Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu — impjegat minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10181 u jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9106.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — impjegati minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10180 u jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10169.

Ministeru għal Għawdex — Impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10179 u jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10178 u jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10169, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li huma fid-dekasteru tal-istess uffiċċju,fl-2022 kien ta’ 50 u fl-2023 in-numru huwa ta’ 49.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Impjegati minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10187 jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-lum?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10177, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt. Entità Numru ta’ Impjegati 2022 2022 2023 Il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur 2 5 Aġenzija Sapport 65 64 Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal- Konsumatur (MCCAA) 7 7 Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) Nil Nil Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) Nil Nil Kummissjoni għall-Protezzjoni minn Radjazzjoni Ijonizzanti u Mhux Ijonizzanti (RPC) Nil Nil Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) Nil Nil

Studju dwar it-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar it-trasport pubbliku biex jiġu stabbiliti rotot u frekwenza aħjar tat-trasport pubbliku ħalli jkun aktar effiċjenti? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan l-istudju?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Servizz ta’ trasport pubbliku — rotta nru. 101

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex rotot bħar-Rotta Nru 101 mhux qed jitqiesu li jgħaddu wkoll mill-Mosta biex inaqqsu l- passenger capacity li titlaq mit-tramuntana ta’ Malta bħax-Xemxija, Mellieħa u San Pawl il-Baħar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Rotta 101 tagħti konnessjoni miċ-Ċikewwa, Għadira, Mellieħa, Manikata, Għajn Tuffieħa, Imġarr is-sena kollha. Fil-perjodu tas-sajf din tiġi estiża għall-bajja tal-Ġnejna. Għaldaqstant jekk din ir-rotta tiġi modifikata kif qiegħed jiġi propost il-konnessjonijiet preżenti jintilfu.

Servizz tat-trasport pubbliku — rotot li jwasslu għal Buġibba

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-rotot li jwasslu għal Buġibba ma jgħaddux lejn ix-Xemxija u lura lejn Buġibba biex titnaqqas il-kapaċità tal-passiġġieri li jmorru l-Mellieħa, ix-Xemxija u l-Bajja ta' San Pawl il-Baħar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċertu rotot li jservu l-Mellieħa, ix-Xemxija u l-Bajja ta' San Pawl il-Baħar ser ikunu qegħdin jaraw żieda fil-frekwenza tagħhom fix-xhur li ġejjin. Se tkun qiegħda tiżdied ukoll il-frekwenza fuq rotta li titlaq minn Buġibba u li sservi wkoll parti minn San Pawl il-Baħar. Dan sabiex tkompli żżid il-kapaċità f’din il-lokalità.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Impjegati minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10183, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol hemm persuna waħda li ġiet ingaġġata permezz ta’ aġenzija tax-xogħol.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriżi — Impjegati minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10182, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol kienu 888 fl-2022 u 974 fl-2023.

Ix-Xemxija — żona tal-ex Mistra Village - twaqqigħ u tqattigħ ta' trinek

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10166 u jgħid għaliex iż-żona tal-eks Mistra Village x-Xemxija fejn għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet, kienet eskluża mil-lokalitajiet turistiċi? Għalfejn din l-area Triq Raddett ir-Roti ma wasslitx sa tarf bħal kull triq oħra fil-lista, fejn mhux permess li jsir twaqqigħ u qtugħ ta’ trinek wara l-15 ta’ Ġunju?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ż-żona msemmija fil-mistoqsija tiegħu, ċioe’ fejn kien il-Mistra Village, m’għadux meqjusa bħala post turistiku .

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10172, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li fis-sena 2022 kien hemm 32 ħaddiema mpjegati minn aġenzija tax-xogħol, filwaqt li fl-2023 kien hemm 37 ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol.

Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10173, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10174, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10175, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm 17-il impjegat li ħadmu fl-Awtorità tad-Djar fl-2022 u li qed jaħdmu fl-2023 li huma impjegati ta’ agenzija tax-xogħol (jitħallsu minnha).

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10176, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Art Mibnija u Art mhux mibnija — Kilometri Kwadri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10116 u 9779 u jgħid kemm hemm kilometri kwadri ta’ art mibnija f’Malta u kemm hemm kilometri kwadri ta’ art mhix mibnija minbarra toroq f’Malta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjegati minn ħaddiema ta' aġenzija tax-xogħol

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 10169 u 10171, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghada qed tinġabar jew tingħata f’xi seduta oħra