Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili – Ftehim Kollettiv
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15120 u jippreżenta lista b’kull ftehim kollettiv pendenti fis-settur pubbliku u ċivili u meta dawn skadew? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema union qed isiru jew se jsiru d-diskussjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet mad-diversi stakeholders fiż-żona tan-naħa ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir għadhom għaddejjin. Meta dawn il-konsultazzjonijiet ikunu konklużi u jsir aktar studju fuq l-informazzjoni kollha miġbura, jingħataw aktar dettalji dwar ix-xogħol ippjanat. Sadanittant, kif diġà spjegajt fit-tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet oħra dwar il-materja, bħalissa hemm diversi xogħlijiet li diġà għaddejjin.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 15115 u tagħti break down finanzjarju għax-xogħlijiet li saru u li se jsiru għar-riġenerazzjoni tal-port?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-Port il-Kbir huwa żona tant vasta li fiha hemm strutturi u żoni li r-responsabbiltà tagħhom tinqasam fuq diversi entitajiet li mhux kollha huma parti minn dan il-Ministeru. Għaldaqstat, il-koperazzjoni, kordinazzjoni u konsultazzjoni bejn dawn l-entitajiet, ewlenin fosthom Infrastructure Malta, Transport Malta, l-Enemalta u l-GHRC, huma kontinwi. Qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li tinkludi proġetti li diġà saru, oħrajn li jinsabu għaddejin kif ukoll proġetti li qed ikunu ppjanati li jsiru bħala parti mir-riġenerazzjoni tal-port, b’kollaborazzjoni bejn Ministeri differenti.
Riġenerazzjoni tal-port – Allokazzjoni ta’ Super Yachts
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15117, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, u jagħti d-dettalji fejn huma ppjanati li ser jiġu allokati fil-port skont il-pjan tar-riġenerazzjoni tal-port, is-super yachts skont is-“Super Yacht National Policy”?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk b’ “Super Yacht National Policy” qed jirreferi għad-dokument ippubblikat f’Novembru 2023 intitolat “A Strategic Vision for the Superyacht Industry”, allura nirrileva li din hija pubblikazzjoni li tfassal viżjoni strateġika. Għaldaqstant, f’dan li stadju u hekk ukoll kif jindika d-dokument stess, il-policies kif ukoll pjanijiet fejn superyachts ser jiġu allokati fil-port għadhom ma ġewx stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15118, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, u jagħti break down tal-concessions kollha fil-Port il-Kbir kif ukoll:
• fejn huma?
• għal kemm żmien huma mogħtija?
• kemm fadlilhom żmien biex jiskadu? u
• l-isem tal-persuna jew tal-kumpanija jew tal-grupp ta' kumpaniji li huma allokati dawn il-‘concessions’?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rwol tagħha bħala Awtorità dwar it-Trasport f’Malta, ġewwa l-Port il-Kbir, Transport Malta għandha ftehim ta’ konċessjoni mal-Valletta Gateway Terminal (VGT) li jkopri Deep Water Quay (Marsa), Laboratory u Magazine Wharf (Kordin), u dan fuq perjodu ta’ 30 sena mis-sena 2006.
Inoltre, mill-2006 għandha ukoll ftehim ta’ konċessjoni ma’ Tug Malta fuq il-Moll tal-Injam bħala parti mill-Harbour Towage Agreement, u dan għal perjodu ta’ 20 sena.
Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili – Ftehim Kollettiv
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15125 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u jippreżenta lista li turi:
a. iż-żieda perċentwali fil-pagi għal kull ftehim kollettiv iffirmat matul l-2022 u l-2023 fis-Settur Pubbliku u Ċivili u s-Section/Sector/Authority li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv?
b. l-isem tal-Unjoni li magħha saru n-negozjati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm mażżri disponibbli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma għandha l-ebda mażżri disponibbli biex jiġu allokati. Il-mażżri li kienu disponibbli għall-Awtorità f’kull lokalita’ huma kollha assenjati u allokati.
Inżid li mażżri jiġu disponibbli għand l-Awtorità f’każ ta’ rinunzja, ksur ta’ regolamenti jew minħabba xi illegalità mill-istess individwi li jkunu fil-pussess tal-mażżra.
Inoltre inżid li dawn l-istess mażżri li jiġu hekk disponibbli jerġgħu jiġu allokati skond il-lista ta’ stennija ta’ dik il-lokalita’ u dan dejjem skond il-qisien tad-dgħajsa.
Jista’ l-Ministru jagħti d-data meta l-iskema li ġiet imwiegħda fil-Baġit relatata mal-inklużjoni tal-ħaddiema biex jieħdu l-pensjoni tat-teżor għandhom jingħataw lill-ħaddiema tal-kumpanija ex Gas Board, l-apprendisti tal-Malta Electricity Board li daħlu mal-Korporazzjoni Enemalta fl-1977?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-iskema tal-eks-ħaddiema tal-Gas Board u l-apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dawn l-entitajiet spiċċaw u wara daħlu mal-korporazzjoni Enemalta kienet ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern datata 24 ta’ Mejju 2019.
L-iskema ma kinetx tirreferi li dawn l-impjegati kienu se jitħallsu l-Pensjoni tas-Servizz imma għotja ta’ darba.
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji saru biex issir it-talba biex il-bejjiegħa tal-ikel iraħħsu l-prezzijiet fuq numru ta’ prodotti tal-ikel u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istudji?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Press Release 240065 ta’ 18 ta’ Jannar 2024 u l-Presentazzjoni li saret dakinhar li ġiet imħabbra din l-inizjattiva, fejn il-Prim Ministru u jien spjegajna d-dettalji u l-benefiċċji li din l-inizzjativa se tkun qed toffri lill-familji Maltin u Għawdxin u r-raġunijiet ewlenija li xprunawha.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Press Release 240065 tal-Gvern kif ukoll il-Prezentazzjoni li ingħatat waqt il-Konferenza tal-aħbarijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid xi studji saru biex issir it-talba biex il-bejjiegħa tal-ikel iraħħsu l-prezzijiet fuq numru ta’ prodotti tal-ikel u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istudji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Prodotti tal-ikel mitluba biex jorħsu — Korrispondenza
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-email mibgħuta lill-bejjiegħa tal-ikel (food retailers) fejn qed jitlob li dawn iraħħsu l-prezzijiet tal-ikel?
Prodotti tal-ikel mitluba biex jorħsu — Korrispondenza
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-email mibgħuta lill-bejjiegħa tal-ikel (food retailers) fejn qed jitlob li dawn iraħħsu l-prezzijiet tal-ikel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.