Port tal-Imġarr – dgħajjes reġistrati “S” li ngħataw irmiġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8919, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jgħid kemm dgħajjes li huma reġistrati “S” ingħataw irmiġġ fil-Port tal-Imġarr bejn:
Jannar 2022 - April 2022;
Mejju 2022 - Awwissu 2022;
Settembru 2022 - Diċembru 2022; u
Jannar 2023 - April 2023?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata l-ebda irmigġġ u ma’ hareġ ebda permess lil dgħajjes irregistrati “S” fil-Port tal-Imġarr fl-imsemmi perjodu ta’ żmien.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema "ICT Summer Traineeship” hijiex disponibbli għas-settur privat kif ukoll għas-settur pubbliku kif kienet fis-snin ta' qabel? Jekk le, jista’ jgħid għaliex kien hemm tibdil u xi studji u raġunamenti wasslu għal dan it-tibdil?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders għal xogħlijiet fil-bini l-ġdid tal-ITS fi Smart City? Jista' jgħid għal kemm jammontaw dawn id-direct orders, u lil min ingħataw?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ngħataw żewġ direct orders għal xogħlijiet fil-bini tal-kampus il-ġdid tal-ITS. Dawn ingħataw skont ir-regolamenti tal-procurement tal-Gvern.
Maniera Periti
Supervise excavation Works
€9,000
Terracore
Coring Services
€6,984
Bini tal-ITS – Project Manager responsabbli mix-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Project Manager responsabbli mix-xogħlijiet fuq il-bini l-ġdid tal-ITS fi Smart City, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-checks and balances użati biex ikun żgurat li x-xogħlijiet mitluba ngħataw, u ngħataw fil-ħin?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Lulju 2022, l-ITS ħarġet tender għal servizzi professjonali għal numru wiesa' ta’ esperti li se jkunu qed joffru konsulenza dwar il-preparazzjoni u l-aġġudikazzjoni tad-diversi tenders tal-bini u l-finishings tal-kampus, kif ukoll jassumu r-responsabbiltà tal-immaniġġar tal-proġett. Dan it-tender issa huwa aġġudikat bil-kumpanija QPM tieħu r-responsabbiltà u l-immaniġġar ta dan il-proġett.
L-ITS għandha wkoll tim intern li waqt li kien qed jiġi evalwat it-tender, kienu jaħdmu mal-perit oriġinali tal-proġett. Bħalma hija l-prassi, kull xogħol li jsir jgħaddi minn proċess rigoruż ta’ verifikazzjoni qabel ma dan jgħaddi għal ipproċessar tal-pagament.
Għawdex — Port tal-Imġarr – dgħajjes reġistrati “S”
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm dgħajjes li huma reġistrati “S” ingħataw irmiġġ fil-Port tal-Imġarr bejn:
Jannar 2022 - April 2022;
Mejju 2022 - Awwissu 2022;
Settembru 2022 - Diċembru 2022; u
Jannar 2023 - April 2023?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata l-ebda rmiġġ u ma ħareġ ebda permess lid-dgħajjes irreġistrati “S” fil-Port tal-Imġarr fl-imsemmi perjodu ta’ żmien.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8874 u jgħid x'kien in-numru ta' sigħat maħduma sahra fis-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, minn:
a. carers Third Country Nationals (TCN) (kemm li huma mqabbdin direttament kif ukoll permezz ta' aġenzija tax-xogħol);
b. carers Maltin; u
ċ. carers li jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' sigħat maħduma f’sahra minn carers Maltin tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
2022
2023 (till pay 4)
MDH
78764.95
23180.5
MCH
44208
18400
SAMOC
5196.51
2828.99
RHKG
32453.88
15211.44
GGH
32453.88
15211.44
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8875, jista' l-Ministru għid x'kien in-numru ta' sigħat maħduma sahra fis-snin 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari minn:
a. carers Third Country Nationals (TCN) (kemm li huma mqabbdin direttament kif ukoll permezz ta' aġenzija tax-xogħol);
b. carers Maltin; u
ċ. carers li jiġu minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi:
a. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tixtri s-servizz ta’ carer mingħand il-kuntrattur bis-sigħat li ma jinvolvux sahra. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandhiex impjegati tal-Gvern li huma Third Country Nationals (TCN).
b. It-total ta’ sahra li nħadmu minn impjegati tal-Gvern b’ċittadinanza Maltija hija ta’ 20038.82 siegħa.
ċ. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandhiex impjegati tal-Gvern li huma mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropea (mhumiex b’ċittadinanza Maltija).
Fil-każ tal-Anzjanita Attivà u Kura fil-Komunità s-sahra huwa:
Total ta’ Sigħat 2021
Total ta’ Sigħat 2022
Total ta’ Sigħat 2023 sal-lum
Total
7916.48
8892.80
3229.54
Fir-rigward ta' San Vinċenz de Paule dan ma jkollux informazzjoni dwar carers li huma Third Country Nationals u li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Dwar is-support staff Maltin, dawn għandhom l-għażla li s-sigħat ‘żejda’ li jaħdmu, joħduhom Time of In-Lieu kif spjegat fit-tabella hawn taħt mis-sena 2021 sal-lum.
