Legislature:
Category:
Reset
Active:

SAMOC — Scanner ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed isiru MRIs kuljum fuq l-iscanner il-ġdid fis-SAMOC, u kemm hemm bżonn ta' radiographers biex joperaw scanner bħal dan?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-MR Linac f'SAMOC jintuża speċifikament biex jagħti terapija bir-radjazzjoni għat-trattament tal-kanċer, mhux biex jittieħdu MRIs. Tliet radjografi huma mħarrġa kompletament biex joperaw l-MR Linac, b’radjografi addizzjonali bħalissa għaddejjin minn taħriġ biex niżguraw li nkopru d-domanda għas-servizz. Il-protokolli ta' trattament ivarjaw skont it-tip tal-kanċer, b'medja ta' sitt trattamenti mwettqa kuljum.

Transport Malta — Taqsima tal-Infurzar Marittimu - Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mit-Taqsima tal-Infurzar Marittimu fi ħdan Transport Malta fl-2024? Jista’ jaqsam l-ammont ta’ ċitazzjonijiet xahar b’xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ftehimiet Kollettivi pendenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24221, jista' l-Prim Ministru jipprovdi l-ismijiet tal-34 ftehimiet kollettivi pendenti u tal-unions rispettivi tagħhom? Jista' jgħid ukoll meta dawn skadew?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Unions involuti huma dawn: GWU UHM MUT EPOU UTAC UPAP UMASA Hemm ukoll House Union fi ħdan entita kkonċernata.

Vetturi b’kontravenzjonijiet pendenti — Trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24127 u jgħid jekk it-trasferiment ta’ vetturi b’kontravenzjonijiet pendenti jistgħux jitwettqu mingħajr ma titħallas il-kontravenzjoni msemmija? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ verifiki jsiru mal-LESA sabiex jiġi kkonfermat li dawn il-kontravenzjonijiet ġew imħallsa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’każijiet fejn vetturi jkollhom kontravenzjonijiet pendenti, it-trasferiment tal-istess vetturi ma jistax isir qabel ma dawn il-kontravenzjonijiet jitħallsu kompletament, kemm jekk qabel it-transazzjoni kif ukoll waqt it-transazzjoni tat-trasferiment. Min-naħa tas-sistema ta’ Transport Malta, l-informazzjoni relatata mal-kontravenzjonijiet tat-traffiku tiddaħħal direttament mil-LESA. Din tinkludi d-dati tal-kontravenzjonijiet, id-data tat-tribunal (fejn applikabbli), l-ammont monetarju għal kull kontravenzjoni individwali, kif ukoll deskrizzjoni ċara tal-kontravenzjoni. F’każijiet fejn ikun hemm dubji jew fejn tkun meħtieġa xi verifika, Transport Malta titlob aktar dettalji kif meħtieġ. Fejn ikun hemm bżonn, il-klijent jiġi nfurmat biex jikkuntattja direttament lil LESA għal aktar informazzjoni jew ċarezza.

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24003 u 24156 u jgħid x’inhi l-proċedura sabiex ħaddiema minn pajjiżi terzi jiġu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ħaddiema minn pajjiżi terzi, f’ċerti ċirkostanzi, jistgħu jkunu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom, jekk jkollhom permess ta’ residenza u/jew liċenzja’ ta’ xogħol f’Malta; u li jkunu qed iħallsu polza ta’ assigurazzjoni dwar sigurtà soċjali fil-pajjiż ta’ ċittadinanza tal-ħaddiem. F’dawn l-eċċezzjonijiet, l-applikazzjoni trid tiġi sottomessa online minn https://socialsecurity.gov.mt/mt/ezenzjoni-haddiema-pajjiziterzi u wkoll billi jiġu mehmuża d-dokumenti bl-informazzjoni meħtieġa biex jinħareġ ċertifikat ta’ eżenzjoni mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta li jkun ikopri l-perjodu sad-data tal-iskadenza tal-permess ta’ residenza maħruġ minn Identità Malta.

