Legislature:
Category:
Reset
Active:

Carers impjegati direttament mal-Gvern – kors ta’ sentejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-carers Third Country Nationals (TCN) u dawk il-carers li jaħdmu permezz ta' aġenzija tax-xogħol humiex se jkollhom jagħmlu l-kors ta' sentejn li qed jiġi introdott u li hu obbligatorju għal carers impjegati direttament mal-Gvern?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 8880.

Rifużjoni tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed tinħadem ir-rifużjoni tat-taxxa li qed tingħata? Jista’ jgħid ukoll min hu eleġibbli u kif jiġi kkalkolat l-ammont?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Port tal-Imġarr – dgħajjes reġistrati “S” li ngħataw irmiġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm dgħajjes li huma reġistrati “S” ingħataw irmiġġ fil-Port tal-Imġarr bejn: Jannar 2022 - April 2022; Mejju 2022 - Awwissu 2022; Settembru 2022 - Diċembru 2022; u Jannar 2023 - April 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Naxxar – dawl ġdid fuq il-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dawl il-ġdid li se jsir mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fuq il-knisja tan-Naxxar jinkludix id-dawl fuq iz-zuntier?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu jitwaħħal dawl ġdid kemm mal-faċċati kif ukoll ġol-bankini li jdawru l-knisja.

Direttiva dwar il-Work-Life-Balance

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-bidliet bejn id-Direttiva dwar il-Work-Life-Balance (WLB) maħruġa mill-Unjoni Ewropea u l-WLB LN maħruġa mill-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern segwa l-proċess normali ta’ traspożizzjoni kif dejjem isir u għaldaqstant addotta r-regoli tad-Direttiva fil-qafas leġiżlattiv tagħha permezz tal-Avviż Legali 201 tal-2022. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern b’żieda ma’ dak imfassal fid-Direttiva, u sabiex ikun irrispettat il-prinċipju tal-ugwaljanza għażel ukoll li jestendi d-drittijiet ta’ Paternal Leave, u ċjoè, ta 10 t’ijiem ta’ leave imħallas bis-sħiħ, għal dawk il-ġenituri li jaddottaw inkluż anke għall-koppji tal-istess sess li jaddottaw. Fir-rigward tal-Parental Leave, ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-prinċipji u l-obbligi li joħorġu mid-Direttiva ġew rispekkjati fil-Liġi Maltija, dan id-dritt ukoll ġie estiż għall-ġenituri li jagħmlu fostering. Fuq nota oħra, infakkar lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħa l-inizjattiva li lill-ħaddiema tas-Settur Pubbliku jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ġuranta mħallsa minn ħames t’ijiem ta’ Carers’ Leave. Dan minkejja li d-Direttiva ma titfa’ l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri biex jagħmlu hekk. Dan kollu jikkumplimenta deċiżjonijiet oħra ta’ politika li tiddaħħal fis-seħħ minn żmien għal żmien, bl-aktar mod riċenti l-Modern Work Practices għall-impjegati tas-Settur Pubbliku.

Sahra minn carers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu n-numru ta' sigħat maħduma sahra minn: a. carers Third Country Nationals (TCN) (kemm li huma mqabbdin direttament kif ukoll permezz ta' aġenzija tax-xogħol); b. carers Maltin; u ċ. carers li jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sahra minn carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta' sigħat maħduma sahra minn: a. carers Third Country Nationals (TCN) (kemm li huma mqabbdin direttament kif ukoll permezz ta' aġenzija tax-xogħol); b. carers Maltin; u ċ. carers li jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba għall-mistoqsija numru 8875, hu meħtieġ li jispeċifika l-perjodu.

Aġenziji tax-xogħol — xogħol ta' carer

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex tagħmel xogħol bħala carer permezz ta' aġenziji tax-xogħol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bir-rekwiżiti biex tagħmel xogħol bħala carer.

