Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex ħaddiema minn pajjiżi terzi jiġu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi li huma eżentati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem minn pajjiżi terzi huma eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta minħabba li diġà qed iħallsuha f’pajjiżhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jippreżenta lista tal-ftehimiet kollettivi pendenti kollha, inklużi l-unions li magħhom qed isiru dawn in-negozjati u jinkludi wkoll id-dati meta skadew dawn il-ftehimiet kollettivi?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art ħdejn l-eks barrakki Brittaniċi fil-Mosta, li qabel kienet tintuża bħala razzett tal-majjal, hijiex proprjetà tal-Gvern?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Membru jippreċiża d-domanda tiegħu u jispeċifika għal liema sit qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art li kienet tintuża mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u xi artijiet oħrajn fl-inħawi, humiex proprjetà tal-Gvern? Jista’ jindika liema artijiet huma tal-Gvern u liema huma ta’ sidien privati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-art li d-dettalji għaliha ngħataw separatament mhix proprjetà tal-Gvern.
Il-Port il-Kbir — Pjanijiet ġodda għar-riġenerazzjoni
Question
Tista’ l-Ministru turi l-pjanijiet il-ġodda għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, tindika liema żoni huma maħsuba jew ġew allokati għal liema industrija, u tikkonferma jekk dawn ġewx finalizzati? Tista’ wkoll tipprovdi pjan tal-inħawi proposti u tispjega liema mollijiet se jintużaw għal liema industrija/settur, lil min ġew allokati, u jekk hemmx rilokazzjoni prevista, min se jiġi rilokat u fejn se ssir din ir-rilokazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjani jitħabbru ladarba dawn jiġu finalizzati. L-operaturi kollha se jkunu infurmati bil-progress u l-intenzjoni tal-Gvern hi li kull operatur ikompli għaddej bil-ħidma tiegħu b’mod normali.
Il-Port il-Kbir — Pjanijiet ġodda għar-riġenerazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru juri l-pjanijiet il-ġodda għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, jindika liema żoni huma maħsuba jew ġew allokati għal liema industrija, u jikkonferma jekk dawn ġewx finalizzati? Jista’ wkoll jipprovdi pjan tal-inħawi proposti u jispjega liema mollijiet se jintużaw għal liema industrija/settur, lil min ġew allokati, u jekk hemmx rilokazzjoni prevista, min se jiġi rilokat u fejn se ssir din ir-rilokazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
In-Naxxar — Kulleġġ Maria Reġina - Middle School – Postijiet ta’ parkeġġ għal persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi n-numru ta' postijiet ta' parkeġġ għal persuni b'diżabilità fl-Iskola tan-Naxxar Middle School, li mhumiex parkeġġi riservati iżda postijiet ta' parkeġġ uffiċjali, miżbugħin apposta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija hemm 3 postijiet ta’ parkeġġ għal persuni b’diżabilità.
Ħaddiema pubbliċi u ċivili — Ftehim kollettiv ġdid
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħaddiema pubbliċi u ċivili ngħatawx kopja tal-ftehim kollettiv il-ġdid tagħhom? Jekk iva, jista’ jgħid liema kategoriji ta' ħaddiema għadhom qed jistennew li jingħataw il-kundizzjonijiet ġodda tax-xogħol tagħhom u meta se jingħataw kopja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-impjegati tas-Servizz Pubbliku għandhom aċċess għal Ftehim tas-Servizz Pubbliku viġenti fuq is-sistema interna tal-Amministrazzjoni Pubblika. Impjegati tas-Servizz Pubbliku jistgħu jaraw il-kundizzjonijiet tal-impjieg skont is-settur partikolari tagħhom billi jagħmlu kuntatt mal-HR / DCS Management tagħhom.
Il-Qawra — Skola Primarja – Pulizija preżenti waqt id-dħul u l-ħruġ
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li jkun hemm preżenza kontinwa tal-pulizija waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal tal-iskola, fl-Iskola Primarja tal-Qawra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Pulizija tagħmel minn kollox biex uffiċjali jkunu preżenti, kemm jista’ jkun, waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti fejn l-iskola msemmija fil-Qawra.
