Mellieħa –Master Plan dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazez
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix master plan, u jekk iva, jipprovdi kopja tiegħu - dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazza tal-Mellieħa, u Pjazza Papa Ġwanni Pawlu II, il-Mellieħa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-Pjazza tal-Mellieħa, hi konsegwenza naturali li jibda l-proċess biex issir applikazjoni mal-Awtorità għall-Ippjannar sabiex tinkludi impostament aħjar tal-elementi li jagħmlu parti mill-Pjazza, inkluż ‘Outside Catering Areas’.
Rigward Pjazza Papa Ġwanni Pawlu II, l-MTA qatt ma kienet involuta f’dan il-proġett.
Mellieħa –Master Plan dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazez
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix master plan, u jekk iva, jipprovdi kopja tiegħu - dwar imwejjed u siġġijiet fil-Pjazza tal-Mellieħa, u Pjazza Papa Ġwanni Pawlu II, il-Mellieħa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx safety audit fuq il-proġett ta' restawr tal-Għadira? Jista' jgħid ukoll jekk ir-ritratti ta' strutturi tal-ħadid mehmuża kinux ikkonfermati sikuri u minn min saru u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-awditjar jew rapporti ta' sigurtà li saru?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx safety audit fuq il-proġett ta' restawr tal-Għadira? Jista' jgħid ukoll jekk ir-ritratti ta' strutturi tal-ħadid mehmuża kinux ikkonfermati sikuri u minn min saru u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-awditjar jew rapporti ta' sigurtà li saru?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dak minnu indikat ma jikkwalifikax bħala struttura u għalhekk ma jeżistux structural certifications. Il-ħadid indikat huwa kurduna li tagħmel parti mid-disinn ħolistiku tal-proġett tal-Għadira.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bars u stands li jittellgħu għal attivitajiet relatati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jintgħażlux permezz ta’ ħruġ ta’ tenders? Jekk le, għaliex u kif fil-fatt jintgħażlu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma talloka l-ebda “bars u stands” fl-avvenimenti tagħha jew dawk li tassisti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-obbligi min-naħa tal-Gvern u/jew tal-Air Malta rigward il-piloti li kienu impjegati magħha meta din għalqet? Jista’ jgħid ukoll, minn fejn joriġina dan l-obbligu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-azzjoni li ttieħdet mill-Gvern matul il-proċess kienet dik li nizguraw li pajjiżna jibqa’ jkollu linja nazzjonali ta’ l-ajru.
Fl-istess waqt ridna nizguraw li l-kumpanija l-ġdida jkollha l-ħaddiema neċessarji b’kundizzjonijiet li jirriflettu dawk tas-suq. Ngħarraf ukoll li n-nefqa nvoluta fir-rigward tal-iskemi ġiet ippublikata fl-estimi u approvata mill-Parlament. Inżid ukoll li tali nefqa ġiet skrutinizzata minn awdituri indipendenti.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha individwali, mingħajr dettalji personali, bl-informazzjoni li ma tmurx kontra l-GDPR, bejn piloti li kienu mal-Air Malta u l-Gvern u l-KM Malta Airlines (KMMA)?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat ma’ kull pilota mill-Gvern flimkien mal-kumpanija KM Malta Airlines (KMMA)? Jista’ jgħid jekk huwiex minnu li għamlu diversi kuntratti ma’ kull individwu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw b’kollox dawk il-piloti tal-Air Malta li kienu rtiraw bl-early retirement scheme (ERS) u ħadu s-somma bil-quddiem, u kemm kien hemm individwi li bbenefikaw mill-iskema?
Jista’ l-Ministru jispjega fid-detall kif inħadmu s-somom li ħadu l-piloti li kienu mal-Air Malta kif ġej:
i. dawk li bbenefikaw mill-ERS;
ii. dawk li kienu attivi jtiru mal-Air Malta dakinhar li ngħalqet; u
iii. dawk it-33 pilota li rrinunzjaw il-kawża fil-Qorti kontra l-Prim Ministru ta’ Malta?
Jista’ jgħid ukoll f’kull każ l-ammont globali li ħadu u fuq kemm-il kuntratt inħadmet is-somma?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kien hemm piloti fuq kuntratt definit mal-Air Malta, li ffirmaw il-kuntratt u ntlaħaq qbil magħhom fuq l-ammonti li għandhom jieħdu qabel ma l-kumpanija waqqfet l-operat tagħha? Jekk dan hu l-każ, jista’ jispjega għalfejn ingħataw il-possibilità ta’ kumpens u jekk dan joħroġx minn xi garanzija li hemm fil-ftehim li kien sar mal-Airline Pilots Association Malta (ALPA)?