Aġenziji tax-xogħol — xogħol ta' carer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex tagħmel xogħol bħala carer permezz ta' aġenziji tax-xogħol?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma r-rekwiżiti biex persuna tkun eliġibbli biex taħdem bħala Carer fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, permezz ta’ aġenzija tax-xogħol: Il-Carer irid jippreżenta dawn: A. Għoti ta’ waħda mill-kwalifiki tal-MCAST li ġejjin: · BTEC Diploma in Health and Social Care jew ekwivalenti - MQF Level 3 (jew ekwivalenti) · BTEC Extended Diploma in Health and Social Care (Health Studies) jew ekwivalenti - MQF Level 4 · BTEC Extended Diploma in Health and Social Care (Social Care) jew ekwivalenti - MQF Level 4 · BTEC Higher National Diploma in Health and Social Care (Practice) jew ekwivalenti – MQF Level 5 · Bachelor of Science (Honours) in Health and Social Care (Practice) jew ekwivalenti – MQF Level 6 Jew B. Prova oriġinali tat-tlestija b’suċċess ta’ wieħed mill-korsijiet tal-ETC/JobsPlus li ġejjin: • Programm ta’ taħriġ għall-appoġġ ta’ ħaddiema li jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità b’minimu ta’ sitt (6) xhur esperjenza fil-qasam, u fil-Livell 4 tal-MQF. • Kwalifiki bażiċi għall-Persunal tal-Kura tad-Djar b’minimu ta’ sitt (6) xhur esperjenza fil-qasam, u fil-Livell 3 tal-MQF. Jew C. Kors ta’ Assistent għall-Kura, organizzat mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva. Jew D. Kwalifika fil-Kura minn istituzzjoni rreġistrata/liċenzjata. Il-kwalifika jeħtieġ li tkun marbuta b’mod uffiċjali f’livell minimu MQF 3. Ċertifikat ta’ ħaddiem tal-kura fil-Livell 2 mogħti minn istituzzjoni ta’ taħriġ irreġistrata/liċenzjata jista’ jiġi aċċettat bil-kundizzjoni li jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-kura tal-Livell 3 fi żmien tmintax-il (18) xahar mill-bidu tal-impjieg. Il-Carer għandha tippreżenta ċ-ċertifikati ta’ Moving and Handling, Food Handling and Basic Life Support. Ċertifikat ta’ Kondotta tal-Pulizija Valida maħruġ fl-aħħar xahrejn (2) għall-carers Maltin kollha jew ċertifikat ittimbrat mill-Ambaxxata/Konsulat u ċertifikat validu ta’ Kondotta tal-Pulizija maħruġ fl-aħħar xahrejn (2) għall-carers li huma barranin kif applikabbli għandu jiġi pprovdut ukoll lill-Care Home. Il-carer għandha tipproduċi ċertifikat ta’ Attendenza għall-Induction Programme jew Induction Course specialising in Dementia (skont fejn il-carer tkun sejra taħdem).

Għoti ta’ ċekkijiet lil ħaddiema li jaħdmu ħinijiet atipiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ntbagħtilhom ċekk ta’ €150 għax jaqilgħu inqas minn €20,000 gross fis-sena u jaħdmu f’ħinijiet atipiċi huma ċittadini: Maltin, Ewropej u ta’ nazzjonalità oħra (TCN’s)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċekk ta’ €150 li jkopri s-sena 2021 għal ħaddiema li jaqilgħu inqas minn €20,000 gross fis-sena u jaħdmu ħinijiet atipiċi ngħata lil 21,057 ċittadin Malti, 3,960 ċittadin Ewropew u 10,585 ċittadin ta’ nazzjonalità oħra (TCN’s).

Għadira — postijiet ta’ parkeġġ qabel ma bdew ix-xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm postijiet ta' parkeġġ disponibbli qabel ma bdew ix-xogħlijiet fit-toroq fl-Għadira u kemm se jkunu disponibbli wara li jsiru x-xogħlijiet, eskluż il-parkeġġ il-ġdid ħdejn il-lukanda tal-Bajja tal-Mellieħa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel riferenza għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 4986. Fil-preżent, fit-toroq fl-Għadira, hemm madwar 130 postijiet ta' parkeġġi u hu previst li l-ammont ta’ parkeġġ ser jibqa' l-istess wara li jitlesta l-proġett. Fil-proġett il-ġdid ser ikun hemm 5 parkeġġi għall-persuni bi bżonnijiet speċjali.

Aġenziji tax-Xogħol – ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema jaħdmu ma' aġenziji tax-xogħol u x’inhu n-numru ta' dawn il-ħaddiema li huma ċittadini Maltin, ċittadini tal-UE (minbarra Maltin) u Third Country Nationals (TCN)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema Maltin u barranin li kienu qed jaħdmu f' attivitajiet marbuta mal-impjiegi fl-aħħar ta’ Diċembru 2022. INDUSTRY GROUP CODE INDUSTRY NAME EU TCN MALTESE TOTAL 78 Attivitajiet marbuta mal-impjiegi 3 2 5 78.1 Attivitajiet ta’ aġenziji ta’ avvjament tal-impjiegi 292 3,992 3,627 7,911 78.2 Attivitajiet ta’ aġenziji ta’ impjiegi temporanji 11 145 106 262 78.3 Provvediment ta’ riżorsi umani oħra 75 816 2,333 3,224 Total 381 4,955 6,066 11,402

