Legislature:
Category:
Reset
Active:

Port tal-Imġarr – Pontoons addizzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25966 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid meta u fejn tlestew id-90 pontoon addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd fil-Port tal-Imġarr?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Port tal-Imġarr – Pontoons addizzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25967 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jinforma lill-Parlament jekk id-90 pontoon disponibbli għall-bastimenti tas-sajd ġewx użati fil-Port tal-Imġarr?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Port tal-Imġarr – Bastimenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25968 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Port tal-Imġarr – Allokamenti ta’ Pontoons

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25969 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jinforma lill-Kamra li l-ebda bastiment tas-sajd ma ġie miċħud pontoon, minn dawk li kienu maħsuba biex jiġu allokati permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti d-dati ta’ meta dawn ġew allokati u l-perjodu ta’ żmien rispettiv?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Aġenziji tal-Impjiegi — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25972 u jgħid jekk il-ħaddiema kollha tal-aġenziji tal-impjiegi li huma impjegati indirettament mal-gvern permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi qed jingħataw l-istess pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż opportunitajiet ta’ vakanza tal-impjieg bħall-ħaddiema li qed jaħdmu fl-istess jew f’xogħol simili?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema temporanji ta’ aġenziji tal-impjiegi huma koperti mid-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenziji. Din id-Direttiva teżiġi trattament ugwali fil-kundizzjonijiet bażiċi tax-xogħol bejn il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija u l-ħaddiema komparabbli li huma mpjegati direttament mal-intrapriża utenti. L-impenn tal-Gvern ċar anke bl-introduzzjoni tal-Avviż Legali 128 tal-2024 fuq l-Equal Pay for Work of Equal Value li llum ġiet estiża wkoll għas-settur privat.

DIER – Ilmenti minn ħaddiema f’Aġenziji tal-Impjiegi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25973 u jibgħat rapport dettaljat tal-ilmenti ppreżentati lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) minn ħaddiema fl-aġenziji tal-impjiegi fis-settur pubbliku u ċivili li ressqu lmenti li mhumiex qed jitħallsu u jingħataw l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol kif stipulat fil-Liġi dwar Paga Ugwali għal Xogħol Ugwali?

Response (ABELA, ROBERT)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Port tal-Imġarr – Allokamenti ta’ Pontoons

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra li l-ebda bastiment tas-sajd ma ġie miċħud pontoon, minn dawk li kienu maħsuba biex jiġu allokati permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti d-dati ta’ meta dawn ġew allokati u l-perjodu ta’ żmien rispettiv?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ct2379/2024 — Tender for the Hire of One Ropax Vessel under a Time Charter Agreement (Bimco Ropaxtime) - Analiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx analiżi tal-ispejjeż u studju ta’ fattibbiltà qabel ma nħareġ it-tender għall-vapur ROPAX ref. CT2379/2024? Jista’ jippreżenta l-istudji konċernati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kwalunkwe studju li sar mal-kumpanija f’dan ir-rigward ma jistax jiġi ppreżentat, peress li huwa ta’ natura kunfidenzjali. Barra minn hekk, il-pubblikazzjoni ta’ dawn l-istudji tista’ tippreġudika l-operat tal-kumpanija favur ta’ terzi u jistgħu jagħtu vantaġġ lil dawk li jkunu qed jipparteċipaw fit-tender.

Ct2379/2024 — Tender for the Hire of One Ropax Vessel under a Time Charter Agreement (Bimco Ropaxtime) - Vapuri

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux studji biex jiġi żgurat li kien hemm aktar minn vapur wieħed fis-suq li jista’ jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet indikati fit-tender għall-vapur ROPAX ref. CT 2379/2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25970.

Aġenziji tal-Impjiegi — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema kollha tal-aġenziji tal-impjiegi li huma impjegati indirettament mal-gvern permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi qed jingħataw l-istess pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż opportunitajiet ta’ vakanza tal-impjieg bħall-ħaddiema li qed jaħdmu fl-istess jew f’xogħol simili?

Response (ABELA, ROBERT)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

DIER – Ilmenti minn ħaddiema f’Aġenziji tal-Impjiegi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jibgħat rapport dettaljat tal-ilmenti ppreżentati lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) minn ħaddiema fl-aġenziji tal-impjiegi fis-settur pubbliku u ċivili li ressqu lmenti li mhumiex qed jitħallsu u jingħataw l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol kif stipulat fil-Liġi dwar Paga Ugwali għal Xogħol Ugwali?