Il-Qawra — Skola Primarja – Pulizija preżenti waqt id-dħul u l-ħruġ
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li jkun hemm preżenza kontinwa tal-pulizija waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal tal-iskola, fl-Iskola Primarja tal-Qawra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemmija, bħal kull skola primarja oħra, għandha assenjat magħha żewġ pulizija għassa, wieħed waqt id-dħul u ieħor waqt il-ħruġ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-injezzjoni kontra l-influwenza hix se tingħata fil-klinika eżistenti fil-Mellieħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li din is-sena it-tilqim li ser jingħata mhux l-istess bħal fis-snin imgħoddija. Dan ifisser illi l-programm ta’ tilqim rakkomandat għal din ix-xitwa ħa jkun jilqa’ għall-infezzjonijiet tal-viruses tal-influwenza, COVID-19 u Pneumococcus. Matul ix-xhur tax-xitwa, dawn l-infezzjonijiet mingħajr dawn it-tilqim, iwasslu għall-mard serju f’persuni anzjani.
Kif ħabbart f’konferenza stampa aktar kmieni llum, l-istrateġija tal-Gvern hi li persuni ’il fuq minn 65 sena jeħduhom it-tlieta għax it-tlieta li huma tal-akbar benefiċċju sew għall-persuni ndividwali kif ukoll għas-sistema tas-saħħa nġenerali. Li jittieħdu l-vaċċini fl-istess ħin huwa l-aktar mod effikaċi biex jintlaħqu dawn il-miri. Madankollu hemm riskji ta’ side-effects (allerġiji) li jistgħu jkunu mmedjati. Għaldaqstant is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tirrakomanda li din is-sena, t-tilqim jiġi amministrat taħt is-superviżjoni ta’ tabib li jkun preparat għal xi eventwalità.
In-Naxxar — Kulleġġ Maria Reġina - Middle School – Postijiet ta’ parkeġġ għal persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi n-numru ta' postijiet ta' parkeġġ għal persuni b'diżabilità fl-Iskola tan-Naxxar Middle School, li mhumiex parkeġġi riservati iżda postijiet ta' parkeġġ uffiċjali, miżbugħin apposta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Belt, Valletta — Triq il-Lanċa - Proġett ta’ upgrading of pavements and parking areas - Nefqa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm suppost sewa u kemm ġie jiswa l-proġett ta’ upgrading of pavements and parking areas fi Triq il-Lanċa, il-Belt, Valletta, li d-dettalji dwaru qed jingħataw f’ritratt separatament?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-valur tal-proġett li qed issir referenza għalih, li twettaq mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC), huwa stmat għal ftit inqas minn €1.2 miljun.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' għaqdiet, eċċ. li huma aċċettati u reġistrati mal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-water culvert li għadu kif ġie installat bħala parti mill-proġett ta' riġenerazzjoni tax-Xemxija promenade li jaqsam it-triq ta’ Xemxija Hill tnaddafx peress li kien misdud? Jista’ jgħid wkoll li dan il-culvert li jaqsam it-triq mill-għelieqi issa jinsab fi stat tajjeb?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-water culvert li għadu kif ġie installat bħala parti mill-proġett ta' riġenerazzjoni tax-Xemxija promenade li jaqsam it-triq ta’ Xemxija Hill tnaddafx peress li kien misdud? Jista’ jgħid wkoll li dan il-culvert li jaqsam it-triq mill-għelieqi issa jinsab fi stat tajjeb?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif ta’ din is-sistema kienet fil-pjan ta’ tindif li għaddej bħalissa u dan il-water culvert mistenni li jiġi mnaddaf fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20460 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk l-investiment ta’ €500,000 huwiex meħtieġ basta l-kumpanija tkun qed tipparteċipa f’investiment skont skema ta’ Malta Enterprise?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fil-konfront tal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi nhar il-15 ta' Mejju 2024 fil-kawża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament u li permezz tagħha nstab li dan l-istess individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament wettaq diskriminazzjoni politika fil-konfront tal-persuna li d-dettalji dwarha ukoll qegħdin jingħataw separatament?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu indikat ġie ttrattat bħal individwi oħra li kienu indikati li wettqu diskriminazzjoni politika kontra l-individwu msemmi. Se nkun qed ngħaddi l-informazzjoni lill-Onor. Interpellant b’mod kunfidenzjali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20333, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħħa u jgħid sa meta jistgħu jinġabru ċ-ċekkijiet tar-Rifużjoni tat-Taxxa u x'jiġri jekk ma jinġabrux?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana m’għandha xejn iżjed x’iżżid, fuq dan is-suġġett, u fuq tweġibiet simili, li diġà ngħataw minnha.