Mellieħa – Triq Tabib Joseph Grech — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew u jkunu finalizzati x-xogħlijiet fi Triq it-Tabib Joseph Grech, fil-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll jekk il-fondi li ġew ivvutati għal dan ix-xogħol għadhomx disponibbli?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq it-Tabib Joseph Grech ser tinbena wara li jitlestew ix-xogħlijiet meħtieġa ta’ servizzi taħt l-art mill-entitajiet rispettivi.

Università ta’ Malta – Forensic Analysis Laboratory — akkreditazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forensic Analysis Laboratory tal-Università ta’ Malta, fejn issir l-analiżi tad-drogi għal kawżi fil-Qorti, huwiex akkreditat? Jekk le, jista' jgħid għaliex mhux akkreditat? Min huma l-persuni addetti mal-istess laboratorju? X’inhu l-baġit allokat għall-istess laboratorju? Jista’ jgħid jekk inbediex il-proċess ta’ akkreditar? Jekk iva, kemm ilu li beda u min huma l-persuni responsabbli minn tali process, jekk inbeda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Konċessjonijiet għall-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsaxlokk

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8280 dwar il-pubblikazzjoni tal-ftehim ta' konċessjoni tal-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsaxlokk, jista' l-Ministru jneħħi dak kollu (ammonti/figuri) kummerċjalment sensittiv u jissottometti dawn il-konċessjonijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materjal tal-konċessjoni tal-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsaxlokk jitqies kollu bħala ta’ natura kummerċjalmnet sensittiva, għaldaqstant ma nistgħux nipprovdu d-dokumenti rikjesti.

Konċessjonijiet għall-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsaxlokk

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7731, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim ta' konċessjoni tal-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsaxlokk u jneħħi dak li huwa kummerċjalment sensittiv?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm numru kbir ta’ dokumenti li fihom numru kbir ta’ paġni u informazzjoni li xorta jitiqiesu bħala dokumenti li fihom informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Telgħet ix-Xemxija — xogħlijiet fit-toroq

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux se jsiru xogħlijiet f'Telgħet ix-Xemxija, meta jridu jsiru u kemm se jieħdu fit-tul? Tista' tgħid x’immaniġġar tat-traffiku se jintuża għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 3261 u 7112. Sadattant, apparti x-xogħlijiet f’Telgħet ix-Xemxija, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qed tagħmel investiment ta’ €6.4 miljun biex ittejjeb sostanzjalment l-infrastruttura tad-drenaġġ f’San il-Pawl il-Baħar u f’Kennedy Grove. Dan l-investiment huwa meħtieġ biex jindirizza t-tkabbir fil-popolazzjoni ta’ din iż-żona u għalhekk irridu nassiguraw li jkun hemm infrastruttura adegwata li kapaċi tilqa’ għad-domanda li dejjem tiżdied. F’dan il-proġett ser tintuża teknoloġija avvanzata magħrufa bħala micro-tunnellling li tippermetti l-kostruzzjoni ta’ gallerija tad-drenaġġ ta’ 1.9km mingħajr l-użu tat-trinek u l-bżonn ta’ ħafna tħaffir. Din il-gallerija ser tiġbor il-parti l-kbira tad-drenaġġ ta’ San Pawl il-Baħar u Kennedy Grove u b’hekk jittaffa l-piż fuq l-infrastruttura eżistenti. Huwa mmirat li x-xogħlijiet fuq dan il-proġett jibdew sal-aħħar t’April u se jkun maqsum f’żewġ lottijiet, li flimkien mistennija jieħdu madwar 50 ġimgħa biex jitwettqu. Ix-xogħol fuq iż-żewġ lottijiet se jsir fl-istess ħin, biex b’hekk tiġi żgurata t-tlestija effiċjenti u f’waqtha ta’ dan l-upgrade tant meħtieġ.

Telgħet ix-Xemxija — xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xogħlijiet f'Telgħet ix-Xemxija, meta jridu jsiru u kemm se jieħdu fit-tul? Jista' jgħid x’immaniġġar tat-traffiku se jintuża għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ippjanat intervent ta’ major patching fil-ġimgħat li ġejjin. Bħalissa qed jitħejja pjan għall-immaniġġar tat-traffiku li jiġi sottomess u approvat minn Transport Malta.