Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jelenka liema mill-24 ilment imressqa lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021 huma strettament relatati maċ-ċirkostanzi ta’ individwu wieħed, jekk jistgħux japplikaw għal grupp ta’ individwi, bħal grad fi ftehim kollettiv, jekk jistgħux japplikaw għal gruppi varji ta’ individwi, bħal gradi multipli fi ftehim kollettiv, u jekk hijiex kwistjoni ta’ prattika nazzjonali, bħal liġi jew l-interpretazzjoni tagħha? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format mibgħut separatament?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inbdew kawżi quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jipprovdi lista ta' dawn il-kawżi, bid-dettalji tar-rikorrenti u tal-intimati u jgħid f'liema minn dawn il-kawżi l-Kummissjoni diġà tat is-sentenza tagħha? Jista' jgħid liema minn dawn il-kawżi twaqqfu mir-rikorrenti u liema minn dawn il-kawżi għadhom qed jinstemgħu mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn il-kawżi qed jistennew li tingħata s-sentenza u jgħid, għal kull waħda minn dawn il-kawżi, kemm ilhom pendenti biex tingħata s-sentenza mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kera tal-art li tintuża mill-Malta Model Aircraft Flying Association (MMAFA) f’Ta’ Qali ma ġietx imġedda? Jista' jgħid jekk sarx ħlas għal din l-art? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jiġi ffirmat il-kuntratt għall-kirja ta’ din l-art u meta, u jekk le liema art alternattiva ser tingħata lill-MMAFA?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li għaddej il-proċess sabiex il-kuntratt tal-kiri jerġa jiġi mġedded. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li tali kirja tiġi mħallsa kif dovut.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi l-proċedura tal-NCPE biex jiġi pproċessat ilment li jinkludi target timeframes?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi d-data ta’ meta kull ilment wasal jew inbeda, id-data ta’ meta nħarġet l-opinjoni tal-NCPE jew l-opinjoni għadha pendenti, u n-numru ta’ ġranet li ħadet l-NCPE sal-lum biex tinvestiga u toħroġ l-opinjoni tagħha dwar kull wieħed mill-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format li qed jintbagħat separatament?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi sommarju tal-appoġġ mogħti lill-vittmi, inkluż legali u psikoloġiku, mill-NCPE lill-ilmentaturi (allegati vittmi) ta’ kull wieħed mill-24 ilment imressqa lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format li qed jintbagħat separatament?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jelenka liema mill-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021 indikaw allegat reat, jekk l-NCPE rrappurtatx ir-reat lill-pulizija jew le u, jekk l-NCPE ddeċidiet li ma tirrapportax ir-reat, ir-raġuni għaliex ma rrappurtatx? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format mibgħut separatament?
NCPE – Ilmenti fl-2021 kontra s-settur privat, is-settur pubbliku u s-servizz pubbliku
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jelenka liema mill-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021 saru kontra s-settur privat, is-settur pubbliku u s-servizz pubbliku u jelenka l-Ministeru, l-entità, l-awtorità, eċċ. rilevanti li kontrihom sar l-ilment, kemm direttament kif ukoll indirettament? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format mibgħut separatament?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jelenka liema mill-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021 kienu dovuti għal provvedimenti fil-leġiżlazzjoni, fil-PSMC, fil-ftehimiet kollettivi u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jirriżultaw? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format mibgħut separatament?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16771 u jgħid għalfejn numru kbir ta’ Variable Message Signs (VMS) li ġew installati f’diversi partijiet tan-network tat-toroq, inklużi fil-proġetti tat-toroq li saru fl-aħħar snin, għadhom mhumiex qed jintużaw? Jista’ jgħid kemm swew u jekk dawn inxtrawx wara sejħa pubblika għall-offerti? Jista’ jgħid ukoll jekk it-traffic control centre li miegħu suppost huma konnessi l-VMSs huwiex qed jopera u jekk qed jopera, kemm hemm ħaddiema assenjati għalih u meta ġew impjegati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li, relattivement riċenti, ġew installati numru sostanzjali ta' VMSs, bħalissa qegħdin fil-proċess fejn dawn jiġu ntegrati ma’ numru ta' VMSs li kienu mwahhla qabel fi progetti separati. Sar t-tahriġ u handover neċessarju minn Infrastructure Malta għal-Transport Malta u bħalissa qed isiru testijiet sabiex dawn il-VMSs jigu mhaddma kif kien il-pajn oriġinali. Tajjeb ta' min jinnota li dawn il-VMSs jiffurmaw ukoll parti ntegrali minn pjan iktar wiesa fejn dawn se jiġu mħaddma bl-għajnuna ta' Intelliġenza Artifiċjali fi proġett tal-ITS (Intelligent Transport System).
