Ix-Xemxija – żona tal-Ex Mistra Village – twaqqigħ u tqattigħ ta’ trinek
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex iż-żona tal-Eks Mistra Village x-Xemxija fejn għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet kienet eskluża mil-lokalitajiet turistiċi? Għalfejn din l-area Triq Raddett ir-Roti ma wasslitx sa tarf bħal kull triq oħra fil-lista, fejn mhux permess li jsir twaqqigħ u qtugħ ta’ trinek wara l-15 ta’ Ġunju?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ix-Xemxija – Żona tal-Eks Mistra Village — xogħlijiet
Question
Jista' l-Minsitru jispjega għaliex iż-żona tal-Eks Mistra Village fix-Xemxija għadha għaddejja minn xogħlijiet ta' żvilupp anke wara li trid tiġi riveduta mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT)? Jista' jispjega x'inhi l-proċedura ta' każijiet bħal dawn u jekk hux se jinbidlu l-policies jew isiru policies ġodda fejn permessi li huma taħt appell iridu jwaqqfu x-xogħlijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, tinqabeż l-advisory cost limit.
Ministeru għas-Saħħa — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 10169.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari bin-numru 10169.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-moll fit-Torri l-Abjad hux se jiġi rranġat u jekk se jiġi rranġat, meta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li ġejjin ser ikun qed isir intervent temporanju fuq l-iskall biex tkun tista' tintuża fl-istaġun tas-sajf li ġej. Xogħol permanenti fiż-żona hu mistenni li jsir wara li jgħaddi l-istaġun ta' l-għawm.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9779 u jgħid kemm hemm kilometri kwadri ta’ art mibnija f’Malta u kemm hemm kilometri kwadri ta’ art mhix mibnija minbarra toroq f’Malta?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ċimiterju tal-Għadira – sejħa għall-offerti għal xogħlijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se tinħareġ is-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet fiċ-Ċimiterju tal-Għadira u meta jridu jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet fiċ-Ċimiterju tal-Għadira għalqet u intgħażel il-kuntrattur.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex l-irħam tal-oqbra fiċ-ċimiterju tal-Mellieħa li tneħħew għat-tiswijiet taċ-ċimiterju, issa jridu jkunu ta' daqs u kulur speċifiku biex jerġgħu jiġu installati jekk ikunu diġà hemm? Jista' jgħid jekk din il-prattika hux se tintuża f’kull ċimiterju f’Malta? Se jitneħħew l-irħam tal-oqbra kollha fiċ-ċimiterji kollha f’Malta li ma jissodisfawx dawn il-kriterji? Jekk dawn iridu jinbidlu, min irid iħallas biex jinbidlu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l- rħam oriġinali li kien tneħħa miċ-ċimiterju tal-Mellieħa jistgħu jitwaħħlu mill-ġdid bl-approvazzjoni tad-dipartiment tas-Saħħa. Waqt li plakek ġodda iridu jsiru skont ir-regolamenti tad-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji fejn jintgħażlu liema toroq f'lokalitajiet turistiċi jintgħażlu u oħrajn le fejn ma jitħalliex isir it-twaqqigħ u t-tqattigħ ta' trinek wara l-15 ta' Ġunju?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tat-toroq għal fini tal-avviz legali 295 tat-2007 li jikkontrolla ix-xogħlijiet fis-sajf, saret għall-ewwel darba fis-sena 2007. Il-lista tat-toroq kienet ġeneralment tiffoka fuq postijiet ċentrali fejn jikkongregaw turisti u fejn hemm stabbilimenti ta’ akkommodazzjoni. Kull sena imbagħad isir aġġustament skont talbiet li jsiru mill-Kunsilli Lokali rispettivi, fejn l-MTA tikkunsidra jekk it-talba tkunx ġustifikata jew le.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji fejn jintgħażlu liema toroq f'lokalitajiet turistiċi jintgħażlu u oħrajn le fejn ma jitħalliex isir it-twaqqigħ u t-tqattigħ ta' trinek wara l-15 ta' Ġunju?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jindirizza din il-mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9435 u jgħid kemm għandu ftehimiet kollettivi skaduti u jelenka l-postijiet rispettivi fejn huma pendenti?
