Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret NI sena b’sena fl-2022 u fl-2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lil Onor. Interpellant li matul l-2022 u l-2023 l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana ġabret l-ammonti murija hawn taħt f’kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali li għaddiet lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal:
2022 €726,043,412
2023 €787,630,069
Dan l-ammont ma jammontax għad-dħul kollu mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali, peress li ċertu dħul ikun riċevut direttament mill-Ministeru konċernat. Dan iseħħ meta l-pagamenti joriġinaw minn Dipartimenti oħra tal-Gvern, bħal per ezempju, pagamenti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali ta’ l-impjegati tal-Gvern.
Il-kontribuzzjoni tal-Istat li tifforma parti mid-dħul tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali ukoll tkun trattata mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tan-numru ta’ ħaddiema full-time li jħallsu t-taxxa bir-rata ta’ 0%, 15%, 25% u 35% u jgħid l-ammont ta’ taxxa miġbura f’kull rata?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-numru ta’ persuni li ddikkjaraw emolumenti prinċipali jew dħul ieħor (kaxxa C1 fil-formola FS3) fil-Final Settlement System għas-sena 2022 fir-rati tat-taxxa rispettivi hu muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
Rata
Numru ta’ persuni
Ammont ta’ taxxa
0%
60,492
0
15%
44,040
17,383,655
25%
158,147
666,093,239
35%
13,582
352,414,823
Grand Total
276,261
1,035,891,717
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema merti għandhom jingħataw dawn is-somom u jekk dawn hux se jingħataw lill-bdoti kollha preżenti tal-Airmalta, kemm dawk li għandhom kuntratti definiti kif ukoll kuntratti indefiniti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-somom jirriflettu l-likwidazzjoni tal-ERS li hemm fil-ftehim kollettiv u li ġiet maqbula lura fl-2018.
Jista’ l-Ministru jagħti resume ta’ kemm-il kuntratt ġie ffirmat, kemm baqa’ biex jiġu ffirmati, kif ukoll redikont ta’ kemm ser jiswa’ dan il-proċess kollu?
Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili — ftehim kollettiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15866 u jippreżenta lista b’kull ftehim kollettiv pendenti fis-settur pubbliku u ċivili u meta dawn skadew? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema union qed isiru jew se jsiru d-diskussjonijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill l-Onor. Interpellant li fil-perjodu 2022 u 2023 ġew iffirmati 45 ftehim kollettiv f’diversi setturi fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku. Qed inpoġġi din l-lista fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat li bħala regola ġenerali hija li ftehimiet settorali tas-Servizz Pubbliku m’għandhomx data ta’ skadenza. Minkejja dan l-Amministrazzjoni għaddejja b’diskussjonijiet sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-impjegati fis-setturi indikati fil-lista li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15864, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jindika x'inhuma l-gradi u nomenklaturi tal-impjegati kollha li hemm fid-DIER?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-gradi u nomenklaturi tal-impjegati kollha li hemm fid-DIER.
Fondi pubbliċi għall-iskema ta’ Stabbiltà – Break down
Question
Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-fondi pubbliċi li ntużaw:
i) għall-avveniment għall-iffirmar tal-iskema ta' Stabbiltà?
ii) il-marketing, inklużi r-reklami kollha fuq kull forma ta’ midja?
iii) l-istampar tal-oġġetti kollha relatati mal-iskema ta’ Stabbiltà?
iv) l-ispiża totali ta’ din l-iskema (Stabbiltà) mill-Gvern?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-iskema Stabbiltà hija ħolqa minn kullana ta’ inizjattivi li ħa l-gvern bil-għan li jgħin in-nies quddiem l-isfida tal-inflazzjoni.
Pajjiżna huwa fuq quddiem nett jgħin lin-nies fejn żamm ukoll il-prezzijiet tal-enerġija stabbli b’kuntrast ma’ dak li sar f’pajjiżi oħra.
Issa b’dan il-ftehim iktar minn 400 prodott tal-ikel fi 15-il-kategorija għandhom prezz orħos u stabbli sal-baġit li jmiss biex il-pajjiż jagħti s-serħan il-moħħ.
Huwa obbligu tal-gvern li joħloq pjattaformi fejn wieħed jikseb l-informazzjoni jew ikun jista’ jissieħeb f’dan il-ftehim, kif ukoll li jgħarraf il-pubbliku b’dak miftieħem biex ikun jista’ jagħmel l-għażliet tiegħu. Fil-fatt, meta niltaqa’ man-nies jinsistu miegħi li tali informazzjoni tingħata b’iktar intensità.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra dak mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bdoti kollha preżenti tal-Airmalta ngħatawx kuntratt? X’inhuma l-kriterji li fuqhom tfasslu dawn il-kuntratti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol u jekk hemm somom li ser jingħataw wara perjodu definit, kemm huma dawn is-somom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess tar-reklutaġġ għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fondi mill-proġett TEN-T jintużawx fil-proġett tat-triq tal-Għadira u x’persentaġġ minn dawn il-fondi ntużaw għal dan il-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm allokazzjoni ta’ fondi Ewropej għall-proġett ta’ l-Għadira.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fadal fondi mill-proġett TEN-T u jagħti break down ta’ kif intużaw dawn il-fondi u fejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-proġett għat-titjib tan-Netwerk tat-Toroq tat-TEN-T li kien iffinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-programm 2014-2020 huwa lest u l-fondi Ewropej allokati għal dan il-proġett intefqu kollha b’total ta’ €40,878,584.
