MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom - Sigurtà waqt il-vjaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali ta’ Gozo Channel iqisux li hu sigur li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ fuq l-MV Nikolaos, u jekk dan hux konformi mal-konvenzjoni internazzjonali dwar is-Sigurtà Tal-Ħajja Fil-Baħar (Safety of Life at Sea)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26931 u jgħid jekk is-sqaq li d-dettalji u l-pjanta dwaru qed jingħataw separatament u li jwassal għal għelieqi, hux pubbliku jew privat? Jista’ jgħid ukoll jekk hux possibbli li jgħaddu servizzi bħal dawl u ilma minnu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sqaq li qed jagħmel referenza għalih separatament mhux proprjetà tal-Gvern.
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif Transport Malta taċċetta li l-MV Nikolaos tippermetti li passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-regoli f’dan ir-rigward joħorġu mis-Safety Management System, li tinkludi l-Operational Guidelines tal-Gozo Channel Operations Limited. Dawn ir-regoli huma konformi mal-Konvenzjoni Internazzjonali SOLAS (Safety of Life at Sea). Huwa d-dmir u r-responsabbiltà tal-Kaptan tal-vapur li jiżgura li dawn il-linji gwida jkunu osservati.
Jista’ l-Ministru jgħid kif Transport Malta taċċetta li l-MV Nikolaos m’għandhiex aċċessibilità, bħalma huma lifts, għall-persuni li ma jistgħux jaċċessaw id-deck tal-passiġġieri?
MV Nikolaos — Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom - Nuqqas ta’ aċċessibilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali ta’ Transport Malta jqisux li n-nuqqas ta’ aċċessibilità tal-MV Nikolaos jiġġustifikax li l-passiġġieri jitħallew jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ?
SOLAS — MV Nikolaos - Passiġġieri li jitħallew fil-karozzi tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk uffiċjali ta’ Transport Malta jarawx li hu sigur li l-passiġġieri jibqgħu fil-vetturi tagħhom waqt il-vjaġġ fuq l-MV Nikolaos? Jista’ jgħid ukoll jekk dan hux konformi mal-konvenzjoni internazzjonali SOLAS (Safety of Life at Sea)?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26452, 26629 u 26855 u jgħid meta u fejn tlestew id-90 pontoon addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd fil-Port tal-Imġarr?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26454, 26631 u 26857 u jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26455, 26632 u 26858 u jinforma lill-Kamra li l-ebda bastiment tas-sajd ma ġie miċħud pontoon, minn dawk li kienu maħsuba biex jiġu allokati permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jagħti d-dati ta’ meta dawn ġew allokati u l-perjodu ta’ żmien rispettiv?
Ħaddiema temporanji — Pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Prim Minsitru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26633 u 26859 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26456, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux il-ħaddiema temporanji kollha mal-Gvern, qed jingħataw l-istess pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż opportunitajiet ta’ vakanza tal-impjieg bħall-ħaddiema li qed jaħdmu fl-istess xogħol jew simili?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-ħaddiema temporanji ta’ aġenziji tal-impjiegi huma koperti mid-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenziji. L-impenn tal-Gvern ċar anke bl-introduzzjoni tal-Avviż Legali 128 tal-2024 fuq l-Equal Pay for Work of Equal Value li llum ġiet estiża wkoll għas-settur privat.
DIER — Ilmenti minn ħaddiema f’Aġenziji tal-Impjiegi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26860 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26634, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ilmenti ppreżentati lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) minn ħaddiema fl-aġenziji tal-impjiegi fis-settur pubbliku u ċivili, kif ukoll il-post fejn saru?
Response (ABELA, ROBERT)
Id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg, permezz tas-sezzjoni tal-Customer Support, jirċievi diversi mistoqsijiet mill-pubbliku dwar drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol fuq il-Freephones, tant li matul is-sena 2024 daħlet 'il fuq minn 25,000 telefonata; possibbilment wkoll dwar is-suġġett in kwistjoni. Madankollu, ma tinżammx data dwar il-provenjenza ta’ min ikun qed jagħmel il-mistoqsijiet u minn fejn.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex marbuta b’kuntratt li jkollha lil Malta bħala l-bażi operattiva tagħha għall-piloti u l-operat tat-titjiriet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija li qed issir referenza għaliha hija waħda privata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender Ta' Ras Ħanżir oriġinali (dak li ġie imwaqqaf) kellux xi nuqqasijiet bejn dak li kien mitlub mit-tender u dak li nstab waqt ix-xogħol, b'mod partikolari fis-survey ġeografiku?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji neċessarji mill-kuntrattur sabiex seta’ jevalwa x-xogħol sewwa mingħajr intoppi fit-tender Ta' Ras Ħanżir? Jekk kien hemm diffukaltijiet, jista’ jispjega x'kienu?
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq it-tender ta’ Ras Ħanżir hux ser jitkompla? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol hux ser jitkompla mill-kuntrattur li rebaħ it-tender oriġinali jew inkella jekk hux ser isir xi direct order ma kuntrattur ieħor? Jista’ jgħid min hu dan il-kuntrattur?
Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ xogħol ser ikun qed isir issa ġaladarba t-tender Ta' Ras Ħanżir twaqqaf? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol hux parti mit-tender oriġinali?
Awtorità tal-Artijiet — Garaxxijiet kummerċjali li huma vakanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm garaxxijiet kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet li jinsabu fin-naħa t'isfel ta’ Malta u li huma vakanti? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dawn joħorġu b’tender? Jista' jagħti lista tal-garaxxijiet li huma vakanti kif ukoll lista ta’ dawk li hemm il-ħsieb li ser joħorġu b’tender fi żmien sena?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema garaxxijiet qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sqaq li d-dettalji u l-pjanta dwaru qed jingħataw separatament u li jwassal għal għelieqi, hux pubbliku jew privat? Jista’ jgħid ukoll jekk hux possibbli li jgħaddu servizzi bħal dawl u ilma minnu?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sqaq li d-dettalji u l-pjanta dwaru qed jingħataw separatament u li jwassal għal għelieqi, hux pubbliku jew privat? Jista’ jgħid ukoll jekk hux possibbli li jgħaddu servizzi bħal dawl u ilma minnu?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.