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-popolazzjoni ta' dawk kollha li jgħixu f'Malta? Jista' jelenka l-informazzjoni b’dan il-mod:
a. TCN (Third Country Nationals);
b. Ċittadini tal-UE;
ċ. Maltin; u
d. Refuġjati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċensiment ma jippermettix l-identifikazzjoni ta’ persuni li ngħataw l-istat ta’ rifuġjat jew xi forma oħra ta’ protezzjoni.
L-unika informazzjoni li tista’ tinħareġ hija dik mogħtija hawn taħt, jiġifieri n-numru ta’ persuni skont it-tip ta’ ċittadinanza.
Popolazzjoni ta' Malta
Maltin
Ċittadini tal-UE
TCN
Mingħajr Stat
404,113
40,010
75,268
171
Sors: Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar 2021
Jista’ l-Ministruj għid kemm:
a. TCN (Third Country Nationals);
b. Ċittadini tal-UE;
ċ. Maltin;
i. huma impjegati full-time;
ii. huma impjegati part-time;
iii. huma impjegati mal-Gvern;
iv. huma impjegati ma’ awtoritajiet tal-Gvern; u
v. huma impjegati ma' aġenziji tax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li għall-ħaddiema tal-Gvern u l-awtoritajiet nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet numri 3778 u 5907, il-bqija tal-informazzjoni hi skont it-tabella t’hawn taħt:
Impjegati full-timeImpjegati part-timeImpjegati ma' aġenziji tax-xogħol (Nace 78)*
Ċittadini tal-UE31,8333,787393
TCN61,5051,8955,210
Maltin171,33227,5186,159
TOTAL264,67033,20011,762
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2023
* Impjegati ma' aġenziji tax-xogħol (Nace 78) - Dawn il-figuri huma diġà riflessi taħt l-impjegati full-time jew dawk part-time.
Il-Mellieħa — Triq il-Barkazza, Triq id-Denċi, Triq it-Tumbrell u Taraġ il-Landiera - asfaltar
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta t-toroq li ġejjin li jinsabu fil-Mellieħa, se jkunu ffinalizzati bl-asfalt:
a. Triq Il-Barkazza;
b. Triq id-Denċi;
ċ. Triq it-Tumbrell; u
d. Taraġ il-Landiera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tikkonsulta mal-Kunsill Lokali fuq pjan ta’ xogħlijiet fil-lokalità tal-Mellieħa. Taraġ il-Landiera hija waħda mit-toroq li ġiet proposta li jsir ix-xogħol fiha però fadal xi preparamenti li jridu jsiru. Ix-xogħol f’din it-triq mistenni jibda fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9243 u jgħid liema rotot ġodda tal-Air Malta ġew introdotti fl-2018, u jekk kienx hemm xi riċerki tas-suq imwettqa li wasslu li jiġu introdotti dawn ir-rotot? Jekk iva, kemm swew dawn ir-riċerki, u fuq liema bażi ġew introdotti dawn ir-rotot?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sajf 2018, l-Air Malta introduċiet 15-il rotta ġdida, inklużi 3 rotot intra-Ewropej. Ir-rotot huma: Cagliari, Casablanca, Comiso, Frankfurt, Kiev, Lisbona, Londra-Southend, Lourdes, Malaga, Manchester, St.Petersburg u Venezja.
It-3 rotot intra-Ewropej kienu: Cagliari-Londra Southend, Catania-Londra Southend u Catania-Vjenna.
Għal dawn ir-rotot saru riċerki fuq data li wriet domanda għal konnettività, mhux lanqas mill-gżejjer Taljani ta’ Sqallija u Sardenja, u fatturi soċjo-ekonomiċi f’dak il-perjodu li kienu għadhom jippermettu titjiriet f’territorji bħar-Russja. Din id-data ġiet akkwistata minn sorsi aċċessibbli għall-kumpaniji tal-ajru u għalhekk ir-riċerka ma swietx flus.
Il-load factors ta’ dawn ir-rotot matul is-sajf 2018 u x-xitwa 2018/2019 kienu hekk kif ġej:
· Cagliari – 49%
· Casablanca – 57%
· Comiso – 48%
· Frankfurt – 70%
· Kiev – 62%
· Lisbon – 75%
· London Southend – 65%
· Lourdes – 69%
· Malaga – 66%
· Manchester – 85%
· St Petersburg – 57%
· Venice – 62%
· Cagliari – London Southend – 51%
· Catania – London Southend – 73%
· Catania – Venice – 70%