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — Delitti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti break down separatament għall kull kwart tas-sena, tad-delitti li seħħew fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar għas-snin 2022 u 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar delitti li seħħew fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar għas-sena 2022 kienu kif indikati fit-tabella hawn taħt:
Sena 2022
Jannar-Marzu
April-Gunju
Lulju-Settembru
Ottubru-Diċembru
Lokalità
Tip ta’ reat
Q1
Q2
Q3
Q4
MELLIEĦA
Attentat ta’ offiżi
1
0
1
4
Feriti fuq il-persuna
1
3
4
1
Użu ħażin tal-kompjuter
4
5
3
0
Ħsarat
29
25
49
43
Vjolenza domestika
10
7
9
14
Offiżi ta’ drogi
2
0
0
1
Frodi
9
4
10
15
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
3
2
2
6
Offiżi sesswali
1
1
0
2
Serq
14
18
42
24
Theddid u vjolenza privata
2
4
1
1
Aċċess mhux awtorizzat
1
0
0
0
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
0
1
0
0
NAXXAR
Ħruq
0
0
1
1
Attentat ta’ offiżi
2
1
5
1
Feriti fuq il-persuna
3
6
2
1
Ksur ta’ kondizzjonijiet tal-liberta proviżorja
0
0
1
0
Użu ħażin tal-kompjuter
1
5
1
2
Ħsarat
14
15
18
17
Vjolenza domestika
13
18
13
10
Offiżi ta’ drogi
2
0
0
0
Falsifikazzjoni
0
0
0
1
Frodi
18
10
19
23
Pornografija
0
1
0
0
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
1
6
3
6
Offiżi sesswali
0
0
2
2
Serq
9
22
15
23
Theddid u vjolenza privata
4
1
4
4
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
1
2
1
0
SAN PAWL IL-BAĦAR
Abbandun ta’ minuri
0
0
0
2
Attentat ta’ offiżi
3
6
5
7
Bigamija
0
1
0
0
Feriti fuq il-persuna
17
21
12
24
Użu ħażin tal-kompjuter
7
12
4
5
Ħsarat
126
134
176
151
Vjolenza domestika
27
18
31
39
Offiżi ta’ drogi
0
2
3
6
Falsifikazjoni
0
0
1
0
Frodi
23
28
13
18
Omiċidju
0
1
1
0
Reati relatati ma immigrazzjoni
0
0
1
0
Ħasil ta’ flus
0
0
0
1
Pornografija
0
0
0
1
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet
6
7
6
4
Prostituzzjoni
1
2
0
0
Offiżi sesswali
4
7
5
5
Serq
79
86
110
81
Theddid u vjolenza privata
5
7
10
6
Traffikar ta’ persuni
1
1
0
0
Vjolenza kontra uffiċċjal pubbliku
1
3
4
1
Jista’ l-Ministru jagħti break down tar-rata ta’ reati fil-Mellieħa fis-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jagħti wkoll in-numru ta’ rapporti li ddaħħlu fl-għassa tal-Mellieħa u n-numru ta’ rapporti għall-Mellieħa li ġew illoggjati fil-Qawra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-pulizija u li seħħew fil-lokalita tal-Mellieħa fis-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Dettalji dwar f'liema għassa jkunu daħlu u ġew reġistrati dawn ir-rapporti, l-informazzjoni mhux disponibbli.
Tip ta’ reat - Mellieħa20192020202120222023
Abbandun ta’ minuri00102
Ħruq11001
Attentat ta’ offiżi65667
Feriti fuq il-persuna13139918
Użu ħazin tal-kompjuter3731219
Ħsarat132107135146176
Vjolenza domestika2130334055
Offiżi tad-drogi02534
Frodi1015483883
Omiċidju00100
Reati dwar immigrazzjoni00101
Ħasil ta’ flus01000
Ġurament falz00002
Pornografija00201
Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet61014139
Offiżi sesswali62143
Serq1761048098130
Theddid u vjolenza privata56387
Aċċess mhux awtorizzat01011
Vjolenza kontra uiffiċjal pubbliku02413
Maritime Enforcement Unit – Overtime ta’ Uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa overtime inħadmet minn uffiċjali tal-Maritime Enforcement Unit bejn Ottubru u April ta’ kull sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kien jinvolvi x-xogħol ta’ overtime għal kull każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa fuq l-overtime bir-rata ta’ 15% matul is-snin 2022 u 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taxxa fuq l-overtime bir-rata ta’ 15% għas-sena 2022 kienet tammonta għal €17,664,941.
L-informazzjoni dwar is-sena 2023 tkun tista’ tingħata lejn l-aħħar ta’ Ġunju meta jitlesta l-proċessar tal-Final Settlement System data għall-2023.
Transport Malta — Maritime Enforcement Unit - Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18091 u 18190 u jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-Maritime Enforcement Unit fi ħdan Transport Malta mill-2020 sal-2023, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’irriżulta minn kull ċitazzjoni, jekk tħallsux, jekk intilfux, jekk ġewx appellati jew jekk ġewx preskritti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18304 u jippubblika lista bl-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (NI) mħallsa, minn dawk li jaqgħu taħt il-parentesi tat-taxxa li ġejjin:
a. Single - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ;
b. Ġenitur - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ;
ċ. Miżżewweġ - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35%?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni riċevuta għall-finijiet tal-Final Settlement System għas-sena 2022, l-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa (employee u employer share) skont il-kategoriji mitluba huma murija fit-tabella ta’ hawn taħt:
Rati ta’ Taxxa
Miżżewweġ
Ġenitur
Single
Total
0
€5,381,997
€6,320,165
€36,379,409
€48,081,572
15
€12,741,336
€17,134,636
€68,703,270
€98,579,243
25
€35,071,230
€167,119,610
€415,416,470
€617,607,311
35
€8,109,014
€20,900,507
€38,636,420
€67,645,942
Total
€61,303,579
€211,474,919
€559,135,570
€831,914,069
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18305 u jippubblika lista bl-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (NI) mħallsa, minn dawk li jaqgħu taħt il-parentesi tat-taxxa li ġejjin:
a. Single - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ;
b. Ġenitur - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35% ;
ċ. Miżżewweġ - Ir-rati kollha 0%, 15%, 25%, 35%?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba li l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.
Jista’ l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18312 u jgħid jekk l-ebda uffiċjal/ħaddiem ta’ Transport Malta huwiex involut mal-irmiġġ biswit l-American University of Malta (AUM)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta ma tamministrax l-irmiġġ tad-dgħajjes mall-moll tal-American University of Malta (AUM).