L-ammonti għolja fl-2021 u fl-2022 kienu minħabba l-protokolli tal-pandemija tal-COVID-19.
Fil-każ ta' San Vinċenz de Paule:
Overtime by support staff
TOIL by support staff
2021
38714
2271
2022
70316
3772
2023
23507
1230
Kumpanija governattiva li għandha slots fl-ajruport ta' Heathrow
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija governattiva għandha l-islots ta’ London Heathrow ġewwa r-Renju Unit, u x'inhu l-prezz stmat ta' dawn l-islots?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-islots ta’ London Heathrow ġewwa r-Renju Unit qegħdin għand il-kumpanija Malta Med Air. Informazzjoni dwar il-valur ma tistax tingħata peress li hija kummerċjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jgħid liema rotot ġodda tal-Air Malta ġew introdotti fl-2018, u jekk kienx hemm xi riċerki tas-suq imwettqa li wasslu li jiġu introdotti dawn ir-rotot? Jekk iva, kemm swew dawn ir-riċerki, u fuq liema bażi ġew introdotti dawn ir-rotot?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Air Malta bdiet proċess biex tordna u tixtri ajruplani A321XLR, u kif kien iffinanzjat l-ordni ta’ dawn l-ajruplani? Għal liema rotot kienu se jintużaw dawn l-ajruplani? Min kien qed imexxi n-negozjati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ordni taż-żewġ “long haul planes” A321XLR kient saret mill-Malta Med Air f’Ottubru ta’ 2019 wara li ġiet awtorizzata mill-Ministeru tat-Turiżmu. Dawn l-ajruplani ġew ordnati biex jinkrew mill-Malta Med Air lill-Air Malta.
Din l-ordni ġiet rinegozjata minn żewġ A321XLR għal tliet ajruplani tat-tip Airbus A320NEO fl-Lulju 2021. Ma kien hemm l-ebda penali jew telf sabiex l-ordni ġiet rinegozjata. In-negozjati tmexxew mill-Air Malta.
Port tal-Imġarr – dgħajjes reġistrati MFA & MFB li ngħataw irmiġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm dgħajjes li huma reġistrati MFA u MFB ingħataw irmiġġ fil-Port tal-Imġarr bejn:
Jannar 2022 - April 2022;
Mejju 2022 -Awwissu 2022;
Settembru 2022 - Diċembru 2022; u
Jannar 2023 - April 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kif tingħata l-allokazzjoni tal-irmiġġi fil-Port tal-Imġarr? Jista' jgħid jekk kienx hemm bidla fil-politika għall-allokazzjoni tal-irmiġġi u kif din hi differenti u meta nbidlet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-"policy" kienet dejjem li tingħata prijorità lill-bastimenti li l-ħaddiema jiddependu fuqhom għall-għajxien tagħhom, bħas-sajjieda u l-bastimenti relatati mat-turiżmu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti biex jikkonferma li ma kien hemm ebda talba pendenti għal irmiġġ minn MFA jew MFB matul l-aħħar tliet snin fejn dgħajjes irreġistraw “S” minflok ingħataw irmiġġ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ebda bastiment ieħor irreġistrat “S” ma ngħata preċedenza fuq bastiment tal-MFA jew MFB jew bastiment kummerċjali minn mindu sar Ministru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8841 u jgħid kemm hemm studenti li jirreġistraw u jiffinalizzaw studji f'korsijiet Marittimi fl-MCAST, inkluż prattika fuq bastimenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2017 s’issa, 225 student ġew irreġistrati u 117-il student iffinalizzaw il-korsijiet marittimi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif jintgħażlu l-carers biex jagħmlu sahra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk il-Carers li jitolbu li jagħmlu sahra, jiktbu isimhom fuq formola li tinżamm ġewwa l-uffiċċju tal-SNO u jiġu mogħtija prijorità dawk li jkollhom l-inqas numru ta’ sigħat maħduma fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid jgħid kif jintgħażlu l-carers biex jagħmlu sahra?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm il-ħtieġa ta’ sahra, il-Kapijiet tad-Djar tal-Anzjani tal-Gvern kemm fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u f’San Vinċenz de Paul, jinformaw lil dawk il-carers li huma lesti li jaħdmu s-sahra biex jivverifikaw li l-carers huma disponibbli li jaħdmu dawk is-sigħat f’dik il-ġurnata meħtieġa. Kull impjegat jingħata l-istess ċans skont id-disponibbiltà li joffri biex ikun hemm trattament ugwali.
Carers impjegati direttament mal-Gvern – kors ta’ sentejn
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-carers li huma Third Country Nationals (TCN) u dawk il-carers li jaħdmu permezz ta' aġenzija tax-xogħol humiex se jkollhom jagħmlu l-kors ta' sentejn li qed jiġi introdott u li hu obbligatorju għal carers impjegati direttament mal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kors ta' sentejn li qed jirreferi għalih mhux obbligatorju.