Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baġit 2024 — Freeport

Question

Jista’ l-Ministru għal kull item jelenka fid-dettall għalxiex se jintużaw it-12-il miljun ivvotati għall-Freeport f'dan il-baġit tas-sena li ġejja?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li-l-fondi msemmija jirriletaw mal-proġett tax-shore-to-ship fil-Port Ħieles. Il-proġett hu kofinazjat minn fondi tal-Unioni Ewropea.

Universita’ ta’ Malta — Waste Chemistry Lab - Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-fondi li ntużaw għall-Waste Chemistry Lab fl-Università ta’ Malta matul is-snin 2022, 2023 u l-fondi stmati għall-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Impjegati Full-Time — Minimum wage

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’ impjegati full-time li se jkunu qed jaqilgħu l-minimum wage fl-2024, 2025, 2026, 2027 kif inhuma l-affarijiet illum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-NSO ikun jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq is-snin passati u mhux dawk li ġejjin.

Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full-time li jaqilgħu inqas mill-paga medjana u l-paga medja illum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar informazzjoni dwar dan l-indikatur tista’ tinħadem fuq is-sena 2022. Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Is-salarju inħadem abbażi tal-basic salary annwali (average annual basic salary) u l-ammont ma jinkludix dħul minn overtime, bonuses jew allowances. In-numru ta’ impjegati li kienu qed jaqilgħu inqas mill-paga medja għas-sena 2022, hu stmat li kien ta’ 148,487. Minn dawn, in-numru ta’ impjegati li kienu qed jaqilgħu inqas mill-paga medjana għas-sena 2022, hu stmat li kien ta’ 117,960.

Sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid is-sussidji kollha li qed jingħataw lill-poplu Malti sal-lum u jelenka x’inhuma dawn is-sussidji, kemm huma u kemm għandhom żmien biex jibqgħu ssussidjati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ sussidji mħallsa għas-sena 2022 kienet hekk kif indikata fit-tabella t’hawn taħt: 2022 Euro Public Service Obligation - Enemalta plc (Energy Support Measures) 123,189,597 Public Service Obligation - Enemed ltd (Energy Support Measures) 111,000,000 Gas Stabilisation Fund 16,333,936 Eco Reduction 8,167,041 Feed in Tariff 18,382,516 Tal-Linja Card - Free to all public transport 2,373,039 Utility Bills - Enemalta plc 4,721,919 Utility Bills - Water Services Corporation 1,678,081 Public Service Obligation - Inter Island Transport - Gozo Channel 14,259,938

Popolazzjoni — tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’soluzzjonijiet għandu biex inaqqas il-popolazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsibijiet tiegħi fuq dawn it-temi huma fid-dominju pubbliku tant li f’Ġunju kont wieħed minn tal-ewwel li tkellimt fuq din it-tema, kopja ta’ dan qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema mhux Maltin għas-sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkun hemm bżonn ħaddiema mhux Maltin fis-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iħares lejn l-Economic Survey li ġie ppublikat mad-diskors tal-Budget. Fih isib b’kemm ser tikber id-domanda għall-ħaddiema s-sena d-dieħla.

Payroll tal-Gvern u Kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’: 1. Ċittadini Maltin li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 2. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 3. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 4. Maltin li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi); 5. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi) u 6. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Popolazzjoni Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12427 li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u jgħid x'inhu d-daqs tal-popolazzjoni Maltija fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll in-numru ta' ċittadini Maltin, in-numru ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea u n-numru ta' ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9780.

Naxxar — Aċċess min-Nursery tan-Naxxar Lions għall-grawnd tal-futbol Giovanni Curmi Higher Secondary School

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12597 u jgħid għaliex ingħalaq l-aċċess lill-vetturi min-Naxxar Lions Youth Nursery għall-grawnd tal-futbol f’Giovanni Curmi Higher Secondary School? Jista’ jgħid jekk il-Kap tal-Iskola kienx awtorizzat mill-Ministeru biex jagħlaq dan l-aċċess, u jekk iva, għaliex ingħalaq? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx CCTV cameras biex jissorveljaw iż-żona? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux qed jikkawża aktar problemi minħabba nuqqas ta' parkeġġ li diġà jeżisti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx tali restrizzjoni.

Naxxar — Aċċess min-Nursery tan-Naxxar Lions għall-grawnd tal-futbol Giovanni Curmi Higher Secondary School

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ingħalaq l-aċċess lill-vetturi min-Naxxar Lions Youth Nursery għall-grawnd tal-futbol f’Giovanni Curmi Higher Secondary School? Jista’ jgħid jekk il-Kap tal-Iskola kienx awtorizzat mill-Ministeru biex jagħlaq dan l-aċċess, u jekk iva, għaliex ingħalaq? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx CCTV cameras biex jissorveljaw iż-żona? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux qed jikkawża aktar problemi minħabba nuqqas ta' parkeġġ li diġà jeżisti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Low Wage Commission — Rakkomandazzjonijiet fir-rigward taż-żieda fil-paga minima

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rakkomandazzjonijiet tal-Low Wage Commission fir-rigward taż-żieda fil-paga minima?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li l-impenn tal-Gvern fil-manifest elettorali huwa ċar, bħalissa x-xogħol ta' din l-kummissjoni għadu għaddej.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — impjegati minn ħaddiema ta' Aġenziji tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10553, 11843 u 12183 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10178 u jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tal-Ministeru, inkluż l-entitajiet, hemm 34 ħaddiema impjegati minn kuntrattur li ngħata tender.