Response (ABELA, ROBERT)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Rotta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru biex tiġi identifikata rotta alternattiva jew rotta aktar adegwata mill-Mellieħa għall-bypass ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll jekk u meta dan se jitlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu.

AFM – Membri li qed isegwu kors fl-Università ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-kariga tal-uffiċjali u membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) li bħalissa qed isegwu kors fl-Università ta’ Malta, u jispeċifika liema kors?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li bħalissa, m'hemm l-ebda uffiċjal u/jew membru tal-forza li qed isegwi kors fl-Università ta' Malta li ġie mibgħut mill-forza, u/jew li għandu ftehim mal-Forzi Armati ta' Malta. Madanakollu, infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta jinnominaw uffiċjali u membri tagħha f’numru sinifikanti ta’ korsijiet lokali kif ukoll barra min xtutna, bil-għan li jipparteċipaw u jkabbru l-għarfien tagħhom, għall-benefiċcju tal-Forza, kif indikat fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ras Ħanżir – Proġett ta’ moll ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-moll ta’ Ras Ħanżir hux se jkun mgħammar b’rampa RORO? Jista’ jipprovdi l-pjanti għall-moll il-ġdid?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ Ras Ħanżir għandu l-għan prinċipali li jipprovidi moll li jista’ jintuża għal diversi skopijiet biex l-industrija marittima tagħmel l-aħjar użu minnu, fosthom il-vapuri RoRo. Għaldaqstant se ssir rampa kif muri fil-pjanta li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Iż-Żona ta’ Kordin — Kontravenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi n-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa lill-vetturi Haul Trucks f’Kordin u fiż-żona tal-Port, kif ukoll in-numru ta’ trakkijiet li ġew imwaħħlin minn Ġunju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2024 sa Frar 2025 inħarġu 209-il kontravenzjoni lill-vetturi Haul Trucks u ġew imwaħħlin 858 trakk f’Kordin u fiż-żona tal-Port. Permezz tal-kontravenzjonijiet in kwistjoni, Transport Malta qed tiżgura l-osservanza tal-liġijiet rilevanti, b’mod partikolari sabiex jiġu salvagwardjati s-saħħa u s-sigurtà tal-eluf ta’ ħaddiema u persuni oħra li jużaw id-diversi faċilitajiet fiż-żona ta’ Kordin. Dawn jinkludu mhux biss faċilitajiet industrijali, iżda wkoll spazji sportivi, skejjel u istituzzjonijiet edukattivi bħall-MCAST, kif ukoll childcare facilities.

Port tal-Imġarr – Bastimenti

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Disposable income

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15144, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-disposable income naqasx?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dħul totali gross disponibbli tas-settur tal-households kien ta’ €10,431 miljun fl-2023, bi tkabbir ta’ 16% fuq is-sena ta’ qabel. Id-dħul gross disponibbli, ras għal ras ( per head ), għas-settur tal- households kien ta’ €18,842 fl-2023, bi tkabbir ta’ 11% fuq is-sena ta’ qabel.

Komputazzjoni tat-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif tinħadem il-komputazzjoni tat-taxxa għal persuna li taħdem full-time self-employed u part-time f’impjieg fis-settur pubbliku? Jista’ jgħid ukoll jekk il-persuna tibbenefikax minn rati ta’ taxxa mraħħsa fuq il-part time?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’kull kaz fejn persuna tkun taħdem prinċipalment (full-time) bħala self-employed, u jkollha wkoll impjieg part-time, id-dħul mill-part-time jizdied mad-dħul totali u jiġi ntaxxat bir-rati normali tat-taxxa. Dan japplika kemm meta l-persuna taħdem part-time f’impjieg mas-settur pubbliku kif ukoll meta l-part-time isir fis-settur privat. Ir-rata mnaqqsa fuq xogħol part-time tapplika fejn persuna jkollha impjieg full-time jew tkun pensjonanta jew qed tistudja full-time. Dawn il-kundizzjonijiet, fost oħrajn, ilhom fil-liġi sa mid-dħul tad-dispozizzjonijiet dwar xogħol part-time fl-1996.