Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9438 u jgħid ma' liema unions/assoċjazzjonijiet qed jiġu diskussi l-ftehimiet kollettivi skaduti u għal kemm żmien ilhom jiġu diskussi?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9439 u jelenka ż-żieda fil-paga (perċentwal) għal kull ftehim kollettiv iffinalizzat matul is-sena 2021 u s-sena 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tijib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku huwa kontinwu, tant li fil-perjodu li jagħmel referenza għalih ingħalqu 36 ftehim kollettiv.
Filwaqt li kull ftehim ikun fisser titjib fid-dħul tal-ħaddiema, il-kalkolu kif mitlub minnu ma jistax jingħata għax iż-żidiet ikunu jvarjaw skont l-istrutturi u l-livelli li fihom l-impjegati jkunu qegħdin. Hemm ukoll it-titjib fl-allowances u kundizzjonijiet oħra.
Infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li s-Servizz Pubbliku għandu ftehim kollettiv li hu validu sal-31 ta’ Diċembru 2024 u minn dan il-ftehim joħorġu numru ta’ ftehimiet settorjali ta’ setturi differenti. Skont klawsola 8.2 tal-Ftehim Kollettiv 2017-2024 dawn m’għandhomx data ta’ skadenza imma għal dawk il-ftehimiet settorjali li ġew iffirmati wara l-20 ta’ April 2017 għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames snin mid-data li jiġu ffirmati.
Bħalissa qed ikunu negozjati wkoll 23 ftehim kollettiv. It-tagħrif dwar liema huma qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9437 u jelenka l-ftehimiet kollettivi skaduti? Jista’ jgħid kemm ilhom skaduti u kemm ilhom jiġu diskussi?
Korrispondenza mibgħuta lill-Collective Bargaining Unit
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza mibgħuta lill-Collective Bargaining Unit iddedikata għan-negozjar ta' ftehimiet kollettivi fis-settur pubbliku b'rabta ma' capping (ammont massimu) fuq iż-żieda perċentwali fil-paga li għandha tingħata għall-kumplament tal-ftehimiet kollettivi li jridu jiġu nnegozjati fis-settur pubbliku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi xogħlu huwa dak li jagħmel ir-rizorsi disponibbli għat-talbiet li jiġu għandu. Kull talba tiġi mitqiesa skont il-merti tagħha.
Servizz Ċivili – sezzjonijiet li jaqbżu r-rata tar-remote work
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema sezzjonijiet tas-Servizz Ċivili jaqbżu l-20% remote work u jelenka dawn it-taqsimiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-iskemi relatati ma’ Modern Work Practices jistgħu jkunu applikati fis-Servizz Pubbliku kollu skont l-esiġenzi tas-Servizz u regoli ta’ eliġibiltà.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-PPS hux se jżid ir-remote work mill-20% stabbilit f'Manwal għall-Miżuri tal-Bilanċ tal-Ħajja l taċ-Ċivil?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-Modern Work Practices diġà jagħtu possibilità ta’ extended remote working għal min jikkwalifika għalih, u skont proċeduri stabbiliti.
Servizz Ċivili – produttività tal-ħaddiema bir-remote working
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx studju madwar is-Servizz Ċivili biex titkejjel il-produttività tal-ħaddiema li jaħdmu bir-remote working? Jekk iva, jista' jqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8621, ninsab infurmat li qabel ma ġew introdotti l-miżuri l-ġodda tal-Modern Work Practises, ġew ikkonsultati u saru laqgħat mal-istakeholders kollha biex jinstab il-bilanċ adegwat bejn il-miżuri introdotti, l-effiċjenza, u l-livell ta’ servizz lejn il-klijent.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ġie stabbilit il-capping għar-remote work ta' 20% fil-ġimgħa ddikjarat fil-Manwal għall-Miżuri ta' Bilanċ tal-Ħajja taċ-Ċivil?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9245, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u jgħid jekk l-iskema "ICT Summer Traineeship” hijiex disponibbli għas-settur privat kif ukoll għas-settur pubbliku kif kienet fis-snin ta' qabel? Jekk le, jista’ jgħid għaliex kien hemm tibdil u xi studji u raġunamenti wasslu għal dan it-tibdil?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ICT Summer Traineeship infetħet għall-aministrazzjoni pubblika biss fid-dawl taż-żieda fin-numru ta’ placements u opportunitajiet li qed joffri l-Gvern. Dan riflessjoni tal-bidliet kbar teknoloġiċi fl-aminitrazzjoni pubblika fejn qed Tkun fuq quddiem nett f’dan is-settur.
