Nationals

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda tan-numru ta' ħaddiema Third Country Nationals missena 2020 u 2021 u mis-sena 2021 sas-sena 2022 u li jaqilgħu bejn: €0 - €10,000; €10,000 - €15,000 €15,000 - €20,000; €20,000 - €25,000; €25,000 - €30,000; €30,000 - €35,000; €35,000 - €40,000; €40,000 - €45,000; €45,000 - €50,000; €50,000 - €60,000; €60,000 - €70,000; €70,000 - €80,000; €80,000 - €90,000; €90,000 - €100,000; u aktar minn €100,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 qed tingħata fit-tabella hawn taħt. Il-figuri mis-sena 2021 għas-sena 2022 ma jistgħux jingħataw għalissa għaliex għadhom qed jinħadmu. THIRD COUNTRY NATIONALS €Żieda fin-numru ta' ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 0-10,000-612 10,000-15,000-15 15,000-20,0002,132 20,000-25,0001,087 25,000-30,000418 30,000-35,000263 35,000-40,000124 40,000-45,00041 45,000-50,00061 50,000-60,00048 60,000-70,00017 70,000-80,00038 80,000-90,0008 90,000-100,000-3 100,000+38

Żieda ta’ ħaddiema Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda tan-numru ta' ħaddiema Maltin mis-sena 2020 sas-sena 2021 u mis-sena 2021 sas-sena 2022 li jaqilgħu bejn: €0 - €10,000; €10,000 - €15,000; €15,000 - €20,000; €20,000 - €25,000; €25,000 - €30,000; €30,000 - €35,000; €35,000 - €40,000; €40,000 - €45,000; €45,000 - €50,000; €50,000 - €60,000; €60,000 - €70,000; €70,000 - €80,000; €80,000 - €90,000; €90,000 - €100,000; u aktar minn €100,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 qed tingħata fit-tabella hawn taħt. Il-figuri mis-sena 2021 għas-sena 2022 ma jistgħux jingħataw għalissa għaliex għadhom qed jinħadmu. MALTESE NATIONALS €Żieda fin-numru ta' ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 0-10,000-1,044 10,000-15,000-1,874 15,000-20,000-2,202 20,000-25,000-786 25,000-30,000375 30,000-35,000720 35,000-40,0002,350 40,000-45,0001,194 45,000-50,0001,075 50,000-60,0001,145 60,000-70,000495 70,000-80,000351 80,000-90,000253 90,000-100,000141 100,000+411

Żieda ta’ ħaddiema Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda tan-numru ta' ħaddiema Ewropej (esklużi ħaddiema Maltin) mis-sena 2020 sas-sena 2021 u mis-sena 2021 sas-sena 2022 li jaqilgħu bejn: €0 - €10,000; €10,000 - €15,000; €15,000 - €20,000; €20,000 - €25,000; €25,000 - €30,000; €30,000 - €35,000; €35,000 - €40,000; €40,000 - €45,000; €45,000 - €50,000; €50,000 - €60,000; €60,000 - €70,000; €70,000 - €80,000; €80,000 - €90,000; €90,000 - €100,000; u aktar minn €100,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 qed tingħata fit-tabella hawn taħt. Il-figuri mis-sena 2021 għas-sena 2022 ma jistgħux jingħataw għalissa għaliex għadhom qed jinħadmu. EU NATIONALS €Żieda fin-numru ta' ħaddiema mis-sena 2020 għas-sena 2021 0-10,000-185 10,000-15,000-99 15,000-20,000214 20,000-25,000285 25,000-30,000457 30,000-35,000377 35,000-40,000238 40,000-45,000166 45,000-50,000225 50,000-60,000495 60,000-70,000165 70,000-80,000119 80,000-90,000103 90,000-100,000-5 100,000+249