It-traffic control centre ilu jopera mill-2017. It-TCC jopera b'sittax-il uffiċjal li jahdmu fiċ-ċentru fuq bażi 24/7. Ħaddiema ġew assenjati ma din is-sezzjoni mill-2017 'il quddiem.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi case summary tal-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format li qed jintbagħat separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumissjoni għandha obbligu ta' kunfidenzjalità li jimponi l-artikolu 18(5) tal-Kap. 456 tal-Liġijiet ta' Malta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi l-proċedura tal-NCPE biex issegwi l-opinjonijiet tagħha u tipprovdi, fejn meħtieġ, medjazzjoni bejn il-partijiet involuti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura li qed jirreferi għaliha hija tinsab fl-Artikolu 8 tal-Avviż Legali 316 tal-2011, li jgħid:
8.
Meta l-Kummissjarju jaġixxi bħala medjatur bejn il-persuna li ressqet l-ilment u l-persuna li kontra tagħha li jkun sar l-ilment skont artikolu 18(1)(b)(ii) ta’ l-Att u l-persuna li kontra tagħha jkun sar l-ilment, jew il-persuna li ressqet l-ilment, tonqos milli taderixxi mal-ftehim negozjat fil-kors tal-medjazzjoni, il-Kummissarju jista’, permezz ta’ rikors, jitlob lill-Qorti Ċivili, Prim’Awla, biex tordna lill-persuna li hekk tonqos milli taderixxi mat-termini tal-medjazzjoni sabiex tieħu kull azzjoni rimedjali hekk kif il-qorti tista’ tordna.
L-Artikolu 18(1) tal-Att jipprovdi li:
18. (1)
Wara li jagħmel jew tagħmel l-investigazzjoni l-Kummissarju jista’ jew tista’ -
(a) jiċħad jew tiċħad l-ilment,
jew
(b) jiddeċiedi jew tiddeċiedi li l-ilment ikun ġie ppruvat u għaldaqshekk huwa għandu:
(i) meta l-azzjoni li jkun sar ilment dwarha tkun tikkostitwixxi reat, għandu jsir rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija biex imexxi min-naħa tiegħu; jew
(ii) meta l-azzjoni li jkun sar ilment dwarha ma tkunx tikkostitwixxi reat, għandha tiġi interpellata l-persuna li kontriha jkun sar l-ilment sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni, u tagħmilha ta’ medjatur bejn min jilmenta u dik il-persuna bil-għan li tiġi risolta l-kwistjoni.
(2) Ir-riżultanzi tal-Kummissarju taħt is-subartikolu (1) ma jkunux vinkolanti fuq min jilmenta u l-persuna li kontriha jkun indirizzat l-ilment kemm-il darba dawn ma jiddikjarawx b’mod espress u bil-miktub li huma hekk marbutin.
