Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi – Informazzjoni dwar Sqaq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sqaq li d-dettalji u l-pjanta dwaru qed jingħataw separatament u li jwassal għal għelieqi, hux pubbliku jew privat? Jista’ jgħid ukoll jekk hux possibbli li jgħaddu servizzi bħal dawl u ilma minnu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Burmarrad — Triq Ta’ Ċampra - Xogħlijiet tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet tad-drenaġġ li kienu ppjanati fi Triq Ta’ Ċampra, Burmarrad, ġewx ikkanċellati u jekk le, meta mistennija jibdew dawn ix-xogħlijiet? Tista’ tgħid ukoll jekk ġewx allokati fondi għal dan il-proġett, u jekk iva, x’tip ta’ fondi kienu u jekk għadhomx disponibbli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom fit-triq indikata huma ppjanati li jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fix-xhur li ġejjin u dawn se jkunu ffinanzjati minn fondi lokali.

Burmarrad — Triq Ta’ Ċampra - Xogħlijiet tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet tad-drenaġġ li kienu ppjanati fi Triq Ta’ Ċampra, Burmarrad, ġewx ikkanċellati u jekk le, meta mistennija jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx allokati fondi għal dan il-proġett, u jekk iva, x’tip ta’ fondi kienu u jekk għadhomx disponibbli?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Port tal-Imġarr — Bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26454 u 26631 u jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Port tal-Imġarr – Allokamenti ta’ Pontoons

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26455 u 26632 u jinforma lill-Kamra li l-ebda bastiment tas-sajd ma ġie miċħud pontoon, minn dawk li kienu maħsuba biex jiġu allokati permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti d-dati ta’ meta dawn ġew allokati u l-perjodu ta’ żmien rispettiv?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Ħaddiema temporanji — Pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

Jista' l-Prim Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26633 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26456, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux il-ħaddiema temporanji kollha mal-Gvern, qed jingħataw l-istess pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż opportunitajiet ta’ vakanza tal-impjieg bħall-ħaddiema li qed jaħdmu fl-istess xogħol jew simili?

Response (ABELA, ROBERT)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

DIER — Ilmenti minn ħaddiema f’Aġenziji tal-Impjiegi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26634, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ilmenti ppreżentati lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) minn ħaddiema fl-aġenziji tal-impjiegi fis-settur pubbliku u ċivili, kif ukoll il-post fejn saru?

Response (ABELA, ROBERT)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Rotta alternattiva

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26458, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi kkunsidrata triq alternattiva minn dawk diġà eżistenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi filwaqt li wieħed irid jinnota li sar titjib konsiderevoli bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, konxju li l-aċċess għat-tramuntana tal-pajjiż jeħtieġ intervent. Għaldaqstant Infrastructure Malta qed tanalizza kunċetti diversi sabiex tindirizza l-aċċess minn u lejn din iż-żona ta’ pajjiżna, liema studju ser jistabbilixxi il-mod t’aċċess, il-metodi u l-impatti, u għaldaqstant ir-rotot innifishom.

L-Għadira – Magni ta’ tindif tal-bajja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26490, tista’ l-Ministru tgħid il-magni tat-tindif tal-bajja fl-Għadira kemm qed jintużaw fis-sena kollha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-magni għall-għarbiel tar-ramel (sand sifters) jintużaw bejn Mejju u Ottubru. Matul ix-xhur l-oħra dawn ma jintużawx minħabba li fuq il-bajja jkun hemm ammont konsiderevoli ta’ alka, li ambjentalment huwa importanti li titħalla f’postha fix-xitwa għax din tipproteġi r-ramel mill-erożjoni li tkaxkar ir-ramel kawża tal-mewġ, xita u riħ. Madankollu, f’dak il-perjodu, xorta jsir it-tindif permezz tal-ħaddiema li hemm assenjati fuq il-bajja tal-Għadira.

Port tal-Imġarr — Bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26454 u jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Port tal-Imġarr – Allokamenti ta’ Pontoons

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26455 u jinforma lill-Kamra li l-ebda bastiment tas-sajd ma ġie miċħud pontoon, minn dawk li kienu maħsuba biex jiġu allokati permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti d-dati ta’ meta dawn ġew allokati u l-perjodu ta’ żmien rispettiv?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Ħaddiema temporanji — Pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26456, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux il-ħaddiema temporanji kollha mal-Gvern, qed jingħataw l-istess pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż opportunitajiet ta’ vakanza tal-impjieg bħall-ħaddiema li qed jaħdmu fl-istess xogħol jew simili?

Response (ABELA, ROBERT)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

DIER — Ilmenti minn ħaddiema f’Aġenziji tal-Impjiegi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25973 u 26457 u jibgħat rapport dettaljat tal-ilmenti ppreżentati lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) minn ħaddiema fl-aġenziji tal-impjiegi fis-settur pubbliku u ċivili li ressqu lmenti li mhumiex qed jitħallsu u jingħataw l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol kif stipulat fil-Liġi dwar Paga Ugwali għal Xogħol Ugwali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impiegi jħoss li ma jkunx għaqli li jagħti informazzjoni fuq kwalunkwe ilment li jista' jirċievi; dan peress li tali informazzjoni hija sensittiva u kunfidenzjali u tista’ tippreġudika r-relazzjonijiet industrijali li jeżistu bejn il-ħaddiema, il-unions u min iħaddem.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Rotta alternattiva

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25974, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju fuq rotta alernattiva mill-Mellieħa għall-bypass ta’ San Pawl il-Baħar jew l-Imġarr, Malta u jekk iva, jqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed tiġi kkunsidrata triq alternattiva minn dik li hemm biex toħroġ mill-Mellieħa u jekk iva, fejn?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jgħid jekk huwiex qed jirreferi għal rotta alternattiva tax-scheduled public trasport jew inkella għal triq alternattiva minn dawk diġà eżistenti.

Il-Mellieħa – Servizz ta’ night shelter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal xiex qed jintuża x-shelter ta’ bil-lejl fil-Mellieħa bħalissa u x’inhuma l-pjanijiet għall-futur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li bħalissa x-shelter ta’ billejl fil-Mellieħa mhux qed jintuża minħabba li m’hemm l-ebda talba għalih. Infurmat ukoll li mhux jintuża għal skopijiet oħra. Nassigura lill-Onor. Interpellant li x-shelter jibqa’ disponibbli għal min ikun jeħtieġ dan is-servizz fil-futur.