Ftehimiet kollettivi pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24005 u 24157 u jippreżenta lista tal-ftehimiet kollettivi pendenti kollha, inklużi l-unions li magħhom qed isiru dawn in-negozjati u jinkludi wkoll id-dati meta skadew dawn il-ftehimiet kollettivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li huma 34 il-ftehmiet kollettivi li jinsabu pendenti u li dawn għaddejin bin-negozjati. Infakkar ukoll li f’Ottubru 2024 ġie iffirmat ukoll il-ftehim kollettiv għal ħaddiema tas-Servizz Pubbiku fejn ħa jibbenifikaw 33 elf ħaddiem minn pakkett totali ta’ 1.27 biljun Ewro. Ninfurma ukoll lill-Onor Interpellant li matul l-2024 ġew iffirmati 17-il ftehim settorjali li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku f’kategoriji differenti Huwa mifhum li aktar minn 1,747 ħaddiem ibbenifika minn dawn l-ftehim.

Vetturi b’kontravenzjonijiet pendenti — Trasferimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-trasferiment ta’ vetturi b’kontravenzjonijiet pendenti jistgħux jitwettqu mingħajr ma titħallas il-kontravenzjoni msemmija? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ verifiki jsiru mal-LESA sabiex jiġi kkonfermat li dawn il-kontravenzjonijiet ġew imħallsa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24003 u jgħid x’inhi l-proċedura sabiex ħaddiema minn pajjiżi terzi jiġu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ftehimiet kollettivi pendenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24005 u jippreżenta lista tal-ftehimiet kollettivi pendenti kollha, inklużi l-unions li magħhom qed isiru dawn in-negozjati u jinkludi wkoll id-dati meta skadew dawn il-ftehimiet kollettivi?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Port tal-Imġarr — Żieda ta’ pontuni - Fondi allokati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24009 u jagħti l-ammont ta’ fondi allokati mill-Unjoni Ewropea biex jiżdiedu l-pontuni fil-Port tal-Imġarr u jekk dan kienx speċifikament għall-użu tas-sajjieda full-time u part-time? Jista’ jgħid ukoll: a. Kemm ġew miżjuda postijiet ta’ pontuni ġodda? b. Jelenka l-lista ta’ pontuni addizzjonali li qed jintużaw f’dawn il-postijiet? ċ. Jekk dawn il-pontuni hux qed jintużaw biss minn sajjieda full-time u part-time?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Port ta’ l-Imġarr ra fost l-oħrajn it-tibdil ta’ l-erba’ pontuni antiki u dilapidati għall-pontuni godda. Kif ukoll il-bini mill-ġdid u rinfurzar tal-mollijiet u taħmil tal-port. Dan il-proġett kellu l-potenzjal li l-irmiġġi mal-pontuni jizdiedu b’59 irmiġġ minn 170 post ghall-229. Kif ukoll tul il-moll kien hemm zieda ta’ madwar 36 post fejn minn 42 post tlajna għall-78 post. It-tabella t’hawn taħt turi s-sitwazzjoni ta’ qabel 2018 u wara li tlesta l-proġett. Tajjeb ninnutaw li n-numru ta’ postijiet jista’ jinbidel minħabba l-qies ta’ dgħajjes li jorbtu fiż-żona. Żona fil-Port ta’ l-Imġarr Qabel ma’ beda l-proġett fl-2018 Wara li tlesta l-proġett Pontuni 170 post ta’ irmiġġ 229 post ta’ irmiġġ Mollijiet 42 post ta’ irmiġġ 78 post ta’ irmiġġ

MCESD — Politika tal-immigrazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24015 dwar ir-riċerka fuq is-suq tax-xogħol b’rabta mal-politika tal-immigrazzjoni proposta mill-Gvern, fejn ġie mwieġeb li “dan il-Gvern għandu viżjoni ċara”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riċerka kollha li saret dwar dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24015.