National Employment Policy 2021-2030

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema rakkomandazzjonijiet tan-National Employment Policy 2021-2030 ġew implimentati? Jista' jagħti d-dati ta' meta dawn ġew implimentati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi min-National Employment Policy ġew implimentati dawn ir-rakkomandazzjonijiet: · Iċ-Ċensiment tal-Ħiliet tal-Ħaddiema : din il-miżura ġiet mħabbra fil-Budget 2022 u ġiet implimentata fl-2022 · Jiġi imġedded il-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet : din il-miżura ġiet implimentata fl-2023 · Inrawmu il-parteċipazzjoni fl-apprentistat u t-‘traineeship’: tħabbar investiment f’dan il-qasam f’Budget 2022 · Ninkoraġixxu l-pensjonanti jibqgħu attivi u jkomplu jaħdmu wara li jilħqu l-età tal-irtirar: F’temp ta’ 5 snin, id-dħul mill-pensjoni mhux ser jibqa’ jiġi kkalkulat bħala dħul għal fini tat-taxxa. Din il-mizura ġiet imħabbra f’Budget 2022 u bdiet tiġi mplimentata fl-2022 · Il-Gvern jibda konsultazzjonijiet tiġi mibnija politika nazzjonali għal ekonomija migratorja: Mħabbra f’Budget 2023 u ma’ dan il-pass, din is-sena ser jibda x-xogħol fuq irrakkomadazzjonijiet numru 38, 39 u 40 fejn fihom ser naraw li pajjizna jkollu l-vizibiltà u l-għarfien meħtieġ biex jintroduċi policies sensibbli fil-qasam tal-ħaddiema minn pajjizi terzi. · Ninkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol permezz ta' tagħlim u kura bikrija ta' kwalità għolja: din ir-rakkomandazzjoni ġiet indirizata f’Budget 2022 b’mizuri bħall-estenzzjoni tas-servizz taċ-childcare b’xejn għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu dawn il-ħinijiet u l – ‘In-Work Benefit’ għal ħaddiema b’ħinijiet atipiċi. · Tnaqqis fit-taxxa tad-dhul fuq overtime u part-time: mizuri f’dan il-qasam tħabbru f’Budget 2022

Sptar Mater Dei – CT Scan Outpatients – lista ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux se jkun hemm pazjenti 'outpatients' li se jintbagħtu fuq lista ta’ stennija għal CT Scan minħabba installazjoni ta' CT Scanner ġdid fl-Emerġenza? Jista’ jgħid jekk minħabba nuqqas ta' radjografi hux se titwaqqaf CT scanner fid-Dipartiment tal-Medical Imaging? Jista’ jgħid x'passi se jittieħdu biex il-lista ta' stennija għal CT Scan Outpatients ma titwalx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CT scanner li għadha kemm ġiet installata fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei hija CT scanner addizzjonali li se tħaffef il-proċess ta’ dijanjosi ta’ dawk il-pazjenti li jkunu daħlu l-isptar b’emerġenza. Dan hu eżempju ieħor ta’ kif id-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jinvesti f’ servizz ta’ Saħħa dejjem aħjar.

Kumpaniji — impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm ħaddiema impjegati direttament mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bejn l-2015 u l-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-head count ta’ impjegati tal-kumpanija msemmijja minnu kien ta’ 260.

Steward Healthcare Ltd. – Ħaddiema li rriżenjaw

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm impjegati rriżenjaw minn mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru m'għandux din l-informazzjoni.

Ħaddiema assorbiti mill-Gvern

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ħaddiema mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġew assorbiti mill-Gvern qabel ma ġie annullat il-kuntratt mill-Qorti tal-Ġustizzja Maltija? Jista', jekk jogħġbu, jippreżenta lista tal-gradi u l-professjonijiet kollha li fihom dawn il-ħaddiema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 41 ħaddiem ġew assorbiti mill-Gvern qabel ma ġie annullat il-kuntratt. Il-professjonijiet tagħhom huma Social workers, Phlebotomists, Allied Assistants, Allied Health Professionals, Social Support worker u Pharmacy Technicians.

Ħlas mill-Gvern lill-Impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kien il-head count ta' impjegati tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li l-Gvern kien qed iħallas sena b'sena bejn l-2015 u l-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 7714.

Ħlas mill-Gvern lill-impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien qed jitħallas mill-Gvern għall-impjegati tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal kull sena bejn l-2015 u l-2023?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħallas lil Steward miżata ta’ konċessjoni u Steward min-naħa tagħhom ħallsu lill-impjegati tagħhom.

Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar – Project Green

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7228, tista' l-Ministru tgħid meta se jiġi ffinalizzat il-proċess ta' evalwazzjoni għar-rigward tal-Project Green fil-Mellieħa/San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nerġa’ nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7069, inżid li l-proċess ta’ evalwazzjoni mistenni jiġi finalizzat sal-aħħar ta’ Mejju 2023 kif diġà hemm indikat fil-linji gwida.

Skejjel — Fire Drills

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5825, 6640 u 7329 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5119, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-iskejjel li għamlu dawn il-fire drills?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 82 skola li fihom saret evacuation drill. Il-bqija tal-iskejjel huma mistennija li jagħmlu din l-evacuation drill fil-jiem li ġejjin.