Popolazzjoni Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12226 li oriġinarjament saret lill-Ministru gall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanaza u jgħid x'inhu d-daqs tal-popolazzjoni Maltija fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll in-numru ta' ċittadini Maltin, in-numru ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea u n-numru ta' ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaddiema mhux tal-UE — Livell edukattiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12230 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema mhux tal-Unjoni Ewropea li għandhom: - Edukazzjoni Primarja; - Edukazzjoni Sekondarja; - Edukazzjoni Postsekondarja; u - Edukazzjoni Terzjarja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12229.

Xemxija, Eks Mistra Village – Studji fuq l-immaniġġjar tat-traffiku u s-sigurtà tal-“pedestrians”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju fuq l-immaniġġjar tat-traffiku u dwar is-sigurtà tal-“pedestrians” għall-proġett tal-eks Mistra Village fix-Xemxija u jekk iva, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid fuq liema pjan saru l-marki tat-traffiku l-ġodda u ż-żebra crossings, u kif ġew konklużi li huma siguri?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12523.

Xemxija, Eks Mistra Village – Studji fuq l-immaniġġjar tat-traffiku u s-sigurtà tal-“pedestrians”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju fuq l-immaniġġjar tat-traffiku u dwar is-sigurtà tal-“pedestrians” għall-proġett tal-eks Mistra Village fix-Xemxija u jekk iva, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista’ jgħid fuq liema pjan saru l-marki tat-traffiku l-ġodda u ż-żebra crossings, u kif ġew konklużi li huma siguri?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-10 ta’ Ottubru 2023, l-Building and Construction Authority (BCA) ħarġet ‘stop notice’ fuq xogħlijiet sakemm jiġi attwat passaġġ sigur fit-triq (hawn annessa). Saret talba lill-Transport Malta biex tawtorizza ‘pedestrian crossing’ skont pjanta kif hawn ukoll annessa. Din it-talba ma kienetx milqugħa peress li ma kienetx konformi mal-istandards ta’ sigurtà għal ‘pedestrian crossings’ (hawnhekk annessi). Transport Malta irċeviet talba reviżjonata għal permess għal ‘pedestrian crossing’ (hawn ukoll annessa), liema talba ġiet milqugħa fis-16 ta’ Ottubru 2023 peress li din kienet konformi. Madanakollu l-applikant kien ukoll infurmat li kellu jintrabat li l-perit tiegħu kellu jikkonferma li qed jimxi ma’ li standards mitluba kif ukoll jissottometti talba għal ‘road works permit’ (dokumentat), liema kundizzjonijiet Transport Malta għadha ma rċevietx. Għaldaqstant, b’mod immedjat, Transport Malta ser tkun qegħda tieħu l-passi kollha neċessarji biex kwalunkwe marki li saru mingħajr awtorizzazzjoni jitneħħew minnufih.

Ħaddiema mhux tal-UE – Livell edukattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema mhux tal-Unjoni Ewropea li għandhom: - Edukazzjoni Primarja; - Edukazzjoni Sekondarja; - Edukazzjoni Postsekondarja; u - Edukazzjoni Terzjarja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ċittadini mhux tal-UE – Permessi ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-permessi tax-xogħol lil ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea qed jinħarġu u jiġu vverifikati b'kollaborazzjoni mas-sett ta' ħiliet li huwa meħtieġ fid-dinja tax-xogħol u s-setturi tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ilu jsir dan u x'inizjattivi qed isiru biex jattiraw ħaddiema tas-sengħa meħtieġa f'Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hija r-responsabilità ta’ kull min iħaddem li jara li l-ħaddiema kollha tiegħu – kemm Maltin u kemm barranin – ikunu qed jagħmlu xogħol li huma kwalifikati u/jew imħarrġa għalih. Għaldaqstant Jobsplus tesiġi li għal kull ħaddiem barrani li min iħaddem jimpjega, irid jiffirma dikjarazzjoni fejn jgħid li l-ħaddiem hu kompetenti biex jagħmel ix-xogħol indikat fil-Permess tax-Xogħol u li hu jikkonferma dan fuq bażi ta’; · Ċertifikati Akkademiċi · Ittri ta’ Riferenzi provduti jew · B’komunikazzjoni diretta mal-impjegat prospettiv. Min iħaddem irrid jiddikjara wkoll li hu qed jassumi responsabbilità ta’ din id-dikjarazzjoni u lest li jissostanzja dan kollu meta jkun mitlub jagħmel hekk. Fost l-inizjattivi li Malta għandha biex tattira ħaddiema tas-sengħa b’ħiliet ta’ livell għoli, hemm il-Key Employee Initiative u d-Direttiva tal-Blue Card, li huma t-tnejn amministrati minn Identità.