Vetturi li vjaġġaw bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ vetturi li vjaġġaw bejn Malta u Għawdex bejn is-snin 2020 u 2024, maqsuma għal kull sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif indikata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCESD — Politika tal-immigrazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riċerka kollha li saret fuq is-suq tax-xogħol b’rabta mal-politika tal-immigrazzjoni proposta mill-Gvern? Jista’ jgħid jekk il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) ġiex ikkonsultat b’rabta mal-politika tal-immigrazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kummenti ta kull social partner fuq dak li qed jipproponi l-Gvern?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B'differenza mill-Oppożizzjoni li kontinwament jitkellmu b'modi differenti, f'jiem differenti, fuq il-politika tax-xogħol, dan il-Gvern għandu viżjoni ċara. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskors tal-budget għas-sena 2025 li diġà tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Kulħadd ser ikollu ċ-ċans jagħti l-fehmiet tiegħu fuq il-mod aġġornat ta' kif pajjiżna iħares lejn labour migration.

Servizz Ċivili — Ftehim kollettiv ġdid - Overtime

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-overtime li jkun imwettaq minn ħaddiema fis-Servizz Ċivili, fi kwalunkwe grad, fil-ftehim kollettiv il-ġdid, huwiex limitat għal rata ta’ grad aktar baxxa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan hux skont il-liġi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-prassi eżistenti dwar il-ħlas tal-overtime mas-Servizz Pubbliku kienet li r-rata tal-ħlas tkun ikappjata sal-massimu ta' skala 10. Din il-prassi ilha hekk minn qabel l-2013. Matul dawn l-aħħar snin dan beda jiġi rranġat sabiex l-impjegati jibdew jitħallsu bir-rata tal-overtime skont is-salarju tagħhom. Sar titjieb ukoll fil-ftehimi tal-korpi dixxiplinati fejn bdew jitħallsu ta' kull siegħa adizzjonali fuq il-medja tal-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa, sigħat li qabel ma kinux jiġu mħallsa tagħhom. Barra minn hekk jeżisti wkoll il-mekkaniżmu ta’ disturbance allowance għal dawk il-gradi, ħafna drabi maniġerjali, fejn il-prassi hija li ma jkunux intitolati għal ħlas żejjed għal sigħat żejda.

Port tal-Imġarr — Żieda ta’ pontuni - Fondi allokati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ammont ta’ fondi allokati mill-Unjoni Ewropea biex jiżdiedu l-pontuni fil-Port tal-Imġarr u jekk dan kienx speċifikament għall-użu tas-sajjieda full-time u part-time? Jista’ jgħid ukoll: a. Kemm ġew miżjuda postijiet ta’ pontuni ġodda? b. Jelenka l-lista ta’ pontuni addizzjonali li qed jintużaw f’dawn il-postijiet? ċ. Jekk dawn il-pontuni hux qed jintużaw biss minn sajjieda full-time u part-time?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Port tal-Imġarr — Żieda ta’ pontuni - Fondi allokati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ammont ta’ fondi allokati mill-Unjoni Ewropea biex jiżdiedu l-pontuni fil-Port tal-Imġarr u jekk dan kienx speċifikament għall-użu tas-sajjieda full-time u part-time? Jista’ jgħid ukoll: a. Kemm ġew miżjuda postijiet ta’ pontuni ġodda? b. Jelenka l-lista ta’ pontuni addizzjonali li qed jintużaw f’dawn il-postijiet? ċ. Jekk dawn il-pontuni hux qed jintużaw biss minn sajjieda full-time u part-time?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Riġenerazzjoni tal-port — Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti għar-riġenerazzjoni tal-port? Tista’ tagħti pjan dettaljat tax-xogħlijiet pendenti u d-dati meta dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23231.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Rotot alternattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema rotot alternattivi qed jiġu kkunsidrati mill-Gvern bejn il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll id-dati meta dawn ir-rotot se jitlestew?

Response (BONETT, CHRIS)

B’referenza għal din il-mistoqsija parlamentari, l-Onor. Interpellant huwa mitlub li jiċċara l-mistoqsija.

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Ħaddiema minn pajjiżi terzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex ħaddiema minn pajjiżi terzi jiġu eżentati milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (National Insurance) f’Malta jekk diġà jkunu qed iħallsuhom f’pajjiżhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.