NCPE — opinjonijiet mhux implimentati - tagħrif lill-pubbliku
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi l-proċedura tal-NCPE biex tinforma lill-pubbliku b’opinjonijiet li ma ġewx implimentati partikolarment dawk li huma ta’ interess nazzjonali u dawk li jaffettwaw diversi individwi mhux biss lill-ilmentatur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema każijiet qiegħed jirreferi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jagħti lista b’sommarju tal-opinjonijiet li sal-lum għadhom mhux implimentati?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jipprovdi r-rakkomandazzjoni tal-NCPE dwar l-24 ilment li tressqu lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021, jgħid jekk dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġewx implimentati u jekk l-NCPE għamlitx medjazzjoni bejn il-partijiet involuti? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format li qed jintbagħat separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn is-sistema tal-IT tal-Jobsplus hija mogħtija lill-kuntrattur li jwieġeb lis-CEO? X’jismu tali kuntrattur u x’relazzjoni għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-IT ta’ Jobsplus? Jista’ jgħid ukoll meta u kif intgħażel dan il-kuntrattur? U kemm tħallas sal-lum dan il-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li f’Lulju 2022, Jobsplus użat is-sistema ta’ Negotiated Procedure biex daħlet f’kuntratti ma’ tlett kumpaniji NOUV MT Technology Ltd, ICON Studios Ltd u AIS Technology Ltd b’konnessjoni mal-proġett tal-immodernizzar tas-sistemi tal-IT tal-Korporazzjoni. Dan sar skont l-Artiklu 154(1)(b)(iii) tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku (SL601.03) li jgħid li proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi fil-każ li s-servizzi jistgħu jiġu fornuti minn operatur ekonomiku partikolari biss minħabba l-protezzjoni ta’ drittijiet esklużivi, inkluż drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
Infurmat li t-tlett kuntratturi jwieġbu lis-CEO ta’ Jobsplus għax id-dipartiment intern tal-IT jaqa’ taħt ir-responsabilita’ tas-CEO. Il-persuna li d-dettalji dwaru ingħataw separatament huwa assenjat mill-kuntrattur (NOUV MT Technology Ltd) u qiegħed jgħin fl-immaniġjar tal-proġett tal-immodernizzar tas-sistemi tal-IT ta’ Jobsplus u, għal dan il-għan, jaħdem flimkien mal-impjegati tat-taqsima tal-IT ta’ Jobsplus.
Minn mindu beda l-proġett f’Lulju 2022 sa meta qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, NOUV MT Technology Ltd tħallset €510,935 għas-servizzi u riżorsi kollha provduti lil Jobsplus.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn numru kbir ta’ Variable Message Signs (VMS) li ġew installati f’diversi partijiet tan-network tat-toroq, inklużi fil-proġetti tat-toroq li saru fl-aħħar snin, għadhom mhumiex qed jintużaw? Jista’ jgħid kemm swew u jekk dawn inxtrawx wara sejħa pubblika għall-offerti? Jista’ jgħid ukoll jekk it-traffic control centre li miegħu suppost huma konnessi l-VMSs huwiex qed jopera u jekk qed jopera, kemm hemm ħaddiema assenjati għalih u meta ġew impjegati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta’ overtime nħadmet matul l-2022 u l-2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-formoli tal-Final Settlement System ma hemm l-ebda referenza għas-sigħat ta’ sahra maħduma għajr, għas-sigħat li jikkwalifikaw għar-rata speċjali ta’ 15%.
F’kull ċirkustanza oħra, is-sahra, hekk irrappurtata, tkun inkorporata fl-emolumenti grossi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa minn “overtime”, maħduma bir-rati ta’ 15%, 25% u 35% maħduma matul l-2022 u l-2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-formoli tal-Final Settlement System ma hemm l-ebda referenza għal sahra maħduma għajr għal dik ta’ 15% li wieħed jista’ ikun eliġibbli għaliha skont kif stabbilit fil-liġi.
F’kull ċirkustanza oħra, is-sahra, hekk irrappurtata, tkun inkorporata fl-emolumenti grossi.
Ħaddiema full-time li jaqbżu l-€10,000 ta’ overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full-time li qabżu r-rata fissa tal-overtime ta’ 15% peress li qabżu l-€10,000 ta’ overtime u kemm taxxi nġabru fuq dan l-ammont addizzjonali (li jaqbeż l-€10,000)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-formoli tal-Final Settlement System ma hemm l-ebda referenza għal sahra maħduma għajr għal dik ta’ 15% li wieħed jista’ ikun eliġibbli għaliha skont kif stabbilit fil-liġi.
F’kull ċirkustanza oħra, is-sahra, hekk irrappurtata, tkun inkorporata fl-emolumenti grossi.