Ninsab nfurmat ukoll li għal din l-skema kien hemm it-tieni ċans ta’ aplikazzjoni fid-dawl li l-postijiet offruti kienu akbar minn numru ta’ applikazzjonijiet, fejn applikkaw b’kollox bejn l-ewwel u it-tieni fażi 372 persuna.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti l-ġodda tar-rikostruzzjoni ta' Triq Leli Falzon, fin-Naxxar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninfrorma lill-Onor. Interpellant li għadhom qed jiġu diskussi proposti ġodda li ressaq il-Kunsill fir-rigward ta’ xogħol fi Triq Leli Falzon, fin-Naxxar, bejn il-Kunsill Lokali u Transport Malta, liema proposti għadhom ma ġewx approvati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema unions/assoċjazzjonijiet qed jiġu diskussi l-ftehimiet kollettivi skaduti u għal kemm żmien ilhom jiġu diskussi?
Port tal-Imġarr – dgħajjes reġistrati MFA & MFB li ngħataw irmiġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8920, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jgħid kemm dgħajjes li huma reġistrati MFA u MFB ingħataw irmiġġ fil-Port tal-Imġarr bejn:
Jannar 2022 - April 2022;
Mejju 2022 -Awwissu 2022;
Settembru 2022 - Diċembru 2022; u
Jannar 2023 - April 2023?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal Mistoqsija Parlamentari bin- numru 9301. Ebda dgħajsa irreġistrata MFA jew MFB ma’ ngħatat irmiġġ fil-Port tal-Imġarr fiż-żmien imsemmi. Fl-2022, kull min kellu irmiġġ ħadu lura wara li tlesta l-proġett.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8921, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jgħid kif tingħata l-allokazzjoni tal-irmiġġi fil-Port tal-Imġarr? Jista' jgħid jekk kienx hemm bidla fil-politika għall-allokazzjoni tal-irmiġġi u kif din hi differenti u meta nbidlet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni ta’ rmiġġi fil-Port tal-Imġarr, prijorità assoluta tingħata lid-dgħajjes tas-sajd irreġistrati MFA (full-time) u MFB (part-time). Bħala proċeduri, dan mhux dejjem ikun fissi minħabba limitazzjonijiet ta’ spazju fejn ħafna spazju li jkun disponibbli ma jkunx biżżejjed biex jakkomoda ċertu dgħajjes tas-sajd ta’ ċertu daqs. Fil-port tal-Imġarr, l- installazzjoni tal-puntuni l-ġodda tpoġġew fl-istess spazju li kien hemm qabel u għaldaqstant l-ispazji fuq dawn il-puntuni l-ġodda ċkienu fid-daqs.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8922, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jikkonferma li l-"policy" kienet dejjem li tingħata prijorità lill-bastimenti li l-ħaddiema jiddependu fuqhom għall-għajxien tagħhom, bħas-sajjieda u l-bastimenti relatati mat-turiżmu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jikkjarifika l-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8923, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti biex jikkonferma li ma kien hemm ebda talba pendenti għal irmiġġ minn MFA jew MFB matul l-aħħar tliet snin fejn dgħajjes irreġistraw “S” minflok ingħataw irmiġġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżisti ebda dokumentazzjoni jew informazzjoni ta’ dan it-tip. Ma ngħata ebda rmiġġ lil dgħajjes irreġistratti “S” taħt ir-reġistru tal-bastimenti ż-żgħar għal skopijiet rikreazzjonali, matul l-aħħar tliet snin kif diġà spjegajt u rrispondejt għall-mistoqsijiet parlamentari oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8924, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jikkonferma li l-ebda bastiment ieħor irreġistrat “S” ma ngħata preċedenza fuq bastiment tal-MFA jew MFB jew bastiment kummerċjali minn mindu sar Ministru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda bastiment irreġistrat “S”, taħt ir-reġistru tal-bastimenti ż-żgħar għal skopijiet rikreazzjonali, ma ngħata preċedenza fuq bastiment tal-MFA jew MFB jew bastiment kummerċjali fi żmien imsemmi.