Il-proġett kien jikkonsisti fi proġetti f’partijiet differenti ta’ Malta li fihom saru xogħlijiet li jinkludu titjib f’toroq ewlenin li jaqgħu taħt in-Network tat-toroq tat-TEN-T. L-għan tagħhom kien li jindirizzaw bottlenecks tat-traffiku varji u biex titjieb il-konnettività, l-aċċessibbiltà, is-sigurtà fit-toroq, sostenibbiltà u jitnaqqas l-impatt negattiv ikkawżat mit-traffiku minn aspett ambjentali, soċjali u ekonomiku.
Il-fondi tal-UE li ntefqu fuq dawn it-toroq huma maqsumin kif ġej:
• Il-proġett tas-Central Link li jikkonsisti fit-titjib tar-‘road corridor’ (toroq arterjali) mill-Imrieħel, Birkirkara, Ħ’Attard sar-Rabat li inkluda toroq ġodda fin-network: €19,573,494.36
• Twessiegħ u bini mill-ġdid tal-Marsa-Ħamrun Bypass: €3,213,329.35
• Santa Luċija underpass – il-bini ta’ mina għall-vetturi f’Santa Luċija li jinkludi titjib u twessigħ tat-triq: €16,114,422.44
• Triq Luqa, Santa Luċija: twessigħ tat-triq li kien jinkludi żieda ta’ korsiji għar-roti: €1,977,337.84
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15865 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15122, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Industrial Relations Unit u jipprovdi lista tal-gradi kollha u ta' kemm hemm ħaddiema f'kull grad?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dan l-unit huwa ffurmat minn Head of Unit,Assistant Head of Unit, 2 Senior Managers,Assistant Director u clerical support. Apparti hekk diversi ministeri u entitiajiet jinvolvu ruhom fl-istess qasam tax-xogħol ta' dan l-unit imma ix-xogħol li għalih hija mwaqqfa din l-unit jsir b’mod kkordinat mill-istess unit.
Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili — ftehim kollettiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15862 fl-intier tagħha u jippreżenta lista li turi:
a. iż-żieda perċentwali fil-pagi għal kull ftehim kollettiv iffirmat matul l-2022 u l-2023 fis-Settur Pubbliku u Ċivili u s-Section/Sector/Authority li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv?
b. l-isem tal-Unjoni li magħha saru n-negozjati?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li għal l-ewwel mistoqsija nirreferi għal dak li diġà spjegajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15862, rigward it-tieni mistoqsija ninsab nfurmat kif gej:
General Workers Union
UHM-Voice of the Workers
Malta Union of Teachers
Medical Association of Malta
Malta Union of Midwifes and Nurses
Malta Police Union / Police Officers' Union (GWU)
Malta Tug Crew Union
Malta Air Traffic Controllers' Association
Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili – Ftehim Kollettiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15125 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u jippreżenta lista li turi:
a. iż-żieda perċentwali fil-pagi għal kull ftehim kollettiv iffirmat matul l-2022 u l-2023 fis-Settur Pubbliku u Ċivili u s-Section/Sector/Authority li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv?
b. l-isem tal-Unjoni li magħha saru n-negozjati?
Response (ABELA, ROBERT)
Dan il-Gvern hu impenjat li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u għalhekk f’okkażjoni wara oħra għalaq ftehimiet kollettivi u settorjali ġodda. Iż-żidiet ikunu jvarjaw skont l-istrutturi u l-livelli li fihom l-impjegati jkunu qegħdin u għalhekk it-tagħrif ma jistax jingħata kif mitlub. Dan apparti titjib fl-allowances u kundizzjonijiet oħra.
Il-kumplament tat-tagħrif qed jinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15123, jista' d-Deputat Prim Ministru jagħti lista tal-gradi u kemm hemm ħaddiema f'dawn il-gradi fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-58 persuna li jaħdmu fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) huma mqassmin hekk:
45 (Public Officers)
2 (RSSL)
6 (Students within the IPS scheme)
5 (Contractor)
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15122, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Industrial Relations Unit u jipprovdi lista tal-gradi kollha u ta' kemm hemm ħaddiema f'kull grad?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili – Ftehim Kollettiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15120 li oriġinarjament saret lid-Depuat Prim Ministru u jippreżenta lista b’kull ftehim kollettiv pendenti fis-settur pubbliku u ċivili u meta dawn skadew? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema union qed isiru jew se jsiru